Illum previous editions

ILLUM 4 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 analiżi illum • IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 ħabta tas-seklu 8 wara Kristu, iżda l-użu tas-sit ma waqafx hemm. Kif iddur lejn ix-xellug wara d-daħla, issib kappella ċkejkna ħafna li tmur lura għas-seklu 11 jew 12. Din probabbilment kienet tintuża minn patrijiet eremiti, li grazzi għalihom illum għadna nirreferu għal dan is-sit bħala Abbatija. Din il-kappella, umli iżda affaxxinanti, x'aktarx kompliet tintuża anke sas-seklu 16. Matul dawn is-snin ġiet imżejna b'numru mdaqqas ta' affreski, fosthom l-eqdem rappreżentazzjoni tal-kurċifiss li għandna llum f 'pajjiżna. Impittra fuq niċċa mħaffra f 'wieħed mill-ħitan tagħha, din ix-xbieha li x'aktarx tixref lura għas-seklu 14, turi wkoll lill- Madonna u lill-Arkanġlu Gabriel fuq kull naħa tal-kurċifiss, u turi elementi tal-istil gotiku li kien qiegħed jinfirex mal-Ewropa f 'dawk iż-żminijiet. Illum dan l-affresk jinsab f 'MUŻA, fil-Belt Valletta. Is-sehem tal-pubbliku fit-titjib tal-kumpless tal-Abbatija Għalkemm normalment magħluq għall-pubbliku minħabba konservazzjoni, lejn l-aħħar tal-2019 Heritage Malta ħasbet biex tqarreb in-nies lejn is-sit tal-Abbatija tad-Dejr b'mod alternattiv. Dan billi ħarġet bl- idea li l-ġnien pubbliku li hemm fuq il-katakombi, u li għal żmien twil kien pjuttost abbandunat, jinqasam f 'partijiet żgħar li jiġu offruti lin-nies biex jaħdmuhom fuq stil ta' allotments. Kif spjegat minn David Cardona, Kuratur Anzjan għal Siti Feniċi, Rumani u Medjevali fi ħdan Heritage Malta, "Dan kien mod kif nagħtu l-ġnien lura lill-komunità u fl-istess ħin il-komunità tersaq qrib is-sit u tapprezza l-istorja twila tiegħu." Samuela Bossini, waħda minn dawk li daħlu għall-impenn, esprimiet is-sodisfazzjon tagħha dwar l-opportunità li din l-inizjattiva offriet lil familtha sabiex speċjalment iż-żewġ uliedha ma jitilfux il-kuntatt man-natura, filwaqt li jitgħallmu japprezzaw aktar l-istorja ta' pajjiżna. L-idea tant kienet suċċess li m'ilux wisq il-kuntratti ma' dawk li wrew interess li jieħdu ħsieb il-ġnien ġew imġedda għal sentejn oħra. Il-ġnien huwa maqsum f '21 parti, li jieħdu ħsiebhom 18-il persuna billi kien hemm min ħa aktar minn parti waħda. Huma ma jħallsu xejn – sempliċiment jaħdmu l-art u jħarsu r-regolamenti, bħal li ma jaħartux, ma jibnux strutturi u ma jħawlux siġar f 'żoni partikolari minħabba l-katakombi ta' taħt il-ġnien. Heritage Malta kellha l-pjan li f 'Marzu torganizza ftuħ speċjali tal-Abbatija tad-Dejr, iżda minħabba l-miżuri ġodda mħabbra kontra l-Covid-19, din l-attività kellha titħassar. Madankollu Heritage Malta ħasbet biex xorta waħda toffri lill-pubbliku aċċess għal din il- meravilja medjevali permezz ta' vjaġġ virtwali li se jkun qed jixxandar fil-ġranet li ġejjin. Għal aktar tagħrif dwar din l-inizjattiva, segwi l-paġna tal- Facebook tal-aġenzija. Għal aktar informazzjoni dwar din l-inizjattiva żommu ruħkom aġġornati fuq il-paġna tal-Facebook tal-aġenzija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 April 2021