Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 bl-Irxoxt; Kieku llum fil-Kottonera.... Meta għandek tliet festi tal-Irxoxt li jmorru lura mijiet ta' snin, ma jistax ikun li ma jkunx hemm tradizzjonijiet marbuta ma' din il-ġurnata. Jekk tibda ma tiqafx. 'Berikhieli Kristu Rxoxt' Fost l-aktar tradizzjoni popolari u magħrufa hija dik tal-figolla tal-Għid. Fil-fatt, fil-Kottonera kien hemm it-tradizzjoni li t-tfal, tista' tgħid kollha, kienu joħorġu bil-figolla (li llum il-bajda taċ- ċikkulata bir-rigali qed todħilha postha). Malli l-Irxoxt kien ikun għaddej bil-ġirja, it-tfal kienu jgħollu l-figolla 'l fuq u jgħajtu: "Berikhieli Kristu Rxoxt." Dak iż-żmien, ħadd mit-tfal ma kien jitħalla jaqsam il-figolla qabel ma jgħaddi l-Irxoxt jiġri minn ħdejhom. Tgħid illum għad għandhom paċenzja jistennew? Ta' min isemmi li t-tradizzjoni ma nqatgħetx għal kollox. F'Bormla, b'mod partikolari, għadek tara tfal iżommu l-bajd tal-Għid 'il fuq malli l-Irxoxt ikun tiela' jiġri minn Triq l-Oratorju. Meta l-Irxoxt jasal quddiem il-Monasteru ta' Santa Margerita, l-Arċipriet ta' Bormla jieqaf jitlob mal-poplu u jbierek il-figolli u l-bajd tal-Għid li jkunu ġabu magħhom it-tfal. L-istess isir ukoll fil-Birgu u fl-Isla malli l-irxoxt jasal ħdejn il-knisja ta' San Filippu. L-Irxoxt ibierek il-baħar Fil-Birgu, waħda mill-ġirjiet bl-Irxoxt, issir propju fi Triq il- Miratur, fl-inħawi magħrufa wkoll bħala fuq is-Sur tat-Toqba. It-tradizzjoni kienet li malli l-Irxoxt jasal hawn, fi tmiem il-ġirja, ir-reffiegħa kienu jgħollu din l-istatwa u jdawruha lejn il-bokka tal-port, biex l-Irxoxt ibierek il-baħar u l-port. X'aktarx li din it-tradizzjoni wkoll tmur lura għall-Griegi tar-Rit Biżantin li ġew mal-Kavallieri ta' San Ġwann minn Rodi. 'Mal-Glorja naqbżu l-baħar' Drawwa oħra, marbuta mal-baħar u li tgħodd għall-ibliet kollha tal-Kottonera u li llum inqatgħet għal kollox kienet dik li mal- glorja tal-Għid il-Kbir, għadd ta' żgħażagħ kienu jaqbżu l-baħar, kiesaħ kemm hu kiesaħ u għalihom din kienet tkun l-ewwel għawma tas-sena. Il-ġirjiet bl-Irxoxt kif bdew? Il-ġirjiet bl-Irxoxt isiru kullimkien, iżda imkien ma jsiru bħal dawk tal-Kottonera, minn fejn wara kollox oriġinaw. Hawn min jaħseb li dawn oriġinaw minħabba li l-ewwel Gvernatur Ingliż, Sir Thomas Maitland, kien introduċa klawżola li kienet tistipola kemm kellha ddum purċissjoni u jekk il-purċissjoni kienet iddum aktar, kien hemm ukoll multi għall-kumitat. Fil-fatt, x'aktarx li l-ġirjiet bl-Irxoxt bdew isiru biex ir-reffiegħa jħaffu iżda fl-istess ħin l-Irxoxt xorta waħda jgħaddi mit-toroq prinċipali. Illum dawn il-ġirjiet huma aktar ċelebrattivi u jfissru l-ferħ ta' dan il-jum. Kif spjegat aktar qabel, anke jekk il-ġirjiet kienu nqatgħu għal xi żmien, wara l-Gwerra kienu n-nies tal- Kottonera li reġgħu qajmu din it-tradizzjoni (ara l-parti dwar l-Irxoxt ta' Bormla). 'Ħaduhielu l-Begigga ħaduhielu' Tradizzjoni ħelwa fil-Birgu hija dik magħrufa bħala l-Begigga li tinżamm nhar Sibt il-Għid filgħaxija. Għal ħafna snin, wara li kienet tindaqq il-Glorja tal-Għid, it-tfal u ż-żgħażagħ kienu joħorġu, ma' xi daqqaqa u jduru t-toroq tal-Birgu, ikantaw u jagħmlu l-briju, anke permezz ta' strumenti bħat-tanbur, il-flute u ż-żaqq, biex iferrħu lin-nies, għax Kristu qam mill-mewt. Interessanti li din ħadet dan l-isem minħabba ġrajja li seħħet 90 sena ilu. Waqt li kienet għaddejja din it-tradizzjoni, xi ħadd li kienu jgħidulu "Il-Begigga," kellu mogħża mingħajr sarima u l-Pulizija ħaduhielu għax dan kien kontra l-liġi. Għalhekk, it-tfal u ż-żgħażagħ bdew jgħajtu: "ħaduhielu l-Begigga ħaduhielu," u kull sena din baqgħet titkanta. Anke s-sena li għaddiet u din is- sena, minkejja r-restrizzjonijiet tal-pandemija, in-nies tal-Birgu żammew din it-tradizzjoni, b'daqq fuq borom, platti u kull ħaġa oħra li tagħmel l-istorbju, mill-gallariji u l-bjut. It-tradizzjonijiet marbuta mal-Għid fil-Kottonera Il-purċissjoni tal-Irxoxt fl-Isla wkoll hija antika ħafna u x'aktarx li ilha ssir minn meta bdiet issir dik tal-Ġimgħa l-Kbira. Minn tal-inqas, din il-purċissjoni, ilha ssir mill-1714. Kienet il-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni li kienet torganizza din il-purċissjoni u fil-fatt, l-istatwa tal- Irxoxt kienet proprjetà tagħha. Ħadd ma jaf meta saret jew min ħadem l-istatwa tal-Irxoxt tal-Isla. Interessanti li l-figura ta' Kristu hija injam mill-qadd 'l isfel u kartapesta mill-qadd 'il fuq. X'aktarx li dan seħħ biex filwaqt li l-istatwa tkun b'saħħitha, fl-istess ħin ma tkunx tqila żżejjed. Dan jista' jkun indikazzjoni li l-ġirjiet bl-Irxoxt huma aktar antiki minn kemm wieħed jaħseb. Fis-sena 1989 il-vara ġiet irrestawrata u saru xi alterazzjonijiet mir-restawratur John Pace. Ġiet ukoll indurata l-libsa tal-Irxoxt. Oriġinarjmant, il-libsa tal-irxoxt kienet ħamra. F'idu kien iżomm bandiera, li aktar tard inbidlet ma' bandalora, iżda fl- aħħar snin saritlu palma. L-arġentier Senglean Vanni Bartolo ħadem raġġiera tal-fidda. Jidher li l-purċissjoni kienet twaqqfet għal madwar disgħin sena, minħabba xi inċident li kien ġara fi żmien l-Arċipriet Dun Francesco Colombo iżda reġgħet bdiet issir fi żmien l-Arċipriet Dun Ġwann Sladden, fl- 1969. Fl-2013, seħħ inċident li seta' kellu konsegwenzi aktar koroh, meta waqt waħda mill-ġirjiet, wieħed mir- reffiegħa waqa' u l-bradella tal-irxoxt spiċċat kważi ċatta mal-art. Iżda dan xejn ma qata' qalb ir-reffiegħa, li reġgħu qabdu l-bsaten u komplew bil- ġirja tagħhom. Birkirkara. Dan sar fl-1833. Bla dubju li dan ukoll huwa wieħed mill-isbaħ u fost l-aktar popolari mal- Maltin li jippakjaw it-toroq kollha tal-Belt Vittoriosa biex jassistu għall-ġirjiet tradizzjonali. Kristu Rxoxt jidher imtajjar 'il fuq, b'idejh miuħa, simili għal dak ta' Bormla, iżda minflok il- palma f 'idu l-leminja, qed iżomm il-bandiera tal-Ordni ta' San Ġwann (marbut sew mal-Kolleġġjata ta' San Lawrenz u l-Birgu kollu kemm hu), f 'idu x-xellugija. Ftit tas-snin ilu, l-istatwa tal-Irxoxt fil-Birgu kienet ġarrbet xi ħsarat meta waqt waħda mill-ġirjiet tradizzjonali, il-bandiera f 'id l-irxoxt qabdet ma' wire li twaħħal fil-baxx minn kumpanija tat- telekomunikazzjoni, bil- konsegwenza li tqaċċtet id l-irxoxt. Madanakollu, il-vara ma ġarrbitx ħsara rreparabbli u fil-fatt ix-xogħol ma damx ma beda u tlesta biex il- Ġirbin għadhom igawdu din l-istatwa fis-sbuħija kollha tagħha. Purċissjoni antika fl-Isla anke jekk twaqqfet għal xi snin kien joħroġ darbtejn RITRATT: RENE' MONSEIGNEUR

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021