Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 • illum Roberta Metsola hija l-Viċi President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola Il-karba għall-ġustizzja tibqa' L -aħħar jiem ma kinux jiem faċli għall-pop- lu Malti u Għawdxi. Il-Gvern Laburista kien qiegħed jagħmel minn kollox biex il-morsa ma tiġix issikkata. Biex il-morsa ma tagħfasx fuq dawk li huma responsabbli ta' għemilhom u li waslu għal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u l-val- anga ta' korruzzjoni li ħakmet lill-pajjiż. Dan il-Gvern ilu tmien snin jissielet mhux biex issir ġustizzja imma biex il-ġustizzja tibqa' ma ssirx. Ilu tmien snin jara kif jostor. Jien konvinta li hemm ukoll ħafna laburisti li huma urtati u rrabjati għal dak li għamlu kriminali li ppużaw ta' politiċi. Il-problema hi li l-Gvern mhux juri l-istess rabja u determinazzjoni kontra l-inġustizzji u l-korruzzjoni. Kif tista' tispjega li hemm allegazzjonijiet serji li saru dwar Ministru li bħalissa hu parti mill-kabinett laburista u l-Prim Ministru jibqa' ma jagħmel xejn? L-allegazzjoni li Ministru li bħalissa hu parti mill-kabinett ta' Robert Abela kien involut f 'reat kriminali mill-aktar serju li ġara f 'pajjiżna, mhix allegazzjoni li għandha ttittieħed b'mod leġġer. Jekk dak li ingħad mhux veru, għandhom jittieħdu passi kontra min għamel l-allegazzjoni, imma l-Prim Ministru jista' jibqa' jġib ruħu bl-akbar indifferenza? L-anqas ħaġa li jista' jagħmel il-Prim Ministru hu li jibgħat għal kull membru tal-kabinett u jitlob mingħand kull wieħed u waħda minnhom dikjarazzjoni li fiha jiċħdu jew jikkonfermaw l-allegazzjoni. Il-Prim Ministru qiegħed jiffirjuta li jieħu azzjoni. U meta jagħmel hekk ifisser li jkun qiegħed jabdika mir- responsabbilità tiegħu. Liema Prim Ministru serju jibqa' miexi, qisu xejn mhu xejn, meta għandu din l-allegazzjoni dwar Ministru tiegħu? Jien niskanta wkoll kif dawk il-Ministri li l-allegazzjoni mhix indirizzata lejhom iħossuhom komdi li l-Prim Ministru u huma ma jagħmlu xejn. Possibbli jħossuhom komdi b'dan id-dell fuqhom? L-istituzzjonijiet ma jaħdmux bis-slogans Il-kariga ta' Prim Ministru ġġib responsabiltajiet kbar. Akbar minn ta' kull politiku ieħor. Robert Abela daħal għal kariga konxju ta' dak li kien qiegħed jagħmel il-Gvern Laburista. Għaliex ma jridx jaġixxi? Il-mantra tiegħu li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu ma titwemminx. Kieku l-istituzzjonijiet jaħdmu, Daphne Caruana Galizia ma nqatlitx. L-istituzzjonijiet ma kinux qed jaħdmu kontra l-korruzzjoni. Minflok kien hemm min qed jaħdem biex juża' l-Gvern bħala aġent tal-korruzzjoni u jara li l-istituzzjonijiet jiġu mfixkla u ma jaħdmux. Meta l-Prim Ministru jipprova jieħu mertu għaliex tressqu nies il-Qorti dwar xibka wiesgħa ta' korruzzjoni li l-Gvern prova jgħatti, ikun qiegħed jinsulenta l-intelliġenza tal-poplu Malti u Għawdxi. Kieku l-istituzzjonijiet qed jaħdmu bis-serjetà, ma' dawk li ttellgħu l-Qorti kienu jitellgħu ukoll kriminali oħra li ppużaw ta' politiċi. Il-lista kienet tkun ħafna itwal. U kieku l-istituzzjonijiet jaħdmu kienu jitressqu l-Qorti snin ilu. Sar pass żgħir f 'mixja twila. Prim Ministru taħt pressjoni Robert Abela jinsab taħt pressjoni. Dak li qal li Joseph Muscat mhux parti mill- Gvern Laburista, mhi xejn ħlief ammissjoni ta' pressjoni imma li ma tnaqqas xejn mir- responsabbilità tiegħu. Il-Prim Ministru fl-istess nifs li jgħid li Muscat mhux parti mill-Gvern qiegħed, jiaħar u jagħmel tiegħu dak li Joseph Muscat għamel meta kien Prim Ministru. F'kull okazzjoni li jkollu ma jitlifx l-opportunità li jipprova jagħti l-impressjoni li x-xemx f 'pajjiżna telgħet ma' Joseph Muscat fl-2013 u jikkritika bl-addoċċ lill-Gvernijiet nazzjonalisti partikolarment dawk immexxija minn Lawrence Gonzi. Qed jurina li mhux kapaċi jeleva lilu nnifsu, kif kienu għamlu Prim Ministri Nazzjonalisti! X'differenza. Nemmen fil-ġustizzja Jien nibqa' nemmen fil- ġustizzja. Dan kien il-messaġġ li wassalt fil-Parlament Ewropew meta kellna diskussjoni dwar dawk li għamlu l-politiċi kriminali f 'pajjiżna. Malta hi pajjiż Ewropew, bil-valuri Ewropej. U għalhekk nibqa' nsostni li dawk li huma responsabbli għall-qtil faħxi ta' Daphne Caruana Galizia, dawk li rieduh isir, dawk li ħallewh isir, dawk li wettquh u dawk li pruvaw ifixklu l-kors tal-ġustizzja jitressqu l-qorti u jiffaċċjaw il- ġustizzja. Dak li ġara f 'pajjiżna rridu naraw li ma jiġri qatt u mkien u għalhekk irridu sistemi u mezzi legali mixfruxa fl-Ewropa kollha. Dan ifisser li r-riżorsi tal- Europol jiżdiedu biex fost l-oħrajn ikun hemm qsim ta' data u informazzjoni importanti. Irridu aktar riżorsi biex jiżdiedu l-investigazzjonijiet u dan b'poteri eżekuttivi. Hu kruċjali li jkun hawn direttiva Ewropea – l-Anti- SLAPP directive – li tipproteġi u tħares lill-ġurnalisti. Il-ġustizzja rridu naħdmu għaliha biex nkunu pro-attivi wkoll. Giovanna Debono – ħasbu li se jkissruha Il-ġimgħa li għaddiet ir- raġel tal-ex Ministru Giovanna Debono ġie liberat minn kull akkuża li saret fil-konfront tiegħu. Il-Gvern Laburista għadda lil Giovanna Debono, lir- raġel tagħha u lill-familja kollha tagħha minn martirju. Giovanna dejjem kienet meqjusa bħala mara ta' sinsla, ħawtiela, taħdem bla heda u bla ħinijiet. Ħasbu li hi mara vulnerabbli u biex jattakkaw lill-Partit Nazzjonalista ħasbu li jistgħu jkisruha. Ħasbu li jistgħu isibuhom ħatja billi jiffabbrikaw storja. Tal-misħtija. Kellhom bżonn urew nitfa' mill-ħeġġa li urew kontra Giovanna Debono, fil-konfront ta' Joseph Muscat, Konrad Mizzi u l-korrotti ta' Kastilja u sħabhom dwar l-iskandli li wettqu. U Robert Abela jridna nemmnu li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu. Hekk ikunu l-istituzzjonijiet li jaħdmu? Ta' Giovanna ma kienx l-uniku każ. Fl-2015 kienu qabdu max-xufier li kellu l-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil. L-inkjesta li saret dwaru ma sabet xejn. Pruvaw jattakkaw lil Simon Busuttil u għaliex waqfilhom, attakkaw u inqdew bix-xufier tiegħu li kien provdut lilu mill- Parlament. X'inġustizzja! Inkjesta maġisterjali li saret ma sabet xejn dwar ix-xufier ta' Simon Busuttil. Lil nies innoċenti, il-labour lest li jsallabhom u nies ħatja jattilhom. Issa din il-ġimgħa mess li jattakkaw lid-deputat nazzjonalista Karol Aquilina dwar allegazzjoni li saret fl-2019. Għaliex issa u mhux dakinhar? L-istorja qed turina li l-Labour juża l-istutuzzjonijiet bl-aktar mod abbużiv. Robert Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021