Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD It-taħwid fl-Awtorità tal-Ippjanar Q att ħsibt it dwar kif inhu possibli li r-regolatur tal-ippjanar tal-użu tal-art f 'Malta jinsab fl-istat ta' taħwid li qiegħed? Ħarsu it lejn il-proċeduri kriminali li għaddejjin bħalissa dwar il-ħasil tal-flus. Wieħed mill-akkużati hu Matthew Pace li sa it ilu kien membru tal-Bord tal-Aw- torità tal-Ippjanar. Spettur tal-Pulizija li kien qed jixhed fil-każ iddeskrivieh bħala professjonist tal-ħasil tal-flus: a professional money launderer. Ftit jiakru li f 'Ġunju 2018 kellna aħbar li l-FIAU (Financial Intelligence Analysis Unit) kienet immultat lil Matthew Pace is-somma ta' €38,750 minħabba li ma segwiex il-liġijiet kontra l-ħasil tal-flus meta kien qed jieħu ħsieb l-investimenti tal-klijent tiegħu Keith Schembri. Dan kien fatt magħruf. Mid-dehra l-Gvern kien kuntent bih, għax ma għamel xejn dwaru. Qiesu ma ġara xejn. Ikun interessanti nkunu nafu jekk il-konsulent legali tal-Awtorità tal-Ippjanar, ċertu Dr Robert Abela, ġibitx l-attenzjoni tal-Awtorità dwar il-ħtieġa li taġixxi dwar dan. Jekk le, forsi l-istess Dr Robert Abela bħala l-konsulent legali ta' Joseph Muscat ġibidlu l-attenzjoni dwar dan? Ma smajna xejn dwar dan kollu. ilkoll kompromessi. Governanza tajba? U mhux hekk tgħid. Matthew Pace għamel snin membru tal-Bord tal-Awtorità tal- Ippjanar. Kien biss wara l-każ ċar ta' kunflitt ta'interess tiegħu fil-każ tal-applikazzjoni ta'żvilupp mill- Grupp dB f 'Pembroke li kien sfurzat jirreżenja u dan wara pressjoni pubblika minn ambjentalisti. Ngħid li kien "sfurzat" għax wara li l-Qorti annullat il-permess mogħti lill- Grupp dB fuq il-kunflitt ta' interess ta' Matthew Pace hu kien għall-ewwel irriuta li jwarrab. Kien ippruvat li huwa ħa sehem fil-laqgħat li wasslu għal deċiżjoni dwar il-permess tad-dB f 'Pembroke, u ivvota favur din l-applikazzjoni. Fl-istess ħin kellu interess f 'aġenzija tal-propjetà li kienet qed tbiegħ partijiet minn dan l-iżvilupp sa minn qabel mal- Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, bil-vot tiegħu stess favur, approva din l-applikazzjoni! Dik governanza tajba. Dik imġieba korretta! Din hi l-Awtorità tal-Ippjanar. Sfortunatament il-membri l-oħra tal- Bord huma ukoll effettwati minħabba l-assoċjazzjoni tagħhom miegħu. Iridu jgħaddu snin kbar qabel mar- regulatur jirkupra minn dan. Imma hemm iktar minn hekk. Ambjentalisti skoprew, kważi b'kumbinazzjoni, li c-Chairman attwali tat-Tribunal ta' Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) li jisma' appelli dwar każijiet ta' ippjanar tal-użu tal-art u oħrajn dwar l-ambjent huwa ukoll impjegat tal- Awtorità tal-Ippjanar. Presentement qiegħed b'leave bla ħlas mill-impjieg normali tiegħu mal-Awtorità tal-Ippjanar bid-dritt li jmur lura għall-impieg normali tiegħu hekk kif tintemm il-ħatra tiegħu bħala Chairperson tat-Tribunal. Kif jista' impjegat tal-Awtorità tal-Ippjanar jikkunsidra appelli minn deċiżjonijiet li jieħu min jimpjegah? Dan imma hu dak li jagħmel kuljum ic-Chairman tal-EPRT. L-anqas jekk jipprova ma qatt jista' jkun imparzjali. Imma meta inġibditlu l-attenzjoni dwar dan ma qabilx li s-sitwazzjoni partikolari tiegħu titfa dell fuq l-imparzjalità tiegħu meta jiddeċiedi dwar kazijiet tal-ippjanar dwar l-użu tal-art. Fl-aħħar ser tkun il-Qorti li jkollha tiddeċiedi u l-ħsara li tkun saret sadanittant ser tkun waħda kbira. It-taħwid, kif qed taraw, hu kbir. B'dawn in-nuqqasijiet etiċi ħadd m'għandu jiskanta li l-proċess dwar l-użu ta' l-art tilef kull kredibilità. Idaħħaknix! Saviour Balzan Saviour Balzan huwa d-Direttur Eżekuttiv ta' MediaToday u preżentatur ta' Xtra fuq TVM E jja nkunu ċari. Jekk tat-Times ħadu għa- lihom fuq dak li ktibt il-ġimgħa l-oħra, mhux il-problema tiegħi. Jekk dawn jaħsbu li għandhom id-dritt sagrosant li ħadd ma jgħidilhom xejn, mela jistgħu jmorru jsaqqu l-ħass tal-Marsa. Steve Mallia - li telaq mit-Times u mar jaqdi kumpaniji privati u jiktbilhom l-istqarrijiet (mhux bil-Malti għax ma jafx jitkellem ilsien ta' pajjizu) u dak li ma jitlifx party mal-kbarat u l-kesħin - qal li tat-Times qatt ma riduni. Għal grazzja ta' Alla qed norqod xorta bil-lejl, imma jekk tat-Times qatt ma tawni impjieg, flusi rieduhom tafx Sur Steve Mallia. Għax fuq medda ta' snin jien tajt maż-€2 miljun (taxxa mħallsa) u jekk mhux aktar fi printing mat-Times sakemm min mexxa l-kumpanija spiċċa fottiha kompletament u ma kienx hemm aktar stamperija. U biex l-affarijiet ikunu ċari, fl-2008, It-Times riedu jixtru l-MaltaToday u dan meta Steve Mallia kienu għadu hemm. Aħjar ma nkomplix. Ma tistax tistenna li meta tiġri kwistjoni bħal din, jien minn nies kollha taħt l-kappa tax-xemx noqgħod kwiet qisu ma ġara xejn. L-istorja ta' Schembri, Hillman u Buhagiar hija parti minn storja akbar. U la darba hawn min irid jisfidani, ħa nitfa' kubrita zgħira. Hemm direttur ieħor, qabel dawn id-diretturi, li għandu kontijiet ġewwa l-iżviżżera u dan grazzi għall-għajnuna ta' diriġent magħruf ma' bank li rranġa, biex il-flus li ħa, f 'perkaċċi minn nies li kienu marbutin mal- bejgħ ta' karta u stamperiji, jmorru ġo dan il-kont. Dawn il-każi forsi ilhom preskritti, imma lil hinn minn dan trid biss tara l-istil ta' ħajja ta' min mexxa t-Times u mhux għex komdu biss, iżda investa dawn il-flus, li ċertament kellhom oriġini dubjuż. Flus li marru fid-djar tagħhom u fil-blokok f 'Tower Road. Issa jiena minix il-pulizija, u jekk il-pulizija ikellmuni jiena ngħidilhom, 'għamlu xogħolkhom jien mhux ser nagħmel id-dirty work għalikhom.' U jekk inkompli, ma niqafx. Tagħmlux bħalma għamiltu fil-każ ta' Caruana Galizia, fejn qbadtu ma wieħed u alla jbierek l-Ispetturi (issa Super) Arnaud u Zahra insew lill- politiċi li ssemmew fil-qtil ta' Caruana Galizia. Jiena minix ser nniżżel in-numri ta' attakki personali fuqi mit-Times fuq medda ta' 40 sena, attakki bla tmiem, frott l-għira għax bdejt gazzetti indipendenti, frott li politikament naħsibha differenti, minn meta kont attiv fis-soċjetà ċivili, fl-Alternattiva Demokratika, imbagħad fil- ġurnaliżmu. Kieku nibda ma niqafx! Jien tad-demm u l-laħam, kull sold li nagħmel niddikjarah, u mhux hekk biss, ninvestih fil- kumpaniji tiegħi. Imma lil hinn minn dan kollu, l-iktar ħaga importanti hi li filwaqt li aħna bħala media qed nistaqsu għall-għajnuna mill-istat, toħroġ l-aħbar li hemm allegat frodi mal-Malta Enterprise mit- Times. Għidli kif aħna nistgħu nitolbu għajnuna mingħand il-Gvern biex jaħseb fina meta minn fostna hawn min ħawwad b'dan il-mod? Naħseb huwa argument akk li l-editorjal hu separat minn min imexxi! Jien niakar li meta xi tlett snin ilu, intabgħat artiklu kummerċjali minn aġenzija rinomata, dwar l-Electrogas lill-gazzetti tagħna, kien hemm rapport fit-Times dwar kif ħawwadna ma' Tumas biex l-Electrogas jidhru sbieħ. Jiena niakar li dan l-artiklu kien ġie miktub minn intern Malti li kien jismu Mark Borg. Dan kien artiklu kwalunkwe - artiklu bla togħma, tant hu hekk li bħalu jkun hemm gżuż f 'gazzetta. Żgur ma tħallasnix għal dan l-artiklu. Li naf huwa li għax kien hemm imejls illijkjati lit-Times fejn kien hemm xi korrispondenza fuq dan l-artiklu, ġiet maħluqa storja kbira mit-Times qisna konna qed naħbu xi ħaġa. Naħbu - jien naf - bħal li per eżempju, l-istess avukati ta' Keith Schembri kienu l-istess avukati tat-Times. Ma nafx! U jien taf x'ngħid? Ejja naqbdu r-riklamar kollu tal-aħħar 20 sena minn Tumas li ngħata lit-Times u dak li ngħata lill-MediaToday forsi nimu minn ħa l-aktar. Inkompli - naraw min ikkritika lil ta' Tumas l-aktar u biex ma ninsiex minn ħa u kiel minn fuq it-Tumas Fenech Foundation. Min aċċetta premijiet mill-Fondazzjoni Tumas Fenech u min anke uża s-servizzi ta' Tumas bħala ġurnalista. Għax vera minix Santa Maria Goretti u minix sejjer il-Ġenna sparat, imma nitkaża u nitqażżeż nara min jippreżenta lilu nnifsu ta' qaddis meta mhu xejn ħlief bħali u bħalek. Bid-differenza li jien ma nemminx li għandi xi dritt ta' ċens perpetwu. U meta nixrob inbid, b'differenza minn Steve Mallia, nieħu pjaċir nixrob xi inbid Malti mhux St Emilion Grand Cru. Nota: Isma ma kellix ċans nikteb fuq Manuel Delia miskin. Imma ridt nistaqsih, mhux jekk tilef piż bħali, imma jekk qatt fetaħ ħalqu meta l-parrinu tiegħu Austin Gatt sar jaf li kellu €600,000 f 'account l-iżvizzera mhux ddikjarati. Matthew Pace, minn Zenith Group li qed ikun akkużat b'ħasil ta' flus u li kien ukoll membru tal-Awtorità tal-Ippjanar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021