Illum previous editions

ILLUM 21 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Keith Schembri reġa' kien fl-aħabarijiet wara li hu stess żvela illi se jkun mixli - probabbilment - f 'dak li jirrigwarda l-Inkjesta Maġisterjali illi titratta akkużi ta' tixħim bejnu u Adrian Hillman, li kien imexxi l-Allied Newspapers - jiġifieri l-publikaturi ta' e Times/e Sunday Times. Schembri għamel elenku ta' argumenti, punti, kritika u anke qal affarijiet li ħadd ma kien jaf. Tella' messaġġ twil ħafna fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu - rarità għalih fl-aħħar snin illi fihom kien fi-ċentru tal-attenzjoni - li kien immirat bl-aktar mod ċar lejn il-votant tradizzjonalment Laburist. L-użu tar-ritratt li uża Schembri - il-massa enormi ta' nies li attendiet għall-aħħar mass meeting tal-Partit Laburista f 'Ħal Far - kien juri ċar illi l-appell ta' Schembri kienu dawk il- ħafna li minkejja kollox baqgħu jappoġġjawh u baqgħu jimmeritawh bir-rebħiet storiċi tal- Partit Laburista. Schembri qatt ma għamel sigriet il-fatt li hu jara lilu nnifsu bħala l-istrateġista elettorali u dak li nsejħulu Kingmaker - jew il- poter wara t-tron - jiġifieri l-poter wara l-Prim MIniustru Joseph Muscat. Kollox jindika li apparti li kienu ħbieb kbar, Muscat u Schembri kienu kważi politikament inseparabbli, tant li it wara li Schembri rriżenja - ġimagħtejn wara - Muscat ħabbar ukoll li se jirriżenja minn Prim Ministru, minkejja li sa issa jibqa' l-aktar Prim Ministru elettoralment popolari mal-poplu Malti mit- Tieni Gwerra Dinjija, meta l-mexxejja tal-PN kienu internati l-Uganda. Lilhinn mill-iżviluppi ta' wara l-2015, huwa ċar li Schembri kien il-persuna li ressaq lejn il- Partit Laburista ħafna negozjanti kbar u anke medji li kienu ilhom jagħtu l-appoġġ lill-Partit Nazzjonalista għal ħafna snin, naturalment bit-tajjeb imma anke bil-ħażin li dan kollu ġab miegħu. Schembri kien ukoll meqjus bħala l-persuna li kenet tmexxi l-istrateġija tal-PL u li kien "pont" kif wara kollox isejjaħ lilu nnifsu f 'dan l-istatus ta' Facebook bejn il-PL u alleati jew organizzazzjonijiet li mhux normalment jappoġġjaw jew kienu ilhom ma jappoġġjaw lill-Labour għal snin twal. Ibda minn gazzetti u kmamar tal-aħbarijiet u kompli għaddej għal negozjanti, lukandiera, kuntratturi, studenti u aktar. Iżda dan kollu - il-faċċata u s-saħħa bla preċedent ta' Schembri, ta' Joseph Muscat u tal-Gvern li kienu jmexxu bdiet tiġġarraf it, it eżatt fil-mument li inkixfu l-kumpaniji mhux iddikjarati f 'ġurisdizzjoni ta' segretezza fil-Panama: Tillgate Inc. Hearnville Inc. u Egrant - ilkoll miuħin minn Nexia BT. Iddur fejn iddur dawn il-kumpaniji u l-intenzjoni warajhom jibqa' l-għerq ta' kull dannu li kellu jiffaċċja Gvern Laburista u l-pajjiż u allura Keith Schembri innifsu. F'dan l-ispazju l-gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa lejn l-iżviluppi li qed iwassluna għall- iżviluppi ta' dawn il-jiem: Il-kumpaniji fil-Panama Kienet Daphne Caruana Galizia - huwa mium permezz ta' binha Matthew li kien jaħdem mal-ICIJ, li fil-fatt kixfu d-dettalji tal-Mossack Fonseca - li l-ewwel żvelat il- kumpanija ta' Konrad Mizzi imbagħad, it wara dik ta' Keith Schembri - minkejja ċaħdiet u tweġibiet vagi li dan kien ta meta mistoqsi jekk fil-fatt kellux kumpanija fil- Panama. Għall-ewwel il-kontroversja kollha kienet dwar meta nfetħu dawn il-kumpaniji - jiġifieri it wara l-elezzjoni tal-2013, fejn infetħu - jiġifieri f 'ġurisdizzjoni ta' segretezza (bħall-Iżvizzera fejn Austin Gatt kellu dak il-famuż kont li kien nesa') u għaliex infetħu l-Panama, meta setgħu faċilment infetħu Malta. Wara xhur ta' allegazzjonijiet, kontroversji, qlajjiet u veritajiet u wara li nqatlet Daphne Caruana Galizia rriżultat email. Email ta' Nexia BT li kienet tgħid illi l-kumpanija ta' Schembri flimkien ma' dik ta' Mizzi kienu se jdaħħlu madwar $2 miljuni fl-ewwel sena li jinfetħu minn operazzjonijiet relatati ma' riċiklaġġ u turiżmu minn pajjiżi bħad-Dubaj u l-Indja. Imbagħad kien żvelat - it wara li kien indikat 'negozjant kbir' bħala l-mandant tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia - illi 17 Black kienet ta' Yorgen Fenech, direttur fil-Power Station il-ġdida u negozjant magħruf. Aktar minn hekk kien żvelat mill-konsorzju ta' ġurnalisti 'e Daphne Project' illi l-kumpanija ta' Schembri (u ta' Mizzi) kienet 'target client' ta' 17 Black li fiha daħlu $1.6 miljun: $1.2 miljun mill- Ażerbajġan f 'isem ta' persuna li taħdem bħala security fuq sit ta' kostruzzjoni u $200,000 mill-aġent tat-tanker tal-LNG f 'Delimara. Minkejja ċaħdiet, meta d-Dubaj għalaq il-kont ta' 17 Black fil-Bank Noor kien hemm $1.6 miljun. Naturalment dan kollu qajjem trombi politiċi sħaħ b'akkużi ta' korruzzjoni u tixħim u anke akkużi li dan it-trijangolu ta' poter kien dak li wassal - direttament jew indirettament - għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Keith Schembri kien ammetta li 17 Black kienet fil-pjani ta' negozju tiegħu, imma dejjem ċaħad li għamel negozju ma' Yorgen Fenech. "Yorgen Fenech kien ħabib tiegħi. Kien wieħed mill-aktar negozjanti stmati f 'Malta. Kienet xi ħaġa prestiġġjuża li tagħmel negozju miegħu. Iżda ma kien hemm l-ebda negozju ieħor miegħu," kien xehed Schembri fil-Qorti. L-assassinju Keith Schembri kien mgħajjat diversi drabi d-Depot fuq diversi każijiet imma sa issa għadu ma kienx hemm dak li ngħidulu l-ismoking gun, fil-konfront tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia - jiġifieri minkejja li ssemma' - l-aktar minn Yorgen Fenech, li jirriżulta illi kien ħabib tal-qalb miegħu - sa issa ma hemm ebda prova tanġibbli li hu kien imdaħħal jew kien jaf jew għamel xi ħaġa biex jgħatti l-assassinju ta' Caruana Galizia. Pero' malajr, malajr nagħtu ħarsa lejn kif issemma. Yorgen Fenech - li Schembri kien xehed illi tant kienu ħbieb li kien lest jidħol fin- nar għalih - kien qal lill-pulizija illi Keith Schembri kien il-mandant, kien ħallas sa €80,000 għal dan l-assassinju u kien il-ħin kollu, skont hu - qed idejqu biex jgħaġġel il- proċess tal-assassinju. Naturalment Schembri dejjem ċaħad. Xhieda interessanti kienet tat-Tabib Adrian Vella li kien it-tabib kemm ta' Schembri u anke ta' Fenech. Hu kien irrakkonta kif darba Fenech kien qallu biex imur il-Mellieħa għand Keith Schembri. Meta t-Tabib Vella kien id-dar ta' Schembri ġara hekk: "Keith Schembri pponta lejn il- karti ..." jgħid Vella li jsostni illi dawn il-karti qatt ma daru u malli ħadhom twihom u baqa' sejjer bihom Portomaso, fejn kien hemm Fenech flimkien ma' uliedu u martu. "Qatt ma daru l-karti. Jiena bniedem mistħi u qatt ma nindaħal fi ħwejjeġ in-nies," sostna Vella. Huwa qal li ħa dawn il-karti sa Portomaso għand Fenech u fil-ħin li kien Portomaso Keith Schembri ċempel lil Yorgen Fenech, li ħa t-telefonata fil-privat. Vella jixhed illi din it-telefonata damet madwar tliet minuti imma hu ma jafx kinitx fuq il-karti li hu għadda. It-tabib jispjega kif hu telaq minn Portomaso u it sigħat wara ġew il-pulizija jarrestawh. Schembri kien ċaħad li hu kiteb din l-ittra jew għaddieha lit-tabib tiegħu. Keith Schembri xehed u mhux biss ċaħad li kien imdaħħal f 'dan l-assassinju talli qal illi Keith Schembri: Mill-poter, wara 't-tron' sal-Panama, l-iskandli, l-allegazzjonijiet u l-assassinju Ħarsa lejn l-akbar kontroversji li direttament jew indirettament Keith Schembri spiċċa f'nofshom: Il-kumpaniji fil- Panama, ix-xhieda fl- assassinju ta' Daphne, passaporti u flus mingħand Hillman

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 March 2021