Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 • illum Eks uffiċjal tas-sigurtà ta' Mintoff jingħata raġun dwar unur li ma ngħatax wara snin ta' servizz L-Ombudsman jagħti raġun lill-eks uffiċjal tas-sigurtà tal-eks PM Dom Mintoff, Robert Mercieca ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Eks-Pulizija li għal 14-il sena kien uffiċjal tas-sigurtà mal- eks Prim Ministru Laburista Dom Mintoff ingħata raġun mill-Ombudsman u se jkun qed jingħata l-unuri, fil-forma ta' Clasp, relatata mall-Midalja għal Servizz Twil u Effiċjenti li normalment tingħata lill-eks membri tal-Korp tal-Pulizija. F'dan il-każ iżda ma ngħatatx lil PC Robert Mercieca minħabba li dan kien involut f 'inċident tat- traffiku li wassal biex persuna tweġġa' b'mod serju. Huwa kien instab ħati u ingħata sentenza sospiża għal sena, għal inċident li seħħ fl-2012. Il-Ministeru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali qabel mal- konklużjonijiet tal-Ombudsman u se jkun qed jgħaddi dawn l-unuri lill-eks uffiċjal tas-sigurtà ta' Mintoff. L-istorja ta' dan il-pulizija ... Robert Mercieca kien daħal fil- Korp bħala Kunstistabbli f 'Mejju 1981 u kellu diversi rwoli ta' responsabilità. L-aktar wieħed kien bħala uffiċjal tal-eks Prim Ministru, bejn l-1997 u l-2012 - meta Mintoff miet. Sfortunatament fl-2012 l-eks uffiċjal tal-Pulizija kien involut f 'inċident li ħalla persuna mweġġa' u li dwaru l-Qorti kienet sabitu ħati. Hu kien ingħata sentenza sospiża għal sena filwaqt li l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC) rrakomandat li jingħata twissija li tista' twassal għal tkeċċija. Mercieca kien ikkontesta dan il-pass għax fakkar li dak illi ġara kien inċidentali u li ma għandu xejn x'jaqsam mas- servizz li kien ta għal snin sħaħ lill-Korp. Minkejja li fl-2018 talab li din il- Clasp tingħatalu il-Kummissarju tal-PSC baqa' jsostni li dan imur kontra r-regolamenti. Il- Grievances Board kien iddeċieda li dan il-każ ma jaqax taħt il- mertu tiegħu. Bint Mintoff tfaħħar il-ħidma tal- eks membri tal-Korp Intant fil-konkluzjonijiet tiegħu, l-Ufficcju tal-Ombudsman qal li hu stabbilixxa li l-eks uffiċjal ta' servizz tajjeb ħafna, partikolarment fir-rigward tas- servizz ma' Mintoff. Tant hu hekk li kienet it-tifla ta' Mintoff stess li kkonfermat illi Mercieca kellu "l-fiduċja ta' missieri u ma kienx biss l-uffiċjal tas-sigurtà tiegħu, imma kien jgħinu f 'dak kollu li Mintoff kellu bżonn." L-Ombudsman jgħid illi m'għandux dubju illi kieku ma kienx qed joffri servizz tajjeb, Mintoff - bniedem voċiferu - kien "bla dubju jagħmel l-oġġezzjonijiet tiegħu ċari." Huwa fakkar ukoll li skont iċ- Ċertifikat tal-Ordinanza sentenza b'piena ta' mhux aktar minn sena għandha tkun meqjusa daqslikieku ma ngħatatx ladarba jkun għadda t-terminu tagħha. "F'dan il-każ allura s-sentenza sospiża ma messiex kienet ikkunsidrata meta kien qed jiġi evalwat l-ilment." Għalhekk L-Ombudsman iddeċieda li dan l-unur għandu jingħata lil Robert Mercieca. "L-eks uffiċjal tal-Pulizija ħallas ta' għemilu u hija inġustizzja li ma jingħatax dak li ħaqqu." Robert Mercieca

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021