Illum previous editions

ILLUM 21 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 • illum Il-qarnita f'nofsna T ul dawn l-aħħar ġimgħat rajna tinkixef ftit ftit xibka ta' krimi- nalità li nfiltrat u niġġ- set kull settur tas-soċjetà tagħ- na. L-informazzjoni qed taslilna biċċa biċċa, bis-sulluzzu, qiesu qed tixxandar s-serje televiżiva La Piovra f 'edizzjoni speċjali dwar Malta. L-informazzjoni li ħierġa mill-investigazzjoni dwar Yorgen Fenech, u minn investigazzjonijiet oħra relatati, żvelat xibka li prattikament infiltrat l-istituzzjonijiet lokali kollha. Bħall-qarnita li bi tmient iswaba twal tfittex li tikkontrolla kollox. Ħadd ma jista' jgħid li ma konniex avżati dwar dan. Kien hemm waqt li ntqal li jekk Yorgen Fenech jaqa', miegħu ikaxkar lil bosta. Puntata wara l-oħra qed nirrealizzaw kemm hu kbir il- kontroll tal-qarnita. Xhud wara l-ieħor qed jikkonferma kif il-klikka kriminali taħt investigazzjoni kienet kontinwament infurmata bil-mossi differenti tal- pulizija li kienu qed imexxu l-investigazzjoni. Kienu jafu b'kull deċiżjoni minnufih. Dawk li wettqu l-assassinju kienu anke jafu, b'avviż ta' tlett ġimgħat, meta kienu ser ikunu arrestati. Kellhom avviż biżżejjed biex setgħu jippjanaw fejn kienu jippreferu li jseħħ l-arrest tagħhom. Għażlu t-tinda tal-patata fil- Marsa! Ħafna minnkom jiftakru l-ewwel puntati dwar Silvio Valletta li dakinnhar kien għadu Deputat Kummissarju tal-Pulizija inkarigat bl- investigazzjoni kriminali dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Kien introdott bħala z-ziju Silvio lill-familja ta' Yorgen Fenech. Iż-żewġt irġiel (Silvio u Yorgen), sena wara l-assassinju kienu tant fi ħbieberija li nhar id-29 ta' Settembru 2018 kienu flimkien Stamford Bridge jieħdu pjaċir jaraw logħba futbol: Chelsea kontra Liverpool. Mhiex aħbar li Yorgen Fenech kien kapaċi jara opportunità tajba għal investiment strateġiku. Investa b'attenzjoni f 'Silvio Valletta. Silvio, wara kollox kien ukoll membru tal-Bord tal-FIAU (Financial Intelligence Analysis Unit). Investiment magħżula b'tant reqqa jagħti ħafna frott. Probabbilment għad l-anqas biss nafu kemm! Dawn huma l-metodi tal- Mafia, terminu li normalment nużaw biex niddiskrivu l-kriminalità organizzata, li hi tant organizzata li nfiltrat kull rokna tal-istat. Iċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-Deputat Kummissarju tal-Pulizija, Ministru tal-Kabinett u numru ta' persuni f 'posizzjoni iktar l-isfel ġew ippreżentati fix- xhieda li nstemgħet bħala li qegħdin għas-servizz u għad- disposizzjoni tal-kriminalità organizzata. Din hi l-gravità tas- sitwazzjoni. Jekk hemmx oħrajn iktar il-fuq li huma mdaħħla fl-istorja ukoll, għad mhux ċar għalissa. Mhux magħruf meta ser tkun magħrufa l-verità kollha, avolja qed insiru nafu l-istorja biċċa biċċa. Dan kollu seta jseħħ minħabba li Gvern wara l-ieħor kien allerġiku għall-governanza tajba. In-numru kbir ta' istituzzjonijiet li twaqqfu, tul is-snin, ngħataw f 'idejn irġiel u nisa dgħajfa li f 'ħafna każi ma kellhomx il-kapaċità li jieqfu lill-poter li jipprova jibqa' għaddej minn fuq kulħadd. Fis- siegħa tal-prova, għax dgħajfa, ċedew, u ħallew lill-qarnita tagħmel li trid. L-informazzjoni li ġiet ippubblikata, inkluż il- konverzazzjonijiet kunfidenzjali fuq WhatsApp, ma' uffiċjali anzjani tal-Awtorità dwar il-Logħob, l-Awtorità Maltija dwar is-Servizzi Finanzjarji, l-Awtorità tal-Ippjanar, u oħrajn, hi indikatur inkwetanti li l-awtoritajiet li suppost qegħin hemm biex jiddefenduna ġew imminati u kompromessi. It-triq il-quddiem hi diffiċli ħafna. Hemm ħafna iktar li għad mhux magħruf. Il-qarnita għadha fil-ħakma. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Dan kollu seta jseħħ minħabba li Gvern wara l-ieħor kien allerġiku għall- governanza tajba. In-numru kbir ta' istituzzjonijiet li twaqqfu, tul is-snin, ngħataw f'idejn irġiel u nisa dgħajfa li f'ħafna każi ma kellhomx il-kapaċità li jieqfu lill-poter

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 March 2021