Illum previous editions

ILLUM 21 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 • illum 'Wieħed minn kull sitt adolexxenti li jużaw l-kannabis jispiċċa dipendenti fuqha' Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Caritas. X'inhi t-teorija 'gateway'? Għaliex kannabis titqies bħala periklu iżda s-sigaretti tat-tabakk huma n-norma anke' jekk jagħmlu iktar ħsara? MARIANNA CALLEJA Il-ġimgħa li għaddiet il-gazzetta ILLUM tat daqqa t'għajn lejn il- liġi tal-kannabis fil-preżent kif ukoll lejn il-legalizzazzjoni la darba tingħata l-approvazzjoni tal-Parlament. Din il-ġimgħa titkellem ma' Caritas; għaqda li taħdem mal-vittmi tad-droga u xi drabi sservi ukoll bħala ċentru tar-riabilitazzjoni. 'It-teorija 'gateway' hi kkunsidrata antikwata fil-każ tal-adulti però mhux fil-każ tal- adolexxenti' Il-Caritas bdiet billi spjegat it- teorija tal-gateway drug. Teorija li tgħid li l-użu tal-kannabis probabbilment iwassal għall-użu ta' sustanzi oħra, bħall-kokaina jew l-eroina. Caritas tirrikonoxxi li mhux kull min jibda bil- kannabis bilfors jgħaddi għal drogi oħra. "Il-gateway theory hi kkunsidrata antikwata fil-każ tal-adulti però mhux fil-każ tal- adolexxenti," qalet Caritas. Spjegat kif min jibda jpejjep it-tabakk jew jixrob l-alkoħol f 'età bikrija, jiżdiedlu ċ-ċans li jesperimenta wkoll bil-kannabis u jkompli bi drogi oħra. 'Li l-maġġoranza ma jsirux dipendenti ma jfissirx li s-sustanza hi bla ħsara' Caritas għamlet ukoll distinzjoni bejn min jagħmel użu mill-kannabis frekwenti jew ta' darba u persuna dipendenti mid-droga. L-għaqda tgħid li "fil-prevenzjoni dejjem nitkellmu kemm huwa importanti li persuna ma tibdiex; mhux fuq kannabis biss imma fuq l-ebda sustanza li tista' twassal persuna biex issir dipendenti." Skont Caritas, statistika tindika li wieħed min kull 10 adulti li jużaw il-kannabis isiru dipendenti fuqha. Minn naħa l-oħra, fil- każ tal-adolexxenti, wieħed min kull sitta li jużaw il-kannabis jispiċċaw dipendenti. Kompliet tgħid li, "minn dawk li jużawha kuljum, wieħed minn kull tlieta jiżviluppaw dipendenza." Spjegat ukoll li dawk kollha li jsiru dipendenti jkunu bdew jużaw b'mod każwali jew darba fil, imbagħad isir vizzju; eżempju - li wieħed juża kull weekend jew kull filgħaxija, sakemm iżidu l-użu b'mod li jsiru dipendenti minnha. Caritas għarfet li "filwaqt li l-maġġoranza ma jsirux dipendenti ma jfissirx li s-sustanza hi bla ħsara għal min juża b'mod każwali." Il-kannabis tħalli bosta implikazzjonijiet fuq il-bniedem, skont Caritas. "Il-kannabis hi ta' periklu kbir għal min hu f 'riskju li jiżviluppa problemi ta' saħħa mentali. F'xi każi din tista' tikkawża ansjetà, paranojja u psikożi," qalet Caritas. Konsum ta' taħlita tat-tabakk u l-alkoħol mal-kannabis Tajjeb li nsemmu li hemm tipi differenti ta' ingredjenti fil- pjanta tal-Kannabis fosthom CBD u THC. CBD hija t-tieni l-iktar prevalenti mill-ingredjenti attivi tal-kannabis. CBD hija ukoll komponent essenzjali tal- kannabis medika. Intant THC hu l-ingredjent li skont Caritas għandu l-iktar effet psikoattiv. Is-sigaretti tat-tabakk huma meqjusa ukoll bħala droga iżda legali. Caritas tispjega kif "din id-droga legali toqtol l-iktar mid- drogi kollha eżistenti. F'Malta kalkulat li 20% tal-kanċer huma kaġunati mit-tipjip u madwar persuna kuljum tmut minħabba s-sigaretti." Hu għalhekk li Caritas taħseb li "meta s-sustanza tidħol fil-kultura u tkun legalizzata b'mod li tista tintuża liberament imbagħad dik is-sustanza tintuża ferm aktar." X'tgħid il-liġi u x'irraportat il- gazzetta ILLUM Fil-preżent ma tiġix kkastigat minħabba tal-użu personali tal- kannabis, madankollu dan ma jfissirx li wieħed jista' jagħmel użu mil-kannabis mingħajr riperkussjonijiet legali. Ġie nnutat ukoll li l-liġi f 'Malta tittratta l-kannabis b'mod differenti minn sustanzi oħra. Fl-2018, il-Gvern illegalizza l-kannabis mediċinali b'riċetta tat- tabib. L-uniċi forom ta' trattament tal-kannabis li bħalissa huma permessi f 'Malta ma jistgħux jitpejpu. Fil-fatt Malta għandha biss tip wieħed ta' trattament bl-użu tal-kannabis, bl-isem Sativex. Fl-1 ta' Marzu, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li fil-kabinett ġiet ippreżentata l-White Paper dwar id-dikriminalizzazzjoni sħiħa tal-pussess tal-kannabis għall-użu personali. Il-pass li jmiss hu li l-Gvern iressaq dan l-abbozz għall-konsultazzjoni biex eventwalment jitressaq ukoll għall-approvazzjoni tal-Parlament. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll mal-president tal-għaqda ReLeaf, Andrew Bonello. Hu tkellem fuq bosta raġunijiet għaliex hi bżonnjuża din il-legalizazzjoni. Bonello tkellem fuq kif "kannabis ta' kwalità tajba u sistema edukattiva aktar infurmata" tista twassal għal inqas ħsara. Madankollu hu żied jgħid ukoll li "fix-xhur li għaddew, l-abbużi inumani u tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni li jikkunsmaw il- kannabis komplew jitfgħu dell fuq l-isforzi ta' Malta biex tkun minn ta' quddiem fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 March 2021