Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 analiżi IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'dawn l-aħħar snin, speċjalment kull meta jqum id-dibattitu li jdur mal- każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, jqum is-suġġett tal-ġustizzja u l-bżonn ta' tibdil u riformi f 'dan il- qasam. B'mod speċjali l-eks Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, imma anke l-Ministru kurrenti Edward Zammit Lewis iffaċċjaw kritika qawwija għall- mod kif - skont l-Oppożizzjoni u għaqdiet bħal Repubblika - il-ġustizzja ma kinitx qed titħalla ssir. Lilhinn iżda mill-akkużi u l-allegazzjonijiet il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa u tagħmel elenku tal-aktar riformi importanti u kruċjali li saru fil-qasam tal-ġustizzja mill-2013 sal- lum - uħud minnhom li kienu ilhom snin twal diskussi u oħrajn li kienu fl-għajn ta' kritika u protesti. Mejju 2013 - Daqshekk każi ta' korruzzjoni preskritti Mill-2013 politiċi jew persuni oħrajn imdaħħlin f 'korruzzjoni politika ma setgħux jibqgħu jinvokaw il-preskrizzjoni meta każ jispiċċa l-Qorti. L-eks PM Joseph Muscat u dak iż-żmien is- Segretarju Parlamentari Owen Bonnici kienu qalu illi minkejja li jgħoddu proviżjonijiet fil- Liġi Kriminali u deċiżjonijiet tal-Qorti, "dawk illi wettqu korruzzjoni mhux se jibqgħu jorqdu faċilment." Ironikament, il-politiċi li b'xi mod kienu implikati f 'korruzzjoni qabel l-2013, sal-lum "faċilment" għadhom qed jorqdu - kuntrarjament għal oħrajn li bħalissa għaddejjin proċeduri jew inkjesti fil-konfront tagħhom, prinċipalment Keith Schembri u Konrad Mizzi - bi Schembri arrestat fuq akkużi mill-aktar serji. Din il-liġi tgħodd ukoll għal Sindki u Kunsilliera Lokali. Settembru 2013 - Il-Liġi tal-Whistleblower Fl-istess sena ddaħlet il-Liġi li tagħti protezzjoni lil persuni li jikxfu atti ta' korruzzjoni jew reati oħrajn. Meta jagħmlu dan, ikollhom piena inqas u jingħataw protezzjoni għax ikunu qed jgħinu lill-pulizija f 'xogħolhom. Bħala liġi l-NGO Blueprint For Free Speech kienet qalet illi dik ta' Malta, f 'dan il-każ, hija t-tieni l-aqwa fl-UE. Kienu fil-fatt, erba' pajjiżi biss - l-Irlanda, Malta, Franza u r-Renju Unit, li raw il-Liġi tal-Whistleblowers tagħhom tikseb punteġġ ta' aktar minn 50%. Din il-liġi ma kinitx nieqsa mill- kontroversja hekk kif il-Gvern baqa' jirriuta li jagħti status ta' Whistleblower lil Maria Efimova - illi sussegwentement kienet akkużata f 'Inkjesta Maġisterjali, b'kalunja u ġurament falz. Hija kienet qalet illi skont dokumenti li hi tgħid li rat meta kienet taħdem il-Bank Pilatus, Egrant Inc kienet f 'isem Michelle Muscat - xi ħaġa li kemm hi u anke l-eks Prim Ministru Muscat dejjem ċaħdu. Imbagħad kien hemm ukoll il-każ tal-eks Spettur li kien jaħdem l-FIAU Jonathan Ferris li wkoll talab għal dan l-istatus biex, skont hu, jikxef korruzzjoni li tinvolvi persuni fl-ogħla pożizzjonijiet. Il-Unit tal-Whistleblower ma kienx aċċetta din it-talba għax kienet qalet illi Ferris ma mexiex mad-dispożizzjonijiet meħtieġa biex persuna tingħata din il-protezzjoni. Ferris kien qal illi l-FIAU kienet ippreparat dokument ta' 130 paġna dwar Konrad Mizzi, li kellu jintbagħat lill-pulizija biex jinvestigaw, bl-MEP David Casa jgħid illi dan kien isejjaħ għal investigazzjoni kriminali kontra l-eks Ministru. L-FIAU kienet ċaħdet illi hemm rapport konkluż fuq il-materja. Jannar 2016 - Liġi tal-Finanzjament tal- Partiti Il-Gvern preżenti waqqaf il-liġi tal- Finanzjament tal-Partiti, liġi li kienet ilha tiġi diskussa u ilha tiġi proposta snin sħaħ u ma kien sar xejn fuqha. L-għan kien li jinqatgħu r-rabtiet li jistgħu jwasslu għal korruzzjoni, bejn politiċi u negozjanti. Il-liġi kienet tgħid li persuna ma tistax tagħti aktar minn €26,000 f 'donazzjoni u li f 'maratona ta' ġbir partit jista' jaċċetta donazzjonijiet ta' €50 mingħajr il-bżonn li jirreġistraw lil persuna b'mod individwali. Partiti jistgħu jaċċettaw donazzjonijiet ta' bejn €50 u €500, billi jirrapportaw l-ammont globali mhux individwali, imma l-Kummissjoni Elettorali jkollha kull dritt li tivverifika fejn tħoss li hemm bżonn. Kull donazzjoni ta' aktar minn €7,000 trid tiġi rrappurtata lill-Kummisjoni, flimkien mal-ismijiet tad-donaturi. Il-Kummissjoni kellha, skont din ir-riforma, tippubblika l-ismijiet ta' dawk li għamlu dawn id- donazzjonijiet. Frar 2016: L-ikkriminalizzar tar-revenge porn u tal-istalking Il-Gvern illeġiżla kontra r-revenge porn u l-istalking, apparti li rriforma l-liġi dwar il- pornografija biex din ma sservix biex tagħlaq ħalq u tiċċensura lill-artisti. Din il-liġi kienet ilha ġejja minn meta infetħu proċeduri kriminali kontra Mark Camilleri, dak iż-żmien editur tal-gazzetta Ir-Realtà u kontra Alex Vella Gera għall- pubblikazzjoni tal-istorja Li Tkisser Sewwi. Dan qajjem għagħa u rabja fost l-artisti u s-soċjetà in ġenerali, b'mod speċjali ma' settur iktar liberali tal-poplu li dejjem qed jikber. Pornografija li turi stupru u pornografija tat-tfal baqgħet offiża kriminali, filwaqt li ma baqgħetx illegali li tara pornografija 'mainstream'. Frar 2017: Jitneħħa l-Libell kriminali kontra l-ġurnalisti Il-Gvern ippropona u wara għadda bidliet sabiex jitneħħa l-libell kriminali darba għal dejjem. Il-Libell kriminali kien jitmexxa mill- pulizija u kien ifisser ċans ukoll li ġurnalist jeħel il-ħabs. Il-Gvern neħħa wkoll il-mandati kontra ġurnalisti li qed jiffaċċjaw libelli fuq flus fil-bank u proprjetà - xi ħaġa li kienet proposta wkoll mill-Partit Nazzjonalista. Minn naħa l-oħra d-danni għal libell ċivili żdiedu minn massimu ta' €7,000 sa' massimu ta' €20,000. Mill-pornografija sal-Ġudikatura: Ftit Il-Ġustizzja qatt ma kienet taħt daqstant dawl, daqs dawn l-aħħar snin - wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Imma ma sar xejn? U jekk sar, x'sar? X'bidliet kienu ilhom jiġu diskussi u twettqu fl-oqsma tal-Ġustizzja u l-Intern? Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa ... Alan Borg Owen Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021