Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 • illum Premju għall-Bini Kummerċjali u Pubbliku Ir-rebbieħa Tipico Building - DeMicoli & Associates Il-premju għal din il-kategorija jmur għall-bini ikoniku biswit it- Torri ta' Portomaso. Il-proġett jimmassimizza s-sit ta' bini li qabel kien baxx u jitla' għal tlettax-il sular 'il fuq mil-livell tat-triq tal- kumpless. Il-ġurija nnotat li dan il-proġett irnexxielu jegħleb bosta sfidi li jikkonċernaw il-pedamenti u l-kostruzzjoni tal-bini billi pprovda żvilupp li jintegra fil-kuntest tiegħu peress li ntużaw materjali li jinsabu fit-Torri biswit il-binja iżda f 'disinn li jispikka fuq il-mertu tiegħu. Rikonoxximent Speċjali Simonds Farsons Cisk Chapel and Canteen - Openworkstudio Dan il-proġett huwa eżempju tajjeb ta' kif proġetti fuq skala żgħira jistgħu jiġu ddisinjati b'tali mod li jkollhom disinn kontemporanju ta' kwalità għolja. L-attenzjoni għad- dettall f 'dan il-proġett hija ta' min ifaħħarha, kif ukoll l-istil industrijali tad-disinn interjuri li jalludi għall- kuntest tal-proġett. Fil-fatt, dan jinkludi referenzi għall-prodott, il-birra, permezz tal-użu tal-kulur kannella fil-kantina u l-kappella, flimkien ma' materjali tal-konkrit u tal-azzar, kkumplimentati minn dawl adegwat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021