Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 • illum Howard Keith jappella għal 'exit plan' biex is-settur tal-arti u d-divertiment ikun jista' jippjana għal futur Anke jekk irrikonoxxa li attivitajiet tal-massa din is-sena 'mhux se jkunu possibbli,' Howard Keith jisħaq li bi strateġija li tidentifika xenarji differenti, miżuri ta' mitigazzjoni adegwati, kontrolli xierqa fl-ajruport u passaport domestiku tal-vaċċin, jistgħu jgħinu biex is-settur ikun jista' jopera anke jekk b'limitazzjonijiet... YENDRICK CIOFFI Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Industrija tal-Arti u d-Divertiment, Howard Keith Debono, tkellem mal-gazzetta ILLUM dwar l-importanza li Malta jkollha "exit plan" li jidentifika xenarji differenti u l-miżuri ta' mitigazzjoni bżonnjużi għalihom, biex is-settur ikun jista' jippjana għall-futur. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Debono wara li fl-aħħar ġimgħat tkellmet ma' diversi operaturi fis-settur li kienu l-ewwel li għalqu l-bibien tagħhom u l-aħħar li x'aktarx jerġgħu jiħu, anke għax l-industrija li fiha joperaw t i d d e p e n d i kważi totalment b i l - k u n t r a r j u t a d - d i s t a n z a soċjali. Fil-kummenti tiegħu, Debono insista li l-ewwel u qabel kollox dan il-pjan għandu jispjega kif il-pajjiż se jevita li jerġa' jiġrilu dak li seħħ f 'Lulju li għadda, meta l-każi kienu naqqsu drastikament u reġgħu splodew f 'daqqa malli fetħu mill-ġdid l-istabbilimenti kollha, inkluż dawk tad-divertiment. Fi kliemu, il-pajjiż ma jistax jippermetti li dan jerġa' jseħħ. "Kulħadd irid jiem li jekk mhux kulħadd se jerfa' r-responsabbilità tiegħu, din mhux se noħorġu minnha," insista. 'Mhux naraw kbir ... nafu li attivitajiet tal-massa ma jistgħux isiru' Apparti minn hekk, Debono fakkar li bħalissa għaddej il- programm tat-tilqim. Insista li jekk sa Awwissu se jkunu ngħataw ammont ta' dożi u għalhekk tkun żdiedet l-immunità, kif qed jingħad, il-pjan għandu jagħti indikazzjoni kif jista' jopera s-settur, anke jekk b'limitazzjonijiet. "Anke jekk jopera imqar 2% tas- settur għalina huwa aħjar," saħaq Debono waqt li rrikonoxxa li huma konxji li għal din is-sena, l-attivitajiet tal-massa mhux se jkunu possibbli u għalhekk mhux qed jaraw kbir i m m a q e d i ħ a r s u lejn attivitajiet fuq skala iżgħar u kkontrollati. "Qabel l-2022 mhux inħarsu lejn normalità. Anke studji li saru f 'pajjiżi oħra juru dan. Anzi aħna, ħdejn ħaddieħor mhux qed inkunu daqshekk pessimisti," insista Debono. Debono li jaħdem ma' diversi artisti Maltin spjega mal-ILLUM kif hu jitkellem ma' diversi kumpaniji kbar tal-mużika bħalma huma s-Sony Music u oħrajn. "Bookings għall-artisti mhux jaċċettaw lanqas għas-sena d-dieħla. Din hija riflessjoni kemm anke s-sena d-dieħla se tkun diffiċli," insista Debono waqt li saħaq li dan ikompli jżid mal-importanza li jkun hemm "exit plan." Fakkar li din hija xi ħaġa li qed tesperjenza d-dinja kollha u għalhekk mhux kif tkun is- sitwazzjoni f 'Malta biss jgħodd, imma anke kif se jkunu pajjiżi oħra. 'Kontrolli riġidi fl-Ajruport u l-portijiet huma parti importanti mis-soluzzjoni' Kien hawn li Howard Keith Debono tkellem dwar it-turiżmu intern u l-bżonn ta' kontrolli aktar riġidi fil-portijiet, inkluż l-Ajruport, bil-għan li l-pajjiż inaqqas drastikament ir-riskju li jkunu importati każi jew varjanti ġodda. Saħaq li artisti kbar, ħbieb tiegħu, jibgħatulu ritratti ta' kunċerti li qed isiru fi New Zealand u anke l-Awtralja (ara paġni 6-7) u li għalihom qed jattendu eluf ta' nies għax il-pajjiżi inkwistjoni għandhom kontrolli b'saħħithom fuq il-fruntieri u miżuri ta' mitigazzjoni adegwati tant li kważi kważi eliminaw il-virus mill- komunità. 'Passaporti tal-vaċċin' biex tattendi attività jew kunċert? Fid-dawl ta' dan, tkellimna aktar fid-dettall dwar il-proposta tiegħu li jkun hawn "passaporti tal-vaċċin domestiċi" li jkunu jistgħu jintużaw biex persuni li jkunu ħadu l-vaċċin, ikunu jistgħu jattendu għal ċertu attivitajiet, simili għal dak li qed iseħħ fl-Iżrael (ara paġni 6-7). Spjega kif l-ewwel li ħarġet b'din il-proposta kienet il-kumpanija internazzjonali Live Nation li taħdem ma' artisti kbar bħal Beyoncé u oħrajn, biex persuni li jattendu l-kunċerti tagħhom ikollhom f 'idhom dan il-passaport. Debono qed jisħaq li dan il- passaport tal-vaċċin jista' jaħdem anke lokalment biex almenu jkunu jistgħu jiġu organizzati attivitajiet fuq skala iżgħar. Madanakollu saħaq li din il-proposta waħedha mhux se taħdem u parallel magħha irid ikun hemm dan l-exit plan. "Irridu pjan kif se nibdew it it, jekk hemm bżonn nibdew minn attivitajiet bilqiegħda u nżidu it it. Mhux tiġi l-ġurnata li nkunu nistgħu niħu u nitilqu. Kontrina stess qed ngħid. Jekk nagħmlu dan, aktar inżidu r-riskju li nsibu ma' wiċċna mewġa oħra," kompla jisħaq Debono. Fil-fatt, mistoqsi jekk kienx hemm diskussjonijiet dwar dan il-passaport tal-vaċċin domestiku mal-awtoritajiet ikkonċernati, Debono wieġeb fin-negattiv waqt li tenna li l-ewwel irid ikun hemm dan il-pjan. Il-Eurovision u kif jista' jservi ta' eżempju... Irrefera għall-Eurovision u saħaq li dan jista' joffri eżempju ċar u sempliċi ta' dan l-exit plan li qed jirreferi għalih. Spjega kif jiġri x'jiġri, il-Eurovision se jkun qed isir, għax id-direzzjoni ħejjiet tliet pjani skont tliet xenarji li jistgħu jseħħu u miżuri ta' mitigazzjoni skont kull xenarju. "Kulħadd jaf fejn qiegħed. X'se jiġri f 'Mejju ma nafux. Kif se jsir il- Eurovision ma nafux. Imma nafu li jiġri x'jiġri, x'se jsir," insista Howard. Pereżempju wieħed mill-pjani huwa dak ta' festival b'udjenza bilqiegħda bid-distanza soċjali, fejn il-kantanti jkunu jistgħu jkantaw live minn Rotterdam Ahoy, is-sala fejn hu ppjanat li jsir il-Eurovision. Fl-estrem l-ieħor, anke f 'każ ta' lockdown, il-Eurovision se jsir xorta waħda iżda bla udjenza u lanqas il- kantanti ma jkunu preżenti biex ikantaw live minn Rotterdam Ahoy. Fil-fatt fl-aħħar jiem, id- delegazzjoni Maltija telgħet ma' Destiny l-Bulgarija biex tippjana għal dan l-aħħar xenarju. 'Għalina l-ippjanar huwa kruċjali' Kien hawn li Debono insista li għall-industrija tal-arti u d-divertiment, l-ippjanar huwa kruċjali. "Jekk għandek bar, trid taħseb għall-istokk minn ġimgħa għal ġimgħa. Aħna rridu nippjanaw minn ħafna qabel, nazzarda ngħidlek minn sena qabel," saħaq Debono. Propju għalhekk li saħaq li l-operaturi fl-industrija jippreferu jaħdmu kif ġara fil-każ tal-Belġju, fejn l-istabbilimenti ngħataw indikazzjoni ċara li għandhom perjodu ta' sitt xhur magħluqa. "Almenu f 'dak iż-żmien ħadu ħsieb jagħmlu xogħlijiet jew manutenzjoni li jkun hemm bżonn. Aħna jeħtieġ nippjanaw minn qabel," temm jappella Debono. Il-President tal-MEIA, Howard Keith Debono

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021