Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 meta sema' li qatlu lil Daphne Caruana Galizia, "weħilt mas-siġġu". "Minkejja dak kollu li ntqal fil-midja, immedjatament ċempilt uffiċjal mill- ambaxxata Amerikana u għidtilhom li x'aktarx se jkollna bżonn l-għajnuna tagħhom," kien xehed Schembri meta mistoqsi x'ġara wara li sema' bil-qtil ta' Keith Schembri. Keith Schembri kien xehed ukoll dwar allegati flus li Fenech kien qed jgħaddi lill-Partit Nazzjonalista permezz ta' Pierre Portelli li din il-gazzetta żvelat illi kellu kuntatt ma' Fenech dwar stejjer kontra xi uffiċjali tal-pulizija. Huwa kien ssemma' wkoll fil-konfront tas-sensar tal-qtil - Melvin euma li kien mar Kastilja jiltaqa' ma' Schembri u ħa ritratt miegħu, qabel imbagħad ingħata impjieg li għalih kien jitħallas, iżda ma jmurx. euma kien qal fix-xhieda illi għalih il- mandant kien Fenech għax dejjem miegħu kien jitkellem u jirranġa. Finalment, Keith Schembri ssemma' wkoll mill-Koħħu li jirrakkonta illi meta kienu fit- Tinda tal-Patata darba, it wara l-assassinju, kien mar l-avukat David Gatt, li jaħdem mal-eks Ministru Chris Cardona u beda jagħmel il-ġesti b'subgħajh iż-żgħir (ġesti ta' approvazzjoni) u George Degiorgio kien qallu "aħna ħsibna li kien Chris Cardona imma kien Keith Schembri." Hillman u Keith "Daħlitli informazzjoni bi provi ġodda dwar każ ieħor ta' korruzzjoni u kriminalità li fiha hemm imdahhal Keith Schembri ... dak li se nghid mhu xejn sabiħ." Hekk beda l-konferenza tal-aħbarijiet l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil meta ħabbar id-dettalji ta' dan il-każ it qabel l-elezzjoni ġenerali ta' Ġunju 2017. L-akkużi li mbagħad kienu suġġett ta' inkjesta maġisterjali li issa spiċċat kienu illi għaddew €650,000 minn Adrian Hillman li kien imexxi l-Allied Newspapers għal għand Keith Schembri, liema pagamenti saru minn kumpaniji u strutturi "sigrieti." L-eks Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, kien allega li Schembri uża kumpanija f 'Ġibilta, jisimha Malmos, kontijiet oħra fl-Iżvizzera u f 'Ġibilita u anke kontijiet fil-Bank Pilatus biex għadda flus lil Hillman. Tixħim mill-passaporti U finalment Schembri kien akkużat ukoll - mill-ġdid minn Busuttil - illi ixaħħam mill- programm ta' ċittadinanza. L-eks Kap tal-Oppożizzjoni kien ibbaża l-allegazzjonijiet tiegħu fuq rapport tal-FIAU li ġie leaked u li ħa nota ta' flus u suspetti ta' ħasil ta' flus meta għaddew żewġ pagamenti ta' €50,000 kull wieħed, mingħand Brian Tonna (il-persuna li tmexxi Nexia BT li fetħet il- kumpaniji fil-Panama ta' Mizzi u Schembri). Hu sejjaħ inkjesta, liema inkjesta hi lesta. L-avukati ta' Keith Schembri qalu illi l-inkjesta li għadha mhux pubblika tgħid li ma kienx hemm tixħim fil-każ tal-passaporti, xi ħaġa li rrepeta mill-ġdid Schembri fil-messaġġ tiegħu din il-ġimgħa. sal-Panama, Tat-Times iffrodaw tlett kwarti ta' miljun mill-Malta Enterprise Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela illi l-Pulizija qed ifittxu lid-Diretturi tal- Allied Newspapers imressqin quddiem il-Qorti lbieraħ għal frodi li jlaħħaq xejn inqas minn madwar €750,000 meta dawn id-diretturi xtraw stamperija fl-Imrieħel, mingħand l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri u ħadu €1.7 miljun bħala "investment aid." Kien żvelat illi fuq medda ta' snin l-Allied Newspapers ħadu madwar €690,000 mingħand Schembri, snin qabel ma' dan kien Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Fil-fatt fil-Qorti kien ikkonfermat li dan il-każ imur lura għall-2010. Dawn il-flus allegatament tpoġġew f 'kont fil-British Virgin Islands. Intant din il-gazzetta tinsab infurmata wkoll illi l-inkjesta Maġisterjali qed tindika li l-Maġistrat talbet lill-Pulizija biex tinvestiga wkoll lil Michel Rizzo, Direttur Maniġerjali kurrenti tal-kumpanija. Fiż-żmien illi matulu ngħataw dawn il- flus li fuqhom qed isiru l-akkużi, d-ditta legali tad-Deputat Nazzjonalista Mario De Marco - li huwa ħabib personali ta' Hillman u Membru tal-Istrickland Foundation - kienet qed tagħti servizzi legali lill-Malta Enterprise. Il-Fondazzjoni Strickland hija s-sid u għandha 73% tal-ishma tal-Allied Newspapers. L-Imħallef Emeritus Giovanni Bonello illum imexxi din il-Fondazzjoni. L-istess Bonello lura fl-2016 kien imqabbad mill-kumpanija biex imexxi inkjesta fuq l-akkużi tal-eks Kap tal-PN Simon Busuttil dwar ħasil ta' flus bejn Hillman u Schembri. Dan ir-rapport qatt ma ra d-dawl tax- xemx - anke jekk seta' tefa' dawl fuq dan il-każ - iżda ġie ppreżentat lill-Fondazzjoni u l-Bord tad-Diretturi tal-Allied Newspapers. Dan l-episodju kollu wassal biex il- kumpanija Allied Newspapers tagħmel djun kbar li wassluha biex tagħlaq l-istamperija, wara investiment enormi ta' €26 miljun. L-Inkjesta titlob li jiġi investigat ukoll Michel Rizzo, id- Direttur Maniġerjali tal-Allied Newspapers L-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri, qed ikun akkużat b'korruzzjoni, xhieda falza u ffalsifikar u kellu l-assi tiegħu ffriżati - mill-ġdid. Ma' Schembri ġew akkużati ukoll missieru - Alfio Schembri, Malcolm Scerri - sieħeb ta' Keith Schembri fin- negozju u Robert Zammit. Il-Maġistrat Charmaine Galea ma aċċettatx it-talba ta' ħelsien mill-arrest u wara li qalet illi dawn huma reati serji u ladarba l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin dawn ma jistgħux jingħataw il- ħelsien mill-arrest. Dan ifisser li lbieraħ Schembri, flimkien ma' Scerri, Zammit u ma' missieru iżżammew fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. L-akkużi fil-każ kontra Schembri huwa mium li jduru ma' allegazzjoni li kienu għaddew €650,000 minn Hillman għal għand Keith Schembri, liema pagamenti saru minn kumpaniji u strutturi "sigrieti." L-eks Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, kien allega li Schembri uża kumpanija f 'Ġibilta, jisimha Malmos, kontijiet oħra fl-Iżvizzera u f 'Ġibilita u anke kontijiet fil-Bank Pilatus biex għadda flus lil Hillman. Iktar kmieni Brian Tonna, Karl Cini, Manuel Castagna u Katrin Bondin Carter kienu akkużati u ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest. Ara l-istejjer sħaħ fuq is-sit illum.com.mt Schembri, Tonna, Cini u diversi oħrajn akkużati u jinżammu l-ħabs Keith Schembri (xellug) ittieħed fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin