Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 • illum Dixxiplina, contact tracing b'saħħtu u l-vaċċin ... ingredjenti Il-gazzetta ILLUM tħares lejn is-suċċess li kellhom erba' pajjiżi differenti fil-ġlieda kontra l-Covid-19. Tesplora dak li wettqu, il-miżuri li implimentaw u anke tanalizza jekk Malta setgħetx għamlet bħalhom ATT TAL-2016 DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-AMBJENT Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (L.S. 549.46) AVVIŻ DWAR IR-RAPPORT TA' VALUTAZZJONI TAL-IMPATTI AMBJENTALI Twaqqigħ ta' residenzi eżistenti u kostruzzjoni tal-ewwel fażi ta' proġett komprensiv li jinkudi skavar u kostruzzjoni ta' parkeġġ taħt l-art, Fi Triq Santu Wistin /, Triq Sant Andrija, San Ġiljan, Malta, u Kostruzzjoni tat-tieni fażi ta' żvilupp komprensiv, wara l- approvazzjoni tal-PC 81/18 (skont l-FAR policy għal bini għoli), inklużi attivitajiet ta' KLASSI 4B u ta' klassi 4D fil-livell tat-triq u fil- l-livelli -1 u -2, b'fuq uffiċċji ta' Klassi 4A mifruxa fuq 11-il sular, ħwienet ta' klassi 4D u servizzi tal-MEP f'nofs għoli, sovrapposti unitajiet residenzjali ta' Klassi 1 mifruxa fuq 14-il sular, Ħarruba 1 & 2, Garages 5 & 6, Triq Santu Wistin u 5, 9, 10, 11, Triq Elija Zammit, San Ġiljan PA/02470/16 & PA/06097/20 B'dan qed jiġi avżat li ġie sottomess Rapport dwar il-Valutazzjoni tal- Impatti Ambjentali lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), b'rabta mal-applikazzjoni msemmija hawn fuq. Kopji diġitali ta' dan ir-rapport jistgħu jinkisbu mill-indirizz elettroniku tal- ERA: https://era.org.mt/era-project/pa02470_16_and_pa06097_20/ Il-pubbliku jista' jara wkoll kopji digitali tal-istess dokument fl-uffiċċji tal- Kunsilli Lokali ta' San Ġiljan u s-Swieqi u fl-uffiċċji tal-Awtorità għall- Ambjent u r-Riżorsi, l-Marsa. Kull min jixtieq jagħmel sottomissjonijiet dwar kwistjonijiet ambjentali għandu jikteb lid-Direttur tal-Ambjent u r-Riżorsi, L-Awtorità għall- Ambjent u r-Riżorsi, Hexagon House, Telgħet Spencer, Il-Marsa MRS 1441, jew jibgħat e-mail lil eia.malta@era.org.mt, sat-28 ta' April 2021. Data: 28 ta' Marzu, 2021 Disclaimer: L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal- pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12) -il siegħa tagħti l-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data personali. B'dana illi f'certu kazijiet l- Awtorità tista', fejn hu meħtieg, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-Liġijiet applikabbli. YENDRICK CIOFFI Każi ġodda, imwiet, nuqqas ta' sodod, pressjoni fuq l-isptarijiet, restrizzjonijiet, toroq u pjazez vojta u anzjani waħedhom. Dan huwa dak li qed nisimgħu kontinwament fl-aħbarijiet dwar il-Covid-19 kemm jekk dwar is-sitwazzjoni lokali jew internazzjonali. Importanti li dan kollu jkun irrapportat għax in-nies għandhom dritt ikunu jafu, iżda jibqa' l-fatt ukoll li mhux kollox huwa iswed u hemm pajjiżi li sejrin tajjeb ħafna u oħrajn li mexjin 'il quddiem. Il-gazzetta ILLUM għażlet erba' pajjiżi u ħarset lejn l-istorja ta' suċċess tagħhom u kif b'sagrifiċċji, dixxiplina, contact tracing b'saħħtu u anke bis-saħħa tal-vaċċin, qed jegħlbu l-virus. Maratona ta' lockdowns, dixxiplina, sistema unika ta' kwarantina ... l-istorja fl-Awstralja Jekk se nitkellmu fuq l-Awstralja rridu nħarsu lejn in-numri għax dawn jitkellmu waħedhom. L-Awstralja għandha popolazzjoni ta' madwar 25 miljun persuna. L-ewwel każi ta' Covid-19 instabu f 'Jannar tal-2020. Minn dakinhar, instabu ftit aktar minn 29,000 każ u mietu ftit aktar minn 900 persuna. Bħalissa, fl-Awstralja hemm madwar 145 każ attiv. Fl-aħħar sebat ijiem ma kien hemm l-ebda każ ta' trasmissjoni lokali tal-virus u ġieli għaddew ġimgħat sħaħ qabel ma nstab imqar każ wieħed ta' Covid-19. Iżda x'wassal għal dan is- suċċess? L-Awstralja kif żammet il-pandemija taħt kontroll? F'din il-pandemija rajna kif ir-rispons tal-Gvernijiet u l-awtoritajiet tas-saħħa f 'pajjiżi differenti u l-istrateġija addottata kienu kruċjali biex tkun ikkontrollata l-imxija. Fl-Awstralja dan deher ċar. Malli feġġ l-ewwel każ ta' Covid-19, ftit inqas minn xahar wara, daħal fis-seħħ lockdown strett immens. L-istess ġara f 'Lulju meta l-każi reġgħu għollew rashom. Il-lockdowns damu ġimgħat sħaħ. F'Marzu tas-sena li għaddiet ingħalqu l-fruntieri. L-Awstralja hija magħfura bħala 'gżira kontinent' u għalhekk il-fatt li mdawra bil-baħar ifisser li aktar faċli tikkontrolla l-fruntieri. Nazzardaw ngħidu li simili għal Malta? Sa ċertu punt, iva. Apparti minn hekk, l-Awstraljani li riedu jirritornaw kienu kostretti jagħmlu kwarantina f 'lukandi apposta, ħafna drabi mgħassa anke minn pulizija jew suldati. Ma jfissirx li kollox ward u żahar. Biex ngħidu kollox, għad hemm Awstraljani li għadhom qed jistennew barra minn pajjiżhom biex jidħlu għax ma kienx hemm biżżejjed postijiet għalihom. Il-Gvern Awstraljan sema wkoll mill-esperti aktar minn kull ħaġa oħra. Fil-fatt, fuq parir tal-esperti lokali, anke meta l-Għaqda Dinjija għas- Saħħa kienet qed tgħid li r-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar mhumiex neċessarji, l-Awstralja għalqet minnufih l-ivjaġġar minn u lejn iċ-Ċina. Bħal fil-każ tal-Istati Uniti, fl-Awstralja l-poter huwa maqsum fuq tliet livelli, jiġifieri għandek il-Gvern federali, dak tal-istat u l-gvernijiet lokali. Anke jekk ħafna jikkritikaw din is-sistema, fil-każ tal- pandemija u l-kontroll tagħha, ħadmet speċjalment fejn jidħol il-contact tracing. L-akbar stat, f 'termini ta' popolazzjoni, huwa New South Wales li kellu sistema ta' contact tracing tajba mmens u din, kif smajna diversi drabi, hija kruċjali biex tkun ikkontrollata pandemija. Il-fatt li kellek stati differenti jieħdu ħsieb il- kontroll tal-pandemija u anke sistemi bħal contact tracing f 'idejhom, għen ħafna, għax flok għandek pajjiż wieħed sħiħ, qisu għandek ħafna pajjiżi żgħar u għalhekk faċli aktar tikkontrolla. Fejn tidħol il-pandemija ma hemmx politika għall- Awstraljani. Malli feġġet il- pandemija, il-Prim Ministru Scott Morrison għaqqad mexxejja mill-istati differenti, anke jekk ġejjin minn partit differenti, f 'kabinett nazzjonali u għalhekk tista' tgħid li kien hemm qbil nazzjonali fuq ħafna mid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Gvern. Huwa fatt li aktar ma jkollok r e s t r i z z j o n i j i e t ħarxa, akbar se tkun id- daqqa fuq l-ekonomija u n-negozju. Madanakollu, għax il-pandemija nżammet taħt kontroll, l-Awstralja setgħet tiftaħ l-ekonomija tagħha aktar malajr. Fil-fatt, ħafna mir-restrizzjonijiet inkluż fejn jidħlu ġemgħat, tnaqqsu, anke jekk dan jiddependi mill-istati differenti. Fejn jidħol il-vaċċin, l-Awstralja għadha ftit lura. Fil- fatt, it-tilqim beda fi Frar. Sa issa ġew amministrati madwar 300,000 doża. It-tieni fażi tal- programm tat-tilqim beda din il-ġimgħa anke jekk il-Gvern kien għamel mira ta' 4 miljun doża sal-aħħar ta' Marzu. Fl- ewwel fażi, it-tilqima bdiet tingħata lill-ħaddiema kollha tas-saħħa, persuni li jaħdmu fuq il-fruntieri, persuni li jaħdmu fil-faċilitajiet ta' kwarantina u anzjani li jgħixu fi djar ta' kura, fost oħrajn. Issa fit-tieni fażi, il-vaċċin se jinfetaħ għal anzjani oħra u anke persuni vulnerabbli. It-tobba tal-familja se jibdew jamministraw il-vaċċin tal- AstraZeneca. Imma nistgħu nikkumparaw l-Awstralja ma' Malta? Diffiċli mmens kemm minħabba d-differenzi ġeografiċi, klimatiċi, il-kultura politika u fatturi oħra. Wieħed jistaqsi jekk Malta setgħetx tagħmel bħall-Awstralja u tagħlaq għal xhur sħaħ il-fruntieri esterni tagħha meta Malta tiddependi kważi għal kollox mit-turiżmu. Id-domanda domestika hija importanti iżda mhijiex biżżejjed. Li hu żgur huwa li d-dixxiplina, fil-kontroll ta' din il-pandemija, tibqa' essenzjali u kruċjali.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021