Illum previous editions

ILLUM 21 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 aħbarijiet 'L-Ippjanar sar logħba mixtrija li ma nistgħu nirbħu qatt' - Moviment Graffitti Jinqabad b'kokaina u eroina lesta għat-traffikar Il-Moviment Graffitti sostna illi l-fatt li nhar il-Ħamis, it-Tribunal tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) ħabbar li se jastjeni mid-deċiżjoni finali fuq l-appell tas-siġar f 'Ħad-Dingli tagħmilha "ċara li l-proċess kollu tal-ippjanar huwa logħba mixtrija li aħna qatt ma nistgħu nirbħu, b'entitajiet tal-Gvern jagħmlu tajjeb għal xulxin biex jipproteġu interessi kbar minflok jieħdu deċiżjonijiet b'mod onest u trasparenti." L-għaqda qalet illi wara d-deċiżjoni tal-EPRT siġar tal- ħarrub li għandhom iktar minn 300 sena "ġew ikkundannati għall-qtugħ kif ukoll ingħatat il- barka biex jinbeda x-xogħol fuq triq li qalgħet ħafna kritika għax se tinbena fuq art agrikola." Fi stqarrija l-Moviment Graffitti fakkar li kien hemm xhur ta' seduti quddiem l-EPRT illi matulhom huma flmkien mar-residenti, bdiewa u esperti fuq is-siġar ippreżentaw l-argumenti tagħhom dwar l-importanza li għandhom dawn is-siġar għall-ekosistema tal-post, kif ukoll argumenti legali li - skont Graffitti - urew li x-xogħlijiet proposti ma kellhomx permess sħiħ ta' żvilupp minkejja li parti mis- sit qiegħda f 'Żona Barra mill- Iżvilupp (ODZ). "Minkejja l-argumenti numerużi u l-evidenza kollha, l-EPRT iddikjara li l-appellanti ma rnexxilhomx iġibu provi li għandhom interess ġudizzjarju f 'dan il-każ." Hawnhekk l-istqarrija tistaqsi kif jista' jkun li r-residenti tal-post u l-bdiewa li għadhom jaħdmu l-art sal-lum m'għandhomx interess dirett f 'dak li se jiġri lil dawn is-siġar. "Kif jista' l-poplu inġenerali ma jkollux interess meta l-art hija pubblika u dawn is-siġar ilhom jipprovdu kenn, dell, arja nadifa u tgawdija għal sekli sħaħ? Kif tista' l-qerda ta' ekosistema kumplessa ma tkunx ta' interess għalina lkoll?" Il-Moviment Graffitti temm jgħid illi kieku kien veru li m'għandhomx interess ġudizzjarju f 'dan il-każ, l-EPRT kien sempliċiment ma jismax l-appell mill-ewwel, "mhux joqgħod għal xhur sħaħ jisma' dawn is-seduti biex imbagħad fl- aħħar jastjeni." Raġel ta' 25 sena li jgħix il-Marsa, ġie arrestat mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga waqt rondi fil- Marsa nhar il-Ġimgħa. Il-Pulizija nnutaw lir-raġel jaġixxi b'mod suspettuż u kif ġie avviċinat u saret tfittxija, fil-pussess tiegħu nstab ammont sostanzjali ta' boroż b'sustanza suspettata droga eroina u kokaina, lesti biex jiġu ttraffikati. Ir-raġel qiegħed jinżamm fil- lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana u mistenni jitressaq il-Qorti fil-ġranet li ġejjin. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 March 2021