Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 Carmel Bonnici Ix-xbieha ta' Kristu fiċ-ċinema u films oħrajn reliġjużi (2) (Ikompli minn nhar il-Ħadd l għadda) Id-direttur Martin Scorsese fl- 1988 ffilmja l-ktieb kontroversjali tal-awtur Grieg Nikos Kazanakis e Last Temptation Of Christ, xogħol ieħor mhux ta' natura epika, pero' qawwi u sod. Dan kien juri Il-ħajja ta' Gesu' Kristu (parti maħduma minn Willem Dafoe) dwar il-vjaġġ iebes Tiegħu bħala uman sa l-aħħar tentazzjoni fuq is-salib. Film għat-TV, e Day Christ Died kellu xeħtra letterarja. Il-produzzjoni e Garden Of Eden (1998) ta' Alessandro D'Alatri kien ikopri t-tfulija u l-adoloxxenza ta' Ġesu', parti nterpretata minn Kim Rossi Stuart. L-2004 kienet is-sena tal-film ta' Mel Gibson, e Passion Of e Christ bil-protagonist ikun Jim Caviezel, xogħol tassew brutali u vividu li jdaħħlek f 'qoxortok. Dan il-film, deskritt ukoll bit-titlu Horror In Jerusalem, kien qajjem xi kontroversji dwar l-anti-Semitiżmu u f 'ħafna pajjiżi, biss mhux f 'Malta, kellu ċertifikat għall-kbar biss. Mel Gibson ħadmu bil-lingwa Aramajka (l-ilsien ta' żmien Ġesu') u bis-sotto titoli bl-Ingliż, iżda xorta waħda għamel suċċess fenominali, speċjalment fl-Istati Uniti fejn inbiegħu miljuni ta' biljetti "online" minn fuq l-internet ħafna żmien qabel ma beda jintwera. Il-film tal-2015, Risen dwar Ċenturjun li jinvestiga waqt il- Passjoni u l-mewt ta' Kristu ukoll kellu suċċess moderat. Fl-2016, Ben-Hur reġa' nħadem b'ħafna ħin inqas mill-blockbuster tal-1959, bi tmiem differenti li jaqbel man- novella u bit-tiġrija li tikkompara sewwa ma' dak ta' qabel, bil-wiċċ ta' Kristu (Rodrigo Santoro) issa espost għall-ħafna ħin, iżda b'suċċess minimu. Il-films reliġjużi kienu wkoll parti integrali sa mill-bidunett taċ- ċinema. F'dawn il-produzzjonijiet mhux bilfors tidher il-persuna ta' Ġesu' Kristu. Kienu t-Taljani li pproduċew l-ewwel films spettakulari bħal Quo Vadis u Cabiria, aktar minn mitt sena ilu. Hollywood malajr beda jlaħħaq ma' dawn, fost oħrajn, b'Judith Of Bethulia (1914), pero' Ben- Hur (1926) kellu l-isbaħ spettaklu minnhom kollha. Kien Cecil B. DeMille li ta ħajja lill-Bibbja fuq il-liżar ċinematografiku b'e Ten Commandments (1923) u King Of Kings (1927). Meta beda it- talkies, DeMille dderieġa Sign Of e Cross (1932), Samson And Delilah (1949) u reġa' ħadem b'mod aktar spettakulari u elaborat e Ten Commandments (1956). Fl- 1929, Noah's Ark, maħdum bla kliem, pero' wara żidulu sekwenzi jitkellmu, kien ukoll spettakulari imma sempliċi. Fis-snin tletin Hollywood beda jfittex mezz kif jikkombina b'mod frisk ir-reliġjon ma' sentimentaliżmu u spettaklu ġo films bħal e Cradle Song, Dante's Inferno, e Garden Of Allah, e Green Light u Boys' Town. Riżultat ta' dan juri karatterizzazzjoni ġdida ta' qassisin bħala nies ferħana. Spencer Tracy u Pat O'Brien dehru anzjużi li jinterpretaw irwoli ta' din il-kwalita'. Imma ħadd ma kellu d-dinjita' kwieta ta' Rex Ingram bħala Dr. Lawd fi Green Pastures, versjoni tas-Suwed tal-Iskrittura. It-Tieni Gwerra Dinjija, naturalment, ġabet qawmien reliġjuż. Kull film ambjentat fl- Ingliterra kien ġeneralment jispiċċa b'xi ċerimonja f 'xi knisja mwaqqa bil-bombi, u figuri reliġjużi kienu popolari ġo films bħal e Song Of Bernardette, Going My Way, e Keys Of e Kingdom u e Bells Of St. Mary. Il-Ġenna kienet ukoll użata bħala sfond għall- produzzjonijiet ta' fantasija leġġera kif urewna Here Comes Mr Jordan, Heaven Can Wait, A Matter Of Life And Death u e Horn Blows At Midnight. Wara il-gwerra, r-reliġjon bdiet titlef id-dominanza tagħha u film bħal Joan Of Arc (mhux iżda hawn Malta) falla bil-kbir. Għall- kuntrarju, żewġ films tar-reliġjon Kattolika li iżda rnexxew fid-dħul tal-flus kienu Monsieur Vincent u e Miracle Of Fatima. Lejn l-aħħar tas-snin ħamsin ħarġu l-films A Man Called Peter, e Nun's Story, Inn Of e Sixth Happiness u Whistle Down e Wind, bit-tifla Haley Mills iġġib l-ikel lil wieħed ħabsi mistoħbi għax taħsbu Ġesu'Kristu u fl-aħħar meta jarrestawh tgħid lit-tifel ħabib tagħha, li aċċidentalment kixfu, li "he will come again". Fil-preżent dawk il-films reliġjużi li jinħadmu b'baġit imdaqqas jew ridott għandhom iċ-ċans li juru profitt kif ġara f 'Risen, God's Not Dead u s-sequels. Reċentement, ħareġ fostna Fatima, film ġdid ko-produzzjoni Amerikana/Portugiża fejn fost l-atturi hemm ukoll Harvey Keitel fil-parti tal-Professur Nichols. Tidher li hi produzzjoni b'fotografija eskwiżita b'sets imponenti diretta minn Marco Pontecorvo.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021