Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198
16 letteratura IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Avviż mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Ir-revoluzzjoni ser tixxandar bit-televiżjoni "e revolution will not be televized. e revolution will not fight germs that may cause bad breath" Ir-rivoluzzjoni mhix ser tixxandar bit-televiżjoni: hekk tgħid id-diska funk, kważi proto-rap, mis-snin sebgħin ta' Gil Scott-Heron. It-titlu tagħha kien frażi komuni ħafna f 'ħalq il-movimenti Black Power tas- snin sittin fl-Istati Uniti. F'daż- żminijiet imqallba tagħna, tajjeb jew ħażin, ġieli tintuża wkoll minn xi attivisti tal- movimenti Black Lives Matter u dal-aħħar ġieli smajtha wkoll minn għadd ta' kummentaturi kontra r-restrizzjonijiet soċjali li f 'dawn l-aħħar xhur laqtu b'mod negattiv ħafna kull setturi kulturali mad-dinja kollha. Il-kelma rivoluzzjoni tista' tfisser bosta ħwejjeġ, tant illi llum donnu saret tfisser minn kollox u fl-istess waqt ma saret tfisser xejn. Tfisser xi tfisser, almenu s'issa, jidher illi bosta kurrenti revoluzzjonarji – u mhux biss dawk politiċi – ġarrew l-attivitajiet tagħhom għal fuq il-pjattaformi ewlenin tal-midja soċjali. Mhux għax s'issa hemm wisq għażla. Għaldaqstant, kwalunkwe revoluzzjoni soċjali, politika jew kulturali tista' ssir biss kemm-il darba din tiġi televizzata: mela the revolution will be televized. Id-diska ta' Scott-Heron kienet imnebbħa – bħal xorta ta' tweġiba – minn silta fil-biċċa l-kbira mitħaddta When the Revolution Comes tal-ensamble ta' poeti u mużiċisti magħrufa bħala e Last Poets. Is-silta kienet tgħid hekk: "when the revolution comes some of us will probably catch it on TV". Meta tasal ir-rivoluzzjoni xi wħud minna aktarx ser isegwuha fuq it- televixin – proprju bil-kontra tat- tbassir ta' Scott-Heron. M'hemmx xi ngħidu li din il-frażi saret relevanti ħafna għal żmienna, anke għalina l-Maltin. Dan jgħodd l-iżjed għal dawk midħla tas-settur kulturali li fil-mument ħtiġilhom – dejjem jekk in-natura tas-setturi tagħhom tippermetti – jittrasformaw ix-xogħol tagħhom, revoluzzjonnarju jew mhux, f 'avvenimenti virtwali. Dan mhux xi kummentarju ieħor dwar l-iġsma iħirsa f 'art il- weqfin. Lanqas tiġdida tal-ilmenti tiegħi dwar l-għeluq tat-teatri. Il- fehmiet dwar dan ġa għamilthom ċari s-sena l-oħra u anke din is- sena, kemm hawnhekk u kemm bnadi oħra. Għaldaqstant ma naħsibx li vallapena – għall- inqas għalissa – li nibqa' ntenni l-istess ħwejjeġ għal riħ bla xita. Xejn ma jfid li nikkonċentraw il-ħin kollu fuq dak li jnikktna jew li nibqgħu ntambru biss fuq dak illi qiegħed jifridna, kemm intellettwalment u kemm fiżikament. Anzi, fir-rigward tas-setturi kulturali tagħna f 'daċ- ċirkustanzi nasal ngħid illi forsi ħabat tajjeb illi qegħdin isiru ħafna sforzi sabiex l-attivitajiet letterarji tagħna – anke jekk ma jikkaġunaw ebda revoluzzjoni – filfatt almenu jiġu bħal televizzati fuq il-mezzi tal-midja soċjali. Dan ma ġarax kullimkien. Il-mewġiet enormi ta' stediniet biex nieħdu sehem f 'attivitajiet kulturali fuq l-internet – kultant 'qas biss issir irkaptu ma' min jew ma' xiex ser tlaħħaq – ma turix is-sitwazzjoni kollha tas-setturi kulturali mad-dinja. Ibda biex, bosta attivitajiet li minnhom infushom ma jistgħux jixxandru baqgħu l-art. Imbagħad, bosta għaqdiet kulturali – sforz l-istrinġenzi loġistiċi jew monetarji li kkawżat il-pandemija – saħansitra ma setgħux ikomplu jibbilanċjaw il-kotba u kellhom bilfors jitfu t-televixin u saħansitra jagħlqu l-bibien. Jidhirli li l-għajnuniet finanzjarji mogħtija lill-korpi kulturali u lill-professjonisti li jaħdmu fihom – meta almenu waslu – ħafna drabi waslu tard ħafna. Dan il-fatt waħdu diġà jiġġustifika biżżejjed il-kampanja – jekk nistgħu nsejħulha hekk – virtwali Art Is Work illi nħasbet apposta biex tiġbed l-attenzjoni rigward il-qagħda prekarja li safa' fiha s-settur artistiku. Mill-banda l-oħra b'xorti tajba korpi oħrajn – ukoll f 'pajjiżna – seħħilhom ivinċu s-sitwazzjoni billi baqgħu għaddejjin bl- attivitajiet tagħhom, inklużi wkoll il-festivals. Fost dawn żgur ilkoll għandna naqblu li nistgħu nsemmu lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) li sa mill-bidu nett tal-pandemija wera impenn u reżiljenza liema bħalhom. Sewwasew f 'Marzu tas-sena l-oħra – voldieri fl- eqqel fażi tal-ewwel mewġa – kellu jħassar f 'daqqa waħda l-attivitajiet kollha tal-Festival fuq il-Kampus. Kienet tassew ħasra, iżjed u iżjed meta tqis illi fost il-mistednin distinti ewlenin kien ippjanat li jkollna magħna lill-kittieb u poeta Mark Doty u lit-traduttologa Susan Bassnett. Madankollu f 'Novembru li għadda mbagħad il-KNK irnexxielu jtella' online b'suċċess – dejjem fil-limiti taċ-ċirkustanzi Mark Anthony Fenech Kevin Saliba flimkien ma' Clare Vassallo u Rod Mengham waqt il-Festival tal-2019

