Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 rakkonti illum • Il-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 Sharon Calleja Bużżieqa ħamra (l-ewwel parti minn erbgħa) J iena għandi għaxar snin. Ngħix il-Kanada, f'raħal ħelu li jissejjaħ Toronto ġewwa Ontario. Għalkemm il-familja tiegħi għandhom dixxendenza Maltija, in-nan- niet tiegħi kienu emigraw hawn, f'dan il-pajjiż imkattar sew. Pajjiż sabiħ ħaf- na, mimli natura, toroq wiesa' u qatt ma kont issib tlajja u nżul bħal ma għandkom hemm Malta. Kont imdorrija ngħix hawn, fi djar tal- briks u l-injam, bl-għatu ta' fuq kulur ma- ronja magħmul minn biċċiet tal-fuħħar. Quddiem id-dar kellna ġnien kbir bil- ħaxix ittrimmjat u ndukrat sew. Fuq wara kien hemm qisha għalqa ħelwa fejn kont inżomm ir-rota li kien tani missieri f'jum għeluq snini, xi siġar żgħar ta' ma nafx x'tip kienu u xi pjanti bil-fjuri li ommi kienet tifqa' bl-ilma, li dejjem kienu jmutu mal-ewwel borra xitwija li kienet tagħmel. Eħe, u kien hemm qisha kaxxa żgħira tal-injam fejn kont inpoġġi l-karawett għall-iskwirils kannella ċari li kienu jiġu bl-abbundanza jnaqqru u jerġgħu jaħarbu 'l hemm. Dakinhar kont qiegħda bilwieqfa lieb- sa l-uniformi griża fil-grawnd tal-iskola biswit sħabi tal-klassi, flimkien mat-tfal kollha li kienu jattendu din l-iskola kat- tolika, bl-għalliema linja sħiħa quddiem- na b'wiċċhom kollha mċarrat fi tbissima ħelwa. F'idejna kellna bużżieqa ħamra kull wieħed. Disgħa u disgħin bużżieqa ħamra. Daqshekk kien hemm tfal u għalliema b'kollox. Daqshekk kien hemm bżieżaq. "Issa malli ngħidilkom, itilqu ż-żigarella minn idejkom!" saħaq b'ħanġra daqsxiex is-surmast li kien qiegħed fuq biċċa tarġa fil-ġenb ħalli jkun jista' jikkomunika u ja- ra lil kulħadd. Dawwar ħarstu lejn it-tfal kollha li kien hemm maġenbi fil-grawnd. Kien jidher eċċitat u f'idejh kellu bużżieqa huwa wkoll. U għamlilna s-sinjal biex nitilquhom. F'sekonda waħda, is-sema biddlet il- lewn! Minn ċelesti ġiet ħamra! Bżieżaq ħomor. Bżieżaq ħomor tielgħin 'il fuq, 'il fuq. Biċċa minnhom donnhom baqgħu xi ftit batuti aktar mill-oħrajn u kien hemm dawk li donnhom kienu f'kompetizzjoni sabiex jimpikaw liema minnhom ser jit- ilgħu aktar 'il fuq l-ewwel. Kważi jilħqu l-isħab. Jisparixxu f'dimensjoni ta' atmos- fera oħra. Jien hekk bdejt naħseb! Nicholas tani daqqa ta' minkeb bilmod. Għajnejh żoroq kbar iħarsu lejja. Tajtu daqqa t'għajn ħafifa għal mument. U erġajt ħarist 'il fuq, inħossni mitlufa fil-kulur aħmar. Inħossni noħlom li donni kont qiegħda fuq tapit aħmar, mitlufa 'l bogħod minn dawk it-tfal kollha li kienu maġenbi. "Tiffany!" qalli Nicholas bejn par xedaq mheżża ma' xulxin. "Xi trid?" staqsejtu. Nicholas kien l-aqwa ħabib li qatt kelli. Kont iltqajt miegħu l-ewwel darba meta dħalt f'din l-iskola. Daqxejn ta' tifel ħelu b'xagħru bjond u għajnejh kbar u sbieħ. Kien donnu ħa grazzja miegħi mill-ewwel għaliex xħin konna suppost norqdu wara nofsinhar, erħilu kien iġib ix-xugaman tiegħu maġenb tiegħi u jgħid lil kulħadd li jiena l-għarusa tiegħu. U jiena kont nieħu gost inħares lejh. Kien wisq sabiħ u ħelu! U hu kien jgħidli li xagħri nnukklat ħamrani li ommi kienet dejjem tagħmilli toppu fuq wara, bil-bżiebeż neżlin għal fuq moħħi, kien jixraqli mhux ftit. Kien jgħidli li flimkien ma' għajnejja kbar u su- wed, kont qisni pupa. U jien kont nemmnu. Imma dakinhar rajtu jħares 'il fuq lejn il- bżieżaq ħomor b'mod xi ftit stramb. Wiċċu kellu dehra differenti minn kull darba li kont rajtu. Differenti minn tat-tfal l-oħra, li bħali kienu qegħdin jammiraw din is-sbuħija. Donnu kien qed jibża'. Jistkerraħhom. "Jiena d-dar dejjem nilgħab b'bużżieqa ħamra," qalli b'leħen kemmxejn baxx. "Bużżieqa bħal dawn." "Tajjeb," weġibtu mingħajr ma tajt kasu żżejjed. Ridt nibqa' nħares lejn il-bżieżaq sa' xħin ma jibqa' jidher xejn minnhom. "Tiffany, bis-serjeta qed ngħidlek!" kważi għolla leħnu miegħi. "Iva, tajjeb!" erġajt weġibtu, nieħu nifs fil-fond u kważi nħoss leħnu jdejjaqni. "Qatt m'għedtlek qabel." "U għalfejn qatt m'għedtli?" staqsejtu mingħajr ma nħares lejh. "Għax qatt m'għedt lil ħadd. In-nannu u n-nanna jgħiduli biex ma ngħid lil ħadd." U dak il-ħin, il-bżieżaq kollha għebu 'l bogħod u donnu ma kien għadu jidher xejn minnhom. Ix-xemx li kienet xi ftit bajdanija moħbija qalb is-sħab kienet bdi- et iddejjaqni xi ftit ukoll. Allura ħarist lejh. "Imma għax tilgħab b'bużżieqa ħamra, ma fiha xejn ħażin," weġibtu, hekk kif it-tfal bdew imorru lura lejn il-klassijiet tagħhom u aħna t-tnejn bdejna nimxu fil- liera warajhom. "Le hux, ma fiha xejn ħażin." Għalkemm ma tantx ikkonvinċieni, da- kinhar ma erġajniex semmejniha. Tlaqna lejn id-dar bħas-soltu. Peress illi jiena kont noqgħod fit-triq ta' wara tiegħu, Nicholas kien jgħaddi għalija u nimxuha flimkien lejn l-iskola kuljum. Filgħaxija kien iwassalni sal-bieb ta' dari u kien idur il-kantuniera ħalli jmur lejn daru. Imma l-għada, donni erġajt bdejt naħseb fuqha. "Lgħabt bil-bużżieqa lbieraħ?" staqsejtu b'ton każwali, nipprova ma nidħaqx bih. Xħin kien qalli hekk, kont rajtu xi ftit ġest infantili. "Tgħajjatx!" inħasad, hekk kif res- saq wiċċu eqreb lejn tiegħi u stajt nara l-farrett żgħir li kellu fuq moħħu li kien għamel meta kien waqa' t-taraġ tal-in- jam tad-dar tagħhom li kien jagħti għal ġol-kantina isfel. "U iva, m'għajjatx!" weġibtu, għajnejja suwed iħarsu lejh bl-ikrah. "Darboħra ma ngħidlek xejn. Suppost m'għedtlekx!" qalli b'ton maħruq. "Ma tgħidx lili? U għalfejn ma tgħid- lix?" staqsejtu nitnerveż xi ftit. "Għax qaluli biex ma ngħidx." "Min qallek biex ma tgħidx?" staqsejtu erġajt. Ħa nifs twil u ma weġibnix. "Int ser tgħidli jew?" "In-nannu u n-nanna." Kemmixt moħħi. "Xi sigriet dan jiġifieri?" "Tiffany." "Eeeee." "In-nanniet qaluli biex ma ngħid lil ħadd li noqgħod nilgħab magħhom b'bużżieqa ħamra." In-nanniet. Ma kontx naf li kellu n-nanniet għad- hom ħajjin. Darba biss kont mort għandu. Dakinhar tal-festin f'għeluq sninu. Qatt ma kien jistedinni. Fil-festin kienu stiednu ħafna nies u kien laqqgħani m'ommu. Missieru kien mejjet. Apparti l-fatt li kien tellgħani f'kamar- tu, fl-attiku, kont għamilt xi kwarta sħiħa nħares lejn taraġ tal-injam skur li kien jinsab fil-ġenb tal-kuritur. Kemm kien sabiħ! Il-puġġaman kien imdawwar b'girlanda tal-fjuri sbieħ bojod tal-plastik qishom reali! "Kemm hu sabiħ dak it-taraġ!" kont għedtlu mal-ewwel daqqa t'għajn. "Mhux hekk!" kien qalli. "Meta kont iżgħar, kont tgerbibtu kollu u qsamt moħħi!" "Imma lili jogħġobni," kont għedtlu dak- inhar tal-festin. "Tiftakar dak it-taraġ tal-injam, Tiffa- ny?" qalli Nicholas fil-klassi. Illum. Għamiltlu iva b'rasi. "In-nanniet hemm isfel ikunu. Fil-kan- tina. U jkollhom bużżieqa ħamra. Qaluli biex ma ngħid xejn lil ħadd." Berraqt għajnejja b'dak li kien għadu kemm qalli. "Fil-kantina?" erġajt staqsejtu biex nara fhimtx sew. Għamili iva b'rasu bilmod. "Ma jitilgħux fuq?" staqsejtu, nipprova ma nistagħġibx. "Le. Qatt."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021