Illum previous editions

ILLUM 21 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jagħti ħarsa lejn l-edizzjoni virtwali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus ta' din is-sena. Imnebbaħ minn silta mużikali tas-snin sebgħin ta' Gil Scott-Heron kif minn oħra tal-grupp The Last Poets jiddiskuti – filwaqt li jelenka diversi attivitajiet li ser jittekkgħu f'dan il- festival – l-aspetti revoluzzjonarji ta' dan l-avveniment annwali flimkien ma' dawk tal-ħidma tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fl-industrija tal-ktieb Malti. Intant Saliba jisħaq illi minkejja r-restrizzjonijiet attwali din is-sena r-revoluzzjoni ser ssir xorta waħda: did-darba fuq it-televixins ta' żmienna. – il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li fost mistiedna internazzjonali oħrajn laqa' lil Salman Rushdie, f 'okkażjoni minnhom f 'diskussjoni ma' Alfred Sant. U issa proprju dis-sena – f 'din l-edizzjoni virtwali tal-2021 li ser tibda nhar l-Erbgħa – il-Kunsill għamel tajjeb għall-iżvintura ta' sena ilu billi reġa' stieden lil Mark Doty biex jieħu sehem f 'sessjoni ma' studenti Universitarji taħt it-treġija ta' Mario Aquilina kif ukoll f 'intervista ma' James Corby. Din mhix ser tkun l-unika attrazzjoni. Loranne Vella – waħda mill-iżjed kittieba eċċitanti ta' żmienna – ser tiddiskuti mal- pubblikatur Chris Gruppetta u l-awturi LON Chircop u Kirsten Spiteri l-libertà tal-kittieba u ċ-ċensura fi żmienna. Anthony Aquilina ser iniedi traduzzjoni oħra tax-xogħol ta' Albert Camus, din id-darba d-dramm Kaligula b'akkumpanjament koerografiku ta' Clive u Claire Piscopo minn eatre Lab Malta. F'kollaborazzjoni mad- Dipartiment tal-Filosofija Jean Paul De Lucca ser jimmoderna diskussjoni bejn il-filosofu Malti Francois Zammit u l-filosofu Taljan Enrico Panai dwar l-applikazzjoni tal-filosofija fl-isfidi tal-lum: mill-kitba li tidher bħala att teknoloġiku sempliċi sal-kumplessitajiet tat-teknoloġiji emerġenti. Ir- riċerkatur Jonathan Farrugia, flimkien mar-restawratriċi tal- istatwa tar-Redentur tal-Isla Valentina Lupo (Atelier del Restauro), ser jiddiskuti l-ktieb tiegħu Ir-Redentur: History, Art, Cult – xogħol li ngħid għalija għandi ħafna xi nikteb u ngħid dwaru. Fuq tema kemxejn simili, Michael Spagnol, u Sephora Francalanza mill-Għaqda tal- Malti (Università) se jiddiskutu l-applikazzjoni tat-teknoloġiji diġitali filwaqt illi – iżjed importanti minn hekk – ser jippreżentaw il-portal ta' riċerka malti.mt. Barra dan, fl-okkażjoni tad-90 sena mill-ewwel edizzjoni tar-rivista Leħen il-Malti se jinġiebu flimkien diversi kelliema li okkupaw xi kariga fil-bordijiet editorjali tal-imgħoddi, fosthom Joseph P. Borg u Ġorġ Mallia u Leanne Ellul. Interessanti ħafna, b'mod partikulari għalija, għandha tkun it-tnedija tax- xogħol awtobijografiku ta' Alfred Sant Confessions of a European Maltese – e Middle Years 1975- 1992 li tkompli fejn kien ħalla l-ewwel volum fl-2003. Dan il- volum ikopri b'mod partikulari l-amministrazzjoni ta' Dom Mintoff u mbagħad dik ta' Karmenu Mifsud Bonnici fost it- taqlib politiku tas-snin tmenin u l-bidla fil-gvern illi mbagħad żvolġiet bis-saħħa tal-moviment politiku ta' Eddie Fenech Adami. Nittama li Sant isib ukoll il-ħin – iżjed u iżjed issa li mhux biħsiebu jikkontesta għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jmiss – biex jagħtina volum ieħor ma ma jdumx illi jkopri ir-riformi mwettqa minnu fil-Malta Labour Party malli nħatar Kap tal- Oppożizzjoni, ir-rebħa elettorali storika ta' Ottubru 1996, is- sentejn li dam Prim Ministru li ntemmu ħesrem bil-konfront ma' Dom Mintoff, il-kampanja favur il-Partnership u r-referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u l-bqija. M'iniex qed ngħid illi dawn l-edizzjonijiet mxandra fuq it- televixins tal-lum jistgħu tabilħaqq jieħdu post l-edizzjonijiet fiżiċi li lkoll konna mdorrija bihom. Fil- Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus ta' sentejn ilu ħadt sehem f 'attività rigward it-traduzzjoni tal-poeżija mat-traduttologa Clare Vassallo u l-poeta, kritiku letterarju u traduttur Rod Mengham fil- preżenza fiżika ta' bosta studenti. Ebda mill-attivitajiet virtwali li segwejt s'issa ma wassluli l-istess esperjenza. Madankollu, iġsma iħirsa u mhux, ta' min jammira l-impenn tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb illi f 'dawn iċ-ċirkustanzi xejn flessibbli xorta baqa' jaqdi r-rwol u l-missjoni tiegħu li jmexxi 'l quddiem il-ktieb Malti. Minkejja li fl-industrija tal-ktieb lokali għad fadal ħafna xi jsir, ma nkunux qegħdin nesaġeraw iżżejjed jekk ngħidu li f 'dawn l-aħħar snin – l-iżjed matul dawn l-aħħar xhur tant skabrużi – il- KNK seħħlu jwettaq revoluzzjoni, l-iżjed meta nqisu l-qagħda li kienet fiha din l-industrija sa daqs żewġ deċennji ilu. Aktarx l-ikbar għadd rivoluzzjonarju f 'dar- rigward – sew fis-saħħa u sew fil- mard –kien proprju dan. Ir-rivoluzzjoni mhix ser tixxandar bit-televiżjoni, kien qalilna Gil Scott-Heron. Għandu mnejn dika l-ħabta seta' kellu raġun. Mhux daqstant daż-żmien. "Meta tasal ir-rivoluzzjoni xi wħud minna aktarx ser jsegwuha fuq it-televixin", kienu qalulna qablu e Last Poets. Hekk ser isir. Nisperaw li din ma jsegwihiex xi wħud minna biss u li – għax inkella mxija u mhux kollha mmutu – li l-parteċipanti ta' din is-sena ma jkunux tassew l-aħħar poeti... Il-Festival tal-Ktieb fuq Il-Kampus 2021

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 March 2021