Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 Lobbying qawwi mill-Gvern mal-FATF biex ngħaddu t-test tal-Moneyval ALBERT GAUCI CUINNINGHAM Ftit ġimgħat qabel ikun ippubblikat ir- rapport tal-Moneyval - li se jkun kruċjali mmens għall-futur ekonomiku ta' Malta - il-Gvern qed iżomm sieket hekk kif il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li rċieva l-ewwel indikazzjonijiet ċari tal- konklużjonijiet dwar Malta, mill-istess Moneyval. Għalkemm il-Ministru, meta kkuntattjat, qal lil din il-gazzetta li mhuwiex se jikkummenta dwar l-eżitu jew l-ewwel reazzjonijiet tar-rapport sorsi oħrajn ta' din il-gazzetta qalu illi l-ewwel indikazzjonijiet huma tajbin. Il-Ministru Caruana qal li f 'dan l-istadju liema rapport ghadu meqjus bħala abbozz u għalhekk il-Gvern ma jħossx li huwa prudenti li jikkumenta dwar id-dettalji tar- rapport. "Il-konklużjonijiet tar-rapport qegħdin jiġu evalwati mill-esperti tekniċi fi ħdan l-istituzzjonijiet varji ta' pajjiżna." Jekk l-eżitu tar-rapport Moneyval ikun pożittiv, xorta jkun għad fadal żewġ sfidi oħrajn importanti - anke jekk minnu innifsu rapport pożittiv ikun ta' serħan il-moħħ għall- pajjiżna u għall-eluf ta' investituri Maltin u barranin f 'pajjiżna. L-ewwel trid tiltaqa' l-plenarja tal- Moneyval u wara din id-deċiżjoni tmur għall-aħħar approvazzjoni: Dik tal-Financial Action Taskforce (FATF). L-FATF hija magħmula minn 37 ġurisdizzjoni u żewġ organizzazzjonijiet reġjonali - li fosthom ikun hemm il-Kummissjoni Ewropea. Is-sorsi li tkellmu mal-ILLUM qalu biss illi bħalissa u hekk kif il-Moneyval indikat kif se tiddeċiedi dwar Malta, il-Gvern Malti beda lobbying qawwi ma' dawn il-ġurisdizzjonijiet għal deċiżjoni favorevoli minn naħa tagħhom. Il-Moneyval - li hija l-qafas responsabbli mill-ħasil ta' flus tal-Kunsill Ewropew - kienet ippubblikat rapport diġà dwar il-progress ta' Malta fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet mogħtija minnha. Fir-rapport il-Moneyval kienet irrikonoxxiet illi l-awtoritajiet Maltin kienu fehemu x'inhuma l-vulnerabbilitajiet tas-sistema imma qalet ukoll li hemm bżonn isir aktar biex Malta tieħu l-passi neċessarji kontra persuni mdaħħlin f 'reati ta' ħasil ta' flus. Fl-aħħar xhur kien hemm fil-fatt, żewġ gruppi kbar ta' arresti marbutin ma' ħasil ta' flus. Lura f 'Novembru l-Pulizija interċettaw 36 vettura, €60,000 u 15-il persuna ġew arrestati f 'jumejn b'rabta ma' ħasil ta' flus. Apparti dan, ġew interċettati wkoll ammont konsiderevoli ta' ġojjellerija u ħwejjeġ tad-ditta, apparat elettroniku li jinkludu fost oħrajn mobiles, kompjuters, servers u ammont kbir ta' dokumenti li ġew analizzati. Tnejn mill-ħames minn nies imressqin il- Qorti huma Gordon Debono u martu Yvette, fuq akkużi ta' ħasil ta' flus li jlaħħaq il-miljuni kbar ta' ewro. Irriżulta li dawn it-tnejn huma marbutin ma' 11-il kumpanija. Intant kienu tressqu l-Qorti wkoll, l-eks footballers Darren Debono u Jeffrey Chetcuti. Il-ġimgħa l-oħra tressqu 11-il persuna fosthom Keith Schembri, Brian Tonna, Karl Cini, Katrin Bondin Carter, Manuel Castgna - minn Nexia BT - u Vince Buhagiar eks Chairman tal-Allied Newspapers, filwaqt li mistenni jitressaq ukoll Adrian Hillman. Dawn ġew akkużati b'diversi reati differenti, fosthom frodi u ħasil ta' flus. Sentejn ilu Malta falliet it-test intensiv tal- Moneyval u tpoġġiet fil-lista l-griża. Jekk nerġgħu nfallu issa, Malta titpoġġa fil-lista s-sewda, daqqa mortali għall-ekonomija tal- pajjiż. Il-Plenarja tal-Moneyval

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021