Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 • illum L-ewwel qamar kwinta fiż-żodjaku ta' Aries L-Oroskopju mill-28 ta' Marzu sat-3 ta' April L-EWWEL QAMAR KWINTA FIŻ- ŻODJAKU TA' ARIES Il-Ġimgħa l-oħra beda l-kalendarju 2021-2022 flimkien ma' żodjaku ta' Aries u llum il-Ħadd 28 ta' Marzu jibda l-ewwel Qamar Kwinta f 'dan il-kalendarju, appuntu fiż-żodjaku ta' Aries. F'dan l-ewwel Qamar Kwinta ser ikun qed iwassal diversi aspetti lejn iż-żodjaki li huma meqjusin bħal Aquarius, Leo, Scorpio, Capricorn, Libra u Gemini fejn għal dan il-grupp dan ikun effettiv għal aktar għarfien lejn it-twettieq ta' diversi pjanijiet u aktar għarfien lejn il-ħajja ta' madwarhom u kif ukoll neċessita' għal ċertu tibdil. Waqt li għaż-żodjaki meqjusin bħala żagħar bħal Pisces, Aries, Taurus, Virgo, Cancer u Sagittarius, dan il-Qamar Kwinta ser ikun ta' tkattir għal ispirazzjoni lejn il-familja u għal pjan għal immaniġjar aħjar fil-finanzi u għal ħarsien lejn fiduċja ta' dawk fil-qrib tagħhom. Hemm ħafna aktar x'tikteb dwar l-ewwel Qamar Kwinta iżda l-ispazju għal dan l-artiklu huwa dak li hu. Jekk trid tkun taf aktar informazzjoni ibgħatli SMS fuq 79495804 jew żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan l-ewwel Qamar Kwinta għalik Aquarius ser ikun ifisser aktar impenn fil-karriera li int għandek sabiex b'hekk int turi kemm int responsabbli u kapaċi f 'ħiltek.Iżda minn naħa l-oħra int trid ukoll tkompli ittejjeb il- madwar tiegħek, dan sabiex tgħaraf aħjar dak li hemm riesaq lejk u b'hekk il-futur tiegħek ikun wieħed stabbli.Irrifletti.Id- dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 28, 30 u 1.L-aktar kristalla ideali għalik bħal issa hi l-Agate Blue. Aquarius huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan l-ewwel Qamar Kwinta għalik Pisces ser ikun ifisser aktar determinazzjoni f 'dak li int tixtieq twettaq hekk li issa ser tagħti spinta kemm biex ittejjeb il-madwar tiegħek u kemm sabiex tkabbar aktar dak li int għandek. Iżda dan trid tgħaraf tagħmlu b'mod għaqli u bil-galbu sabiex kollox jimxi skont ix-xewqa tiegħek.Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 29,1 u 2.L-aktar kristalla ideali għalik bħal issa hi s-Citrine.Pisces huma magħrufin għat-tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan l-ewwel Qamar Kwinta għalik Aries ser ikun ifisser impenn għal preparazzjoni f 'dak li int għandek riesaq lejk sabiex hekk int tkun tista' tkompli ittejjeb aktar ħiltek f 'dak li int twettaq. Persuna ser tkun qed toffrilek oppurtunita' ta' possibilita' għat- tkabbir fit-talent tiegħek. Iżda għaraf sew qabel tagħmel pass. Irrifletti. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 30, 1 u 3.L-aktar kristalla ideali għalik bħal issa hi l-Gaia Stone. Aries huma magħrufin għat-tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan l-ewwel Qamar Kwinta għalik Taurus ser ikun iffiser aktar bilanċ bejn il- familja u l-karriera tiegħek. Minħabba dak li esperjenzajt dan l-aħħar, fejn għaddejt minn sitwazzjoni diffiċli dan ser jimlik b'aktar ħeġġa sabiex b'hekk tgħaraf aktar fejn vera tixtieq tasal. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 28, 30 u 2.L-aktar kristalla ideali għalik bħal issa hi l-Bronzite. Taurus huma magħrufin ghal idejali li joffru. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan lewwel Qamar Kwinta ghalik Gemini ser iġgħelek tgħaraf li wasal żmien li tbiddel l-istil ta' ħajja ta' madwarek sabiex b'hekk tkun tista' tkompli għaddej mal- proġetti li hemm resqin lejk. Ipprova addatta lilek innifsek ma' din il-bidla li ser tgħaraf kemm hija bżonjuża kemm għal dak li hemm riesaq lejk u kif ukoll għalikinnifsek. Tajjeb li tirrifletti. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 31,1 u 3.L-aktar kristalla ideali għalik bħal issa hi s-Saphire. Gemini huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan l-ewwel Qamar Kwintali għalik Cancer ser jagħmlek tħossok persuna aktar iddixxiplinata. Din l-esperjenza ser tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha ser tlaqqgħek ma' persuni ġodda bil-probbabilita' ta' iżjed idejat li jkunu idejali għal dak li hemm maħsub ġewwa fik. Biss minn issa int trid tgħaraf tkun imħejji aktar. Tajjeb li tagħmel riflessjoni. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 29,1 u 2.L-aktar kristalla ideali għalik bħal issa hi l-Jasper Dalmation. Cancer huma magħrufin bħala persuni ta' moral effetiv ħafna. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru F'dan l-ewwel Qamar Kwinta għalik Virgo ser ikun dak il-mument li qed tħoss li għandek tfittex forma ta' pjan addattat għalik minħabba l-pożizzjoni finanzjarja ta'madwarek. Dan peress li qed tħoss ċertu pressjoni madwarek dwar l-infieq tiegħek.Għalhekk huwa ferm importanti li tagħraf tagħmel forma ta' pjan finanzjarju li żgur ikun utili għalik.Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 29, 1 u 3.L-aktar kristalla ideali għalik bħal issa hi l-Obsidian Blue. Virgo huma magħrufin għal istabilita' tagħhom. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru F'dan l-ewwel Qamar Kwinta għalik Libra ser ikun iffisser aktar impenn lejn ir-responsabilita' ġdida li int issa qed tesperjenza. Dan issa ser jagħtik ċans għal dawra kompluta madwarek kemm mil-lat ta' kif tippreżenta lilek innifsek u u kemm kif int ser tibda torganizza l-madwar tiegħek. Dan huwa tibdil meħtieġ.Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 28, 31 u 2.L-aktar kristalla ideali għalik bħal issa hi l-Opal Fire. Libra huma magħrufin għal idejat pożittivi li jafu joffru. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru F'dan l-ewwel Qamar Kwinta għalik Sagittarius ser jagħmlek tgħaraf iżjed dawk il-bżonnjiet ta' madwarek sabiex f 'dawn il- ġranet li ġejjin tkun kapaċi tosserva iżjed il-madwar tiegħek u fl-istess waqt tkun tista' tanaliżża dak kollu li jkun għaddej u minn hemm tieħu direzzjoni ideali għalik. Għalhekk jekk int tixtieq titkattar aktar għaraf sew dan il-mument.Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 28, 30 u 2.L-aktar kristalla ideali għalik bħal issa hi l-Quartz Smokey. Sagittarius huma magħrufin għad- direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru F'dan l-ewwel Qamar Kwinta għalik Scorpio ser ikun mument importanti li toħroġ dik id-determinazzjoni kollha tieghek sabiex twettaq dak li tant hu meħtieġ. Għalkemm uħud minn ta' madwarek m'humiex jaraw li ser jirnexxielek twettaq dan int żomm it-twemmin tiegħek sabiex b' hekk tħalli lill kulħadd sorpriż. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 30, 1 u 3.L-aktar kristalla ideali għalik bħal issa hi l-Petalite. Scorpio huma magħrufin bħala nies immotivati ħafna. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar F'dan l-ewwel Qamar Kwinta għalik Capricorn ser ikun żmien sabiex int tibda tanaliżża aktar u ovvjament tgħaraf li kollox għandu żmien tiegħu. Pero' għaraf żomm lilek innifsek kemm tista' f 'pożizzjoni pożittiva sabiex dak li qed tesperjenza bħalissa tkun fażi. Trid tgħaraf timxi b'moħħok biex tħares lejn futur aħjar. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 31 , 2 u 4.L-aktar kristalla ideali għalik bħal issa hi l-Sanidine.Capricorn huma maghrufin bħala persuni ta' fehma soda. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan l-ewwel Qamar Kwinta għalik Leo ser iwasslek sabiex kemm tista' tkun aktar kalm u ma' twettaqx l-ebda azzjoni. Għalhekk f 'dan l-istadju ipprova tgħallem mill-esperjenza tal-passat sabiex minn dawn l-esperjenzi int ma terġax tirrepeti. B'dan il-mod int tkun tista' tħares b'aktar trankwillita' lejn dak li jkun riesaq lejk. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 2, 30 u 1.L-aktar kristalla ideali għalik bħal issa hi l-Labradorite. Leo huma magħrufin kemm huma persuni umli. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021