Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 analiżi illum • IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 Dawn il-bidliet kienu wkoll frott ta' mandat ta' sekwestru li kien fetaħ l-eks Ministru Chris Cardona kontra Daphne Caruana Galizia li permezz tiegħu saret ordni ta' friża ta' €46,000 kontra l-ġurnalista. April 2015: Riforma fil-qasam tad-droga Il-Pulizija baqgħu jmexxu kontra persuni li jinqabdu b'użu personali ta' droga, fosthom massimu ta' żewġ pilloli ecstasy jew żewġ grammi ta' droga oħra. Dawn iżda ma jmorrux aktar il-Qorti imma jidhru quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja. Huma soġġetti għal multi ta' bejn €65 u €125. Il-Pulizija jistgħu jżommu dawn il-persuni taħt arrest biex jiksbu informazzjoni dwar traffikar. Persuna li tinqabad bi droga li mhix Kannabis għat-tieni darba, tintbagħat quddiem id-Drug Offenders Rehabilitation Board fejn ikun deċiż x'tip ta' rijabilitazzjoni se ssegwi. Qabel ir-riforma persuna li tinqabad b'sempliċi pussess setgħet teħel minn tliet xhur sa 12-il sena priġunerija. Il-Gvern kien llegalizza wkoll il-kannabis għall-użu mediċinali. 2017/2020: Il-Liġi tal-Koabitazzjoni Jekk kien hemm liġi li kienet ilha tiġi diskussa u dwarha ma sar assolutament xejn għal madwar 20 sena, kienet il-Liġi tal- Koabitazzjoni. Fl-2017 l-Att dwar il-Koabitazzjoni ta lil koppji d-dritt legali li jkunu rikonoxxuti, bl- istess drittijiet li għandha persuna miżżewġa jew f 'unjoni ċivili, f 'termini ta' drittijiet tal- familja u xogħol. Il-liġi assigurat drittijiet soċjali u benefiċċji għal dawk koabitati, inkluż id-dritt li tapplika għall-pensjoni tal-romol, children's allowance u deċiżjonijiet mediċi għas-sieħeb jew sieħba. Fl-2020 imbagħad din il-liġi ttejbet pemezz ta' Att Pubbliku quddiem nutar. 2018/2020: Riformi fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Il-Ministru Edward Zammit Lewis ippresieda fuq numru ta' bidliet fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali - li kien fil-mira ta' kritika ma taqta' xejn mill-PN u minn Repubblika/ Occupy Justice - meta dan kien immexxi minn Peter Grech. L-ewwelnett ġie trasferit l-irwol ta' prosekuzzjoni tal-aktar reati gravi u importanti f 'pajjiżna mill-Pulizija lill-Avukat Ġenerali, sabiex dan issa jkollu l-poter f 'idejh biex jipprosekwixxi wara investigazzjoni mill- Pulizija jew wara konklużjonijiet ta' inkjesta maġisterjali. It-tieni bidla hija li għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna ser ikollna stħarriġ ġudizzjarju magħruf bħala 'judicial review', fejn wieħed ikun jista' jitlob reviżjoni tad- deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali. Dan id-dritt ta' stħarriġ qed jingħata għall-ewwel darba liċ-ċittadini ta' pajjiżna li jħossuhom aggravati mid-deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali. Lura fl-2018 l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali inqasam fi tnejn. L-Avukat tal-Istat li huwa l-konsulent legali ewlieni tal-Gvern u l-Avukat Ġenerali, li x-xogħol prinċipali tiegħu huwa li jmexxi l-prosekuzzjonijiet f 'pajjiżna. 2020: Riforma fil-Ġudikatura - Ħatra u Dixxiplina Il-Gvern wettaq riforma li permezz tagħha rristruttura l-Kumitat għall-Ħatriet Ġudizzjarji. Il-Prim Imħallef se jkun iċ- Chairperson tiegħu flimkien ma' sitt membri li huma: L-Awditur Ġenerali, l-Ombudsman, il-President tal-Kamra tal-Avukati, żewġ Imħallfin u Maġistrat - ilkoll magħżula minn sħabhom stess Dwar il-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, la l-Avukat Ġenerali u lanqas l-Avukat tal-Istat mhuma se jkunu parti minnha. Issa l-Ħatra tal-Prim Imħallef se tibda ssir biż-żewġ terzi tad-Deputati Parlamentari, għall-ewwel darba fl-istorja. Jekk ir-riżoluzzjoni Parlamentari ma tiksibx żewġ terzi tal-voti, il-Prim Imħallef ikun maħtur b'riżoluzzjoni li tkun kisbet maġġoranza ta' voti Intant ukoll f 'li jirrigwarda d-dixxiplina, ir-riforma ppilotata minn Zammit Lewis tara li ma jkunx il-Parlament, iżda l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li tneħħi xi membru tal-Ġudikatura. 2020: President tar-Repubblika jinħatar biż-żewġ terzi Meta jispiċċa t-terminu ta' George Vella bħala President tar-Repubblika, il-President li jmiss se jinħatar wara vot taż-żewġ terzi tar- rappreżentanti tal-poplu fil-Parlament - għall- ewwel darba fl-istorja ta' Malta Repubblika. Dan wara l-bidliet li ġabet magħha ir-Riforma Kostituzzjonali li wettaq dan il-Gvern. 2020: Riforma fil-ħatra ta' Kummissarju tal-Pulizija Il-Korp tal-Pulizija qala' daqqiet serji fil-kredibilità. Mhux biss b'diversi riżenji ta' Kummissarji, li mbarazzaw mhux it lill-Korp tal-Pulizija, imma wkoll permezz ta' kritika ma taqta' xejn fil-konfront ta' Lawrence Cutajar. Cutajar saħansitra spiċċa is-suġġett ta' investigazzjoni wara li ordnat li jsir dan il- Maġistrat Rachel Montebello, fuq akkużi illi kien għadda informazzjoni dwar investigazzjonijiet attivi ta' ħasil ta' flus lil Melvin euma, apparti li qallu illi kien qed jiġi investgat b'rabta mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-Gvern wettaq riforma li permezz tagħha issa jinfetħu applikazzjonijiet ta' dawk interessati li jokkupaw il-kariga. Il- Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku tniżżel il-lista ta' kandidati għal tnejn bil-Kabinett jagħżel il-farvorit tiegħu. Din l-għażla imbagħad tmur għall-iskrutinju quddiem il- Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, fil-Parlament. L-aħħar kelma iżda tibqa' tal-Prim Ministru. Din is-sistema - ippilotata mill-Ministru tal-Intern Byron Camilleri - hija ferm 'il bogħod u qed toffri livelli ħafna akbar ta' skrutinju għal din il-ħatra importanti, minn qabel, meta l-Prim Ministru kien jagħżel direttament hu min ikun il-Kummissarju tal- Pulizija. Kemm ilu fil-pożizzjoni Gafa' naqset ħafna l-kritika lejn il-Korp minn diversi bnadi. Ftit mill-aktar riformi kruċjali mill-2013 Edward Zammit Lewis

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021