Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

Dan l-aħħar qed nisimgħu ħafna dwar l-Iżrael. Forsi ma kienx l-aqwa pajjiż biex jikkontrolla l-pandemija iżda fejn jidħol it- tilqim ħarab jiġri 'l quddiem. L-Iżrael għandu popolazzjoni ta' disa' miljun persuna. Minn meta feġġet il-pandemija, kellu aktar minn 800,000 każ u mietu aktar minn 6,000 persuna. Bħalissa hemm madwar 14,000 każ attiv. Aktar milli r-restrizzjonijiet li ġew imposti fl-aħħar xhur, is-suċċess tal-Iżrael kien aktar jiddependi mit-tilqim. Sa issa, madwar 60% tal-popolazzjoni ħadet imqar doża waħda tal-vaċċin. Madwar nofs il-popolazzjoni ħadet iż-żewġ dożi. Fil-fatt, minn Frar li għadda, wara li studji li saru, rriżulta li l-vaċċin ta' Pfizer kien 95.8% effettiv fejn tidħol il-prevenzjoni ta' infezzjonijiet serji u mwiet, bdew jitnaqqsu r-restrizzjonijiet. Il-ħwienet issa huma miuħa u anke l-attrazzjonijiet turistiċi anke jekk l-ilbies tal-maskri u d-distanza soċjali jibqgħu fis-seħħ. Miuħa wkoll il-gyms, il- lukandi u anke l-postijiet reliġjużi. Madanakollu, biex persuna tidħol f 'dawn l-istabbilimenti, ħwienet jew binjiet, jeħtieġ li jkollhom dak li qed jissejjaħ 'green passport,' jiġifieri ċertifikat li qed jingħata lil dawk il-persuni li jkunu ħadu l-vaċċin. Dan 'il-passaport,' li huwa wkoll diġitali, qed jinħareġ mill-ministeru għas-saħħa u huwa validu għal sitt xhur minn ġimgħa wara li persuna tkun ħadet it-tieni doża. Anke l-kunċerti u l-attivitajiet sportivi huma miuħa għall- pubbliku anke jekk b'limitu ta' 300 persuna fuq ġewwa u 500 fuq barra. Fejn jidħol it-tilqim Malta miexja tajjeb ħafna wkoll. Kien hemm min staqsa jekk anke f 'Malta għandux jinħareġ dan 'il- passaport' biex persuna tkun tista' tattendi attivitajiet. Fost dawk li għamel din il-proposta, kien hemm Howard Keith Debono, president tal-MEIA (ara paġna 8). Madanakollu, sa issa, dwar d a n it li x e j n i s s e m m a , aktar u aktar issa meta Malta esperjenzat żieda fil-każi minħabba l-varjant. 07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 ingredjenti ta' suċċess fil-ġlieda kontra l-Covid-19 Restrizzjonijiet f'waqthom u kommunikazzjoni tajba ... is-suċċess ta' New Zealand Ftit 'il bogħod mill-Awstralja wieħed isib in-New Zealand li wkoll kellha storja ta' suċċess fejn tidħol il-kontroll tal-pandemija. Inħarsu lejn in-numri. In-New Zealand għandha popolazzjoni ta' ħames miljun persuna. Minn meta feġġ l-ewwel każ ta' Covid-19 fil-pajjiż kienu rreġistrati it aktar minn 2,400 każ. Mietu 26 persuna. Il-lockdown strett immens għen biex il-pajjiż kważi jelimina għal kollox il-virus u anke biex jevita it-tixrid tal-varjanti. Kien hemm drabi fejn anke jekk f 'Belt feġġ każ wieħed ta' Covid-19, bħal f 'Auckland, ir-residenti tagħha kienu mitluba jsegwu lockdown ta' it jiem. L-ewwel lockdown daħal fis- seħħ xahar wara s-26 ta' Frar meta feġġ l-ewwel każ. Il-lockdown tneħħa fid-9 ta' Ġunju wara li l-pajjiż kien ilu 18-il ġurnata ma jirrapporta każ wieħed ta' Covid-19. Anke jekk f 'Awwissu l-virus reġa' għolla rasu, ir-rata tat-trasmissjoni nżammet baxxa għax minnufih iddaħħlu fis-seħħ restrizzjonijiet oħra. Fi New Zealand ukoll, sa minn kmieni s-sena li għaddiet, ingħalqu l-fruntieri kollha bil-Prim Ministru Jacinda Ardern tgħid ċar u tond li l-probabbilità hija li dawn se jibqgħu magħluqa għall-parti l-kbira tal-2021, anke jekk il-każi fil-pajjiż huma baxxi. Fin-New Zealand hemm tliet livelli ta' Allert. Bħalissa l-pajjiż jinsab taħt l-allert minimu, fejn l-awtoritajiet iwissu li anke jekk il-każi huma baxxi, hemm ċans li l-imxija terġa' tirritorna. Għalhekk, taħt dan il-livell, il-maskra għandha titlibes fuq it-trasport pubbliku, it-titjiriet domestiku u fit-taxis. L-appell huwa biex il-maskra tintlibes anke f 'postijiet, partikolarment dawk fuq ġewwa, fejn diffiċli tinżamm id-distanza soċjali, fosthom anke fis-supermarkets. Il-kontrolli fuq il-fruntieri jibqgħu fis-seħħ għal dawk kollha li jidħlu fil-pajjiż, inkluż screening, testijiet u 14-il ġurnata iżolazzjoni jew kwarantina mandatorja. Ħafna faħħru wkoll il-kampanja ta' kommunikazzjoni li saret b'messaġġi ċari u konċiżi, minn billboards, messaġġi fuq il-midja soċjali u anke leaflets li tqassmu f 'kull dar. Anke jekk il-lockdown kien strett u n-negozji batew, it wara, il-pajjiż kien lest biex jerġa' jiaħ l-ekonomija tiegħu. Il-programm tat-tilqim, mill-banda l-oħra, beda it tard u miexi bilmod. Sa issa ġew amministrati madwar 40,000 doża tal-vaċċin. It-tir tal-pajjiż huwa li jixtri biżżejjed dożi mingħand Pfizer biex ikollu biżżejjed biex ilaqqam lill-popolazzjoni kollha. Fi żmien erba' xhur, il-mira tan-New Zealand hija li jlaqqam żewġ miljun persuna. Il-persuni li jaħdmu fuq il-fruntieri, il- frontliners, l-anzjani kollha u l-persuni vulnerabbli qed jingħataw prijorità. Il-bqija tal- popolazzjoni mistennija tkun offruta l-vaċċin minn Lulju. Bħal fil-każ tal-Awstralja, diffiċli tikkumpara lil Malta ma' New Z e a l a n d a n k e jekk il- popolazzjoni tal-pajjiż mhijiex waħda kbira. Madanakollu, pajjiż li jiddependi totalment mit-turiżmu, ftit jista' jagħmel bħan-New Zealand u jagħlaq il- fruntieri totalment jew jimponi restrizzjonijiet stretti mmens fuq min jidħol Madanakollu, kampanja aħjar ta' kommunikazzjoni u inqas messaġġi konflinġenti, setgħu għenu biex anke f 'Malta l-pandemija ma taħrabx mill- kontroll. Bars u kunċerti miftuħa ... L-Iżlanda suċċess għat-testijiet u l-contact tracing L - I ż l a n d a kien l-ewwel pajjiż Ewropew li beda jerħi r-restrizzjonijiet wara t-tieni mewġa ta' Covid-19. Dan il-pajjiż ikkontrolla malajr l-ewwel mewġa, iżda t-tieni mewġa ġiet aktar b'saħħa lejn l-aħħar tas-sajf li għadda anke jekk xorta waħda ġiet ikkontrollata malajr. L-Iżlanda għandha popolazzjoni ta' madwar 350,000 persuna. Minn meta feġġet il-pandemija kienu rreġistrati it aktar minn 6,100 każ u mietu 29 persuna. L-ogħla ammont ta' każi rreġistrati f '24 siegħa kien dak ta' 108 każi f 'Ottubru. Fil-fatt, ix-xahar li għadda, l-Iżlanda fetħet il-bars u anke l-gyms u l-pubbliku seta' jerġa' jibda jattendi għal kunċerti u t-teatru. Ir-ristoranti u l-iskejjel ukoll huma miuħa. L-Iżlanda wkoll huwa l-uniku pajjiż Ewropew li fil-mappa ppubblikata miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, huwa mmarkat bil- kulur 'aħdar' li jfisser rata baxxa ħafna ta' infezzjonijiet u r-rata ta' pożittività hija ta' inqas minn 4%. Il-pajjiż issa ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat ma jirreġistra l-ebda każ ta' trasmissjoni lokali. Esperti qalu li l-fatt li l-Iżlanda hija iżolata mill-kumplament tal- kontinent għen, iżda apparti minn hekk kienet imfaħħra ħafna għat- testijiet u anke l-contact tracing. Kull persuna li kienet qed tidħol fil-pajjiż kienet qed tintalab test u anke kwarantina. Dan kollu żamm is-sitwazzjoni taħt kontroll, mingħajr ma kien hemm bżonn li jiddaħħlu miżuri stretti mmens u lanqas ma kien hemm bżonn li jingħalqu l-fruntieri. L-Iżlanda it it qed tibda tiaħ ukoll il-fruntieri tagħha u naqqset xi it ir-restrizzjonijiet ukoll anke jekk xorta waħda b'kawtela minħabba l-varjanti. Fil-fatt, minkejja li għal xhur l-Iżlanda żammet il-varjant barra, it tal-jiem ilu ħarab każ, wara li persuna rriżultat pożittiva it wara li daħlet fil-pajjiż. Il-varjant għadda wkoll għand it-tieni persuna. Din tal-aħħar marret ix-xogħol u anke għal kunċert li għalih attendew 800 persuna. Madanakollu, bis- saħħa ta' sistema b'saħħitha ta' contact tracing, fi it sigħat, sar kuntatt mal-persuni kollha u fi it jiem, aktar minn 1,000 persuna, għamlu test. Żewġ każi oħra kienu identifikati u dawk kollha infettati tpoġġew f 'iżolazzjoni f 'lukanda. Il-varjant, għalhekk reġa' ġie kkontrollat. Fl-Iżlanda wkoll għaddej it-tilqim. Sal-aħħar ta' Marzu mistennija jkunu mlaqqma 38,000 persuna bit-tir huwa li nofs il- popolazzjoni, jew madwar 190,000 persuna, jkunu tlaqqmu sal-aħħar ta' Lulju. L-Iżlanda bħal Malta hija gżira. Il-popolazzjoni tagħha hija simili għal ta' Malta, anke jekk it iżgħar. L-istorja ta' suċċess tal-Iżlanda faċilment tista' tkun replikata f 'Malta. Aktar kontrolli fuq il-fruntieri u sistema ta' contact tracing aktar effiċjenti huma s-sigriet. Suċċess mhux bir-restrizzjonijiet imma bil-vaċċin...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021