Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198
14 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 • illum Sondaġġ ILLUM; Maġġoranza lesti jagħżlu karozza hybrid Sondaġġ tal-gazzetta ILLUM (magħmul minn POLAR) juri li l-maġġoranza tal-Maltin jippreferu jixtru karozza hybrid jew elettrika jekk ikollhom ibiddlu l-karozza. Mela allura għaliex ftit tara minnhom fit- toroq? Il-Maltin liema ditta ta' karozzi jippreferu? U jekk se jixtru karozza, x'kulur jagħżlu? YENDRICK CIOFFI Jista' jkun li infrastruttura għalihom ma hawnx iżda kif qalu mal-gazzetta ILLUM diversi importaturi tal-karozzi, id- domanda għall-vetturi elettriċi jew hybrid qed tiżdied. Fil-fatt, sondaġġ xjentifiku tal-gazzetta ILLUM wera kif il-maġġoranza tal-Maltin lesti jixtru vettura elettrika jew hybrid jekk ikunu se jbiddlu l-karozza. Fil-fatt, meta l-parteċipanti kienu mistoqsija x'karozza jixtru, jekk hux waħda li taħdem bil- petrol, bid-diesel, bl-elettriku jew inkella b'magna hybrid, kważi 29% wieġbu hybrid, 26% qalu li jixtru karozza elettrika, 18% jixtru magna diesel, filwaqt li kważi 16% jagħżlu karozza li taħdem bil- petrol. 11% ma weġbux. Anke jekk karozzi hybrid jaħdmu kemm bl-elettriku iżda anke bil-uwil u allura xorta hemm l-element tat-tniġġis, jibqa' l-fatt li għall-kuntrarju tal-perċezzjoni, il-kuxjenza fost il-Maltin qed tiżdied u jekk se jixtru karozza, se jagħżlu waħda li tniġġes inqas. Kieku wieħed kellu jgħaqqad dawn il-persentaġġi, jirriżulta li it aktar minn 34% tal-Maltin se jmorru għal vettura li taħdem bil-uwil, filwaqt li kważi 54.8% jippreferu jixtru karozza li taħdem kompletament bl-elettriku jew inkella b'aktar minn sors wieħed ta' enerġija. Il-karozzi elettriċi l-aktar popolari mal-adulti; Iż- żgħażagħ jagħżlu hybrid jew id-diesel Intant, jirriżulta wkoll, mill- istess sondaġġ, li ż-żgħażagħ li għandhom bejn 18 u 35 sena u anke adulti li għandhom bejn 36 u 50 sena, huma aktar lesti li jixtru karozza hybrid, filwaqt li dawk f 'etajiet akbar (minn 51 sena 'l fuq) wieġbu li jippreferu jixtru karozza li taħdem bl-elettriku. Madanakollu, il-preferenza għall-karozzi elettriċi jew hybrid, tinbidel skont l-etajiet. Anke jekk 56.9% taż-żgħażagħ wieġbu li jixtru karozza elettrika jew inkella hybrid, magna hybrid kienet aktar popolari (38.7%). Wara l-hybrid, it-tieni l-aktar popolari fost iż- żgħażagħ, tkun karozza b'magna diesel (23.2%) u mhux elettrika. Jekk imbagħad nieħdu dawk li għandhom bejn 36 u 50 sena, 60.5% jagħżlu karozzi elettriċi jew inkella hybrid u minn fost dawk li għandhom bejn 51 u 65 sena, huma aktar minn 62.3% dawk li jagħżlu karozza li tniġġes inqas. Fost l-anzjani li għandhom 'il fuq minn 65 sena, maġġoranza relattiva jagħżlu karozzi li jniġġsu inqas (40%) għalkemm 32% ma weġbux għal din il-mistoqsija u forsi bir-raġun għax it huma dawk l-anzjani li jbiddlu l-karozza tagħhom. Mela, jekk nieħdu l-istampa kollha, jirriżulta li dawk fl-etajiet medji, jiġifieri li għandhom bejn 36 u 65 sena, huma aktar lesti li jixtru karozza totalment elettrika, filwaqt li ż-żgħażagħ (anke jekk il-maġġoranza tagħhom jagħżlu karozzi li jniġġsu inqas), għadhom mhux daqshekk lesti jixtru karozza li telimina għal kollox il-uwil. L-Għawdxin l-aktar li jippreferu l-vetturi elettriċi L-istess preferenza għall- vetturi elettriċi jew inkella hybrid insibuha wkoll fir-reġjuni differenti. Minn fost ir-reġjuni kollha f 'Malta, il-preferenza tmur għall-karozzi hybrid, l-aktar fuq in-naħa ta' fuq tal-pajjiż. Min-naħa l-oħra, l-Għawdxin, jippreferu jmorru mill-ewwel għal karozza elettrika. Forsi għal Għawdex, fejn id-distanzi huma iqsar u t-traffiku minimu, vettura elettrika tagħmel aktar sens. Fin-naħa ta' isfel tal-pajjiż, id- differenza hija inqas ċara, anke jekk il-maġġoranza xorta waħda wieġbu li jippreferu jixtru karozza elettrika jew inkella hybrid. L-edukazzjoni tagħmel differenza kbira fl-għażliet Id-differenza, toħroġ aktar ċara fejn tidħol l-edukazzjoni. Fil-fatt, aktar ma' persuna tkun irċeviet edukazzjoni, aktar hemm ċans li tagħżel karozzi li jniġġsu inqas. Fil-fatt, minn fost dawk li għandhom edukazzjoni terzjarja, jiġifieri li komplew jistudjaw wara s-sixth form, 40.7% qalu li jixtru karozza hybrid u 28.1% qalu li jixtru karozza elettrika. Hybrid 28.86% Elettrika 25.95% Diesel 18.45% Petrol 15.98% Ma weġbux 10.75% Jekk tixtri karozza, x'magna tagħżel?