Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 hybrid jew elettrika minflok magna petrol jew diesel Dan ifisser li kważi 68.8% jagħżlu karozza li tniġġes inqas. Għalkemm xi it inqas, anke dawk li waqfu sal-edukazzjoni post-sekondarja (sixth form) jew inkella sa edukazzjoni sekondarja, se jippreferi li jixtru karozzi li jniġġsu inqas. Madanakollu, l-istampa hija għal kollox differenti fost dawk li waqfu sal-primarja. Għalkemm il-maġġoranza assoluta ma weġbux għal din il-mistoqsija, il-maġġoranza relattiva, jiġifieri 17.8%, qalu li jixtru karozza li taħdem bid- diesel. 16.8% qalu li jixtru karozza elettrika u 5.4% biss qalu li jixtru hybrid. Fil-fatt, din kienet l-uniku kategorija ta' parteċipanti li jippreferu jagħżlu l-karozzi li jaħdmu totalment bil-uwil (25%) minflok dawk li jniġġsu inqas (22.1%), għalkemm id-differenza xorta mhijiex kbira. Bejn il-kliem u l-fatti... Dan jawgura tajjeb għal futur u juri li qed tiżdied il-kuxjenza ambjentali anke jekk bejn l-intenzjoni u d-deċiżjoni finali hemm it baħar jaqsam. Fil-fatt, meta l-gazzetta ILLUM tkellmet mal-importaturi u l-aġenti ewlenin tal-karozzi f 'Malta, kollha qablu li għalkemm qed jiżdiedu dawk il-klijenti li jistaqsu direttament għall-karozzi elettriċi jew inkella hybrid, ħafna jispiċċaw jixtru karozza li taħdem bil-uwil għax huma irħas. Fil-fatt, wieħed mill-importaturi kien spjega kif karozza elettrika second hand li jkollha madwar 20 elf kilometru tkun tiswa madwar €13,000 u dan meta waħda li taħdem bil-uwil tkun xi €7,000. Qal li l-irħas karozza elettrika li hawn bħalissa fis-suq tibda minn €30,000. L-importaturi u l-aġenti kollha qablu li allaħares ma jkunux l-iskemi tal-Gvern biex aktar persuni jagħżlu karozzi elettriċi jew hybrid, għax kieku jkun hawn aktar persuni li jaqtgħu qalbhom. Apparti minn hekk, qalu l-istess aġenti, it li xejn hawn persuni mħarrġa li jaħdmu biex isewwu karozzi elettriċi li jkollhom ħsara fil-mutur. Intant, l-aħħar statistika tal- Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li għadna lura mmens. Il-vetturi elettriċi jew hybrid, jammontaw għal 1.5% biss tal- vetturi li hawn f 'Malta. Dan ifisser li f 'Malta hawn 6,017-il vettura li jaħdmu bl-elettriku jew li huma hybrid. Vetturi elettriċi jammontaw għal 1,293. Meta mqabbel mal-aħħar tal- 2019, iż-żieda fil-karozzi elettriċi jew hybrid kienet ta' 2,309 vettura. Fil-fatt, sal-aħħar tal-2019, il- vetturi elettriċi jew hybrid kienu ammontaw għal 0.9% biss tat- total. Vetturi elettriċi kienu jammontaw għal 1,038. It-Toyota l-favorita tal-Maltin u mhux bi ftit It-traffiku jibqa' waħda mill-akbar sfidi li għandu l-pajjiż. Kulħadd igerger iżda ħadd ma jirrikonoxxi li huwa parti mill-problema. Għaliex? Għax il-Maltin il-karozza nħobbuha u ara min jgħidilna naqbdu Tal-Linja. Jekk ma naqblux fuq ħafna affarijiet, jidher li fuq il-karozzi naqblu. Fil-fatt, l-istess sondaġġ tal-ILLUM staqsa lill-parteċipanti x'karozza jagħżlu kieku kellhom jixtru u l-maġġoranza għażlu t-Toyota, ditta Ġappuniża famuża mad-dinja kollha. Tista' tgħid li ditti oħra ta' karozzi lanqas bdew mat-Toyota u fil-fatt, kważi kważi, jinsabu kollha fl-istess ilma. Jekk wieħed jeskludi lil dawk li ma kinux jafu jwieġbu (13.6%) u dawk li għażlu karozza mhux fil-lista (21.5%), it-tieni l-aktar ditta preferuta fost il-parteċipanti ta' dan is- sondaġġ kienet il-BMW (3.4%) u warajha l-Volkswagen (2.7%), l-Audi (2.6%) u l-Peugeot (2.5%). Id-differenza bejn ditti differenti oħra kienet minima. L-inqas karozzi popolari mal-parteċipanti kienu s-Seat (0.1%), l-Iskoda (0.3%), it-Tesla (0.4%) u l-Kia (0.9%). Iż-żgħażagħ jafu jagħżlu Ftit li xejn kien hemm differenzi fl-etajiet, għajr għal fatt li l-anzjani li għandhom 'il fuq minn 65 sena 'l fuq ippreferew ma jagħżlu l-ebda karozza. Madanakollu minn fost l-anzjani li wieġbu, t-Toyota xorta kienet l-aktar popolari. Id-differenza kienet tinħass aktar fit-tieni u t-tielet preferenza. Pereżempju 45.4% ta' dawk li għandhom bejn 18 u 35 qalu li jippreferu jixtru Toyota. It-tieni preferenza taż-żgħażagħ kienet karozza BMW (5.3%) u t-tielet preferenza kienet il-Mercedes- Benz (3.5%). Ngħiduha kif inhi, jafu jagħżlu ż-żgħażagħ tagħna. Għal 38.2% ta' dawk li għandhom bejn 36 u 50 sena t-Toyota wkoll kienet l-għażla preferuta u warajha r-Renault (5.9%) u l-BMW (4.9%). It-Toyota hija l-aktar popolari ma' dawk li għandhom bejn 51 u 65 sena (48.9%). It- tieni l-aktar popolari magħhom kienet il- Volkwagen (5.3%) u l-BMW (3.7%). U fir-reġjuni kien hemm differenza? Fejn tidħol il-preferenza, ma hemmx Għawdxin, tat-tramuntana jew ta' nofsinhar. Kemm jekk int min-Nadur, mill-Mellieħa jew inkella minn Marsaxlokk, x'aktarx li tmur l-ewwel għal Toyota. Id-differenza tinħass it fejn tidħol it- tieni u t-tielet preferenza. Wara t-Toyota, l-Għawdxin jippreferu l-Opel (8.9%) u l-Audi (8.6%). Għal dawk li jgħixu fin-naħa ta' fuq tal- pajjiż, bħall-Mellieħa u għal dawk li jgħixu fl- inħawi ta' San Ġiljan, Tas-Sliema u Birkirkara, wara t-Toyota x'aktarx li se jagħżlu karozza BMW (5.7%). Fost dawk li jgħixu fl-inħawi ta' Ħal Għaxaq, iż-Żejtun u ż-Żurrieq, wara t-Toyota jippreferu s-Citroen (3.8%) jew l-Audi (3.6%), filwaqt li t-tieni u t-tielet preferenza għall-Beltin, ir-residenti tal-Kottonera u Ħaż- Żabbar huma l-Mercedes-Benz (4%) u l-Ford (3.5%). Fl-aħħar nett, iż-Żebbuġin, ir-Rabtin u dawk li jgħixu fl-inħawi ta' Ħal Balzan, jekk mhux Toyota, se jagħżlu Renault (5.7%) jew Fiat (3.9%). U l-edukazzjoni? U l-livell ta' edukazzjoni jagħmel differenza? Mhux ħażin. Fil-fatt, dawk li għandhom edukazzjoni terzjarja, jekk ma jixtrux Toyota, li kienet l-għażla ta' 42.3% tal-parteċipanti, se jagħżlu BMW (7%). Mill-banda l-oħra, il-maġġoranza (56.7%) ta' dawk li waqfu biss sal-iskola primarja ma weġbux għal din il-mistoqsija. Minn dawk li wieġbu, il-biċċa l-kbira tagħhom xorta għażlu t-Toyota (26.3%), għalkemm it-tieni preferenza tagħhom tkun il-Ford (3%). Toyota 39.59% Oħrajn 21.55% Ma weġbux 13.57% BMW 3.36% Volkswagen 2.70% Audi 2.55% Peugeot 2.53% Renault 2.49% Mercedes Benz 2.40% Ford 2.13% Citroen 1.92% Opel 1.77% Fiat 1.62% Kia 0.98% Tesla 0.41% Skoda 0.28% Seat 0.14% Karozza bajda dejjem moda Is-sondaġġ staqsa wkoll lill-parteċipanti, x'kulur jagħżlu jekk ikollhom jixtru karozza. Il-parteċipanti ngħataw dawn l-għażliet: griża skura, ħamra, blu, griża (silver) jew bajda. L-għażliet kienu mħallta, anke jekk karozza bajda dejjem moda. Fil-fatt, il-maġġoranza relattiva, 29.2%, qalu li jixtru karozza bajda, filwaqt li 21% qalu li ma jagħżlu l-ebda wieħed minn dawn il-kuluri. Jista' jkun li karozza bajda hija aktar popolari għax ġeneralment tkun irħas ukoll. Karozza bajda kienet l-aktar popolari fost il-kategoriji kollha, għajr tnejn, fosthom għaż-żgħażagħ ta' bejn it-18 u 35 sena li x'aktarx ikunu aktar avventurużi fil-kulur tal- karozzi. Fil-fatt, kienu 26.2% tal-parteċipanti żgħażagħ li għażlu karozza bajda, filwaqt li 30.1% qalu li jagħżlu kulur differenti minn dawk msemmija lilhom. Simili tagħhom kienu dawk li jgħixu fin-naħa ta' isfel tal-pajjiż, fosthom residenti ta' Birżebbuġa, iż-Żurrieq, l-Imqabba u l-Qrendi li wkoll jippreferu jkunu aktar avventurużi u jagħżlu kulur differenti minn dawk fl-għażla. L-inqas kuluri favoriti mal-parteċipanti kienu l-griż skur (4.7%) u l-aħmar (5%) Jekk tixtri karozza, x'ditta tagħżel?