Illum previous editions

ILLUM 11 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 X'jorbothom? Għaliex twaqqfu? L-ILLUM tispjega affarijiet u tant kemm issemmew kumpaniji u eluf, li x'aktarx tintilef fid-dettall. F'dan l-artiklu l-gazzetta ILLUM se bejniethom? Daħlu flus fihom? Għaliex twaqqfu? Fiex jidħlu Keith Schembri u Konrad Mizzi? Macbridge tkompli tħabbel il-kobba... Min hu s-sid tagħha? Bħal 17 Black, Macbridge hija kumpanija f 'Dubaj. Fl-aħħar jiem ġie żvelat li wara din il-kumpanija hemm Chen Cheng, negozjatur Ċiniż, anke jekk hu mhuwiex imniżżel bħala s-sid tagħha, iżda minflok hemm imniżżla l-kunjata tiegħu Tang Zhaomin. Chen Cheng kien involut f 'diversi proġetti t a l - Enemalta li j ammont aw għal miljuni ta' ewro. Dan Cheng issemma għall-ewwel darba f 'Malta f 'Mejju tal-2016 minn Daphne Caruana Galizia, bħala sid ta' kumpanija fil- British Virgin Islands, jisimha Torbridge. Dan kien wassal għal investigazzjoni mill-Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU). Kien instab li l-istess Cheng kellu kont fil-Pilatus Bank (ara paġna 10). Dan il-kont infetaħ minn Nexia BT, l-istess nies li fetħu l-kumpaniji fil- Panama ta' Mizzi u Schembri u li kienu ddeskrivew lil 17 Black u lil Macbridge bħala 'target clients' tagħhom. Nexia BT kienu qalu lil Pilatus li dan il-kont ta' Chen Cheng kellu jirċievi €1 miljun sal-aħħar tal-2015, għalkemm ma jidhirx li kienu saru tranżazzjonijiet. Cheng, f 'isem il-kumpanija Accenture, kien ukoll innegozja l-bejgħ ta' parti mill-Enemalta (33%) lil Shangai Electric Power għall-prezz ta' €320 miljun. Mhux hekk biss, Chen Cheng kellu rwol importanti wkoll fil-proġett tal-Windfarm tal- Montenegro (ara d-dettalji f 'paġna 10). Il-Ħadd li għadda, il-gazzetta oħt MaltaToday żvelat ukoll kif l-istess Chen Cheng influwenza direttament il-Programm ta' Skema tal-Visa u Residenza (MRVP), fix-xhur ta' qabel ma saret sejħa miuħa għall-konċessjonijiet, li ħadet il-kumpanija tiegħu Shangai OC. Fil-fatt, huwa kien f 'kuntatt kontinwu mall-istaff tal-Ministeru għall-Enerġija, dak iż-żmien immexxi minn Konrad Mizzi. Chen Cheng għaliex jissemma wkoll fl-inkjesta Egrant? Ma hemm xejn li jorbot direttament lil 17 Black, lil Macbridge u t-tielet kumpanija misterjuża fil-Panama, Egrant li sal-lum ħadd għadu ma jaf min hu s-sid tagħha jew għal min kienet intenzjonata. Madanakollu, fir-rapport tal-inkjesta Egrant, jissemma dan l-istess Chen Cheng. Il-Maġistrat Aaron Bugeja jsemmi laqgħa li saret f 'Ġunju tal-2014 biex ikunu diskussi mudelli ta' negozji, l-enerġija, it-turiżmu u setturi oħra. Min taħseb li kellu jkun preżenti għal din il-laqgħa? Is-soltu storja! Konrad Mizzi, Keith Schembri u Brian Tonna ta' Nexia BT. Ir-rapport Egrant isemmi Private Public Partnership għal MACHIN (Malta China) Project, li kellha tkun entità għall-promozzjoni ta' investiment bejn iċ-Ċina u Malta. Din l-entità kellha tkun irreġistrata Malta u 100% kkontrollata minn kumpanija fil-British Virgin Islands. "Din l-entità kellha tkun awtorizzata mill-Gvern Malti bħala l-uniku aġenzija rappreżentattiva Maltija għall- promozzjoni tal-investiment fiċ-Ċina," jgħid ir-rapport. Egrant. Jissemma wkoll li l-mekkaniżmu koperattiv kellha titwaqqaf bl-għajnuna ta' ċertu persuna jisimha Sai. Din tista' tkun Sai Mizzi Lang, il-mara ta' Konrad Mizzi. Imma din il-kumpanija għaliex twaqqfet? Kif spjegat aktar qabel, Macbridge, flimkien ma' 17 Black kienet deskritta bħala target client tal-kumpaniji fil-Panama Hearnville tal-eks Ministru Konrad Mizzi u Tillgate tal-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri. Bħal fil-każ ta' 17 Black, ma hemm l-ebda indikazzjoni li laħqu għaddew flus minn Macbridge għal dawn il-kumpaniji. F'Macbridge daħlu flus? U x'rabta hemm mal- Montenegro? 17 Black u Macbridge mhux sempliċiment huma marbuta għax it-tnejn huma mniżżla bħala target clients tal-kumpaniji fil-Panama ta' Mizzi u Schembri, iżda jorbothom intrinsikament ukoll il-proġett jintenn tal- Windfarm fil-Montenegro li minnu Yorgen Fenech għamel profitt. Chen Cheng mhux biss kien kruċjali f 'dan il-proġett, imma jidher ukoll li daħħal kemxa minnu. Fil- fatt, investigazzjoni li saret minn e Times of Malta u Reuters kienet żvelat kumpanija oħra li twaqqfet b'mod parallel ma' Macbridge, jisimha Dow's Media. F'din il- kumpanija daħlu €1 miljun minn 17 Black, xahar wara l-investiment tal-Enemalta fil-Montenegro. Id-Direttur ta' Dow's Media hija Wang Rui, sieħba fin-negozju mal- kunjata ta' Chen Cheng, li hija mniżżla bħala s-sid tal- kumpanija Macbridge. Wang qalet li kien Cheng stess li talabha tidher għall-kumpanija f 'ismu. Din il-kumpanija twaqqfet f 'Ottubru 2014, ġimgħat biss wara Macbridge. Iż-żewġ kumpaniji ġew xolti fl-istess ġimgħa f 'Jannar tal- 2019, xahrejn biss wara li sar magħruf li Yorgen Fenech kien is-sid tal-kumpanija 17 Black. Yorgen Fenech x'qal fuq Macbridge? Kien f 'Lulju tas-sena li għaddiet meta l-gazzetta MaltaToday żvelat kif meta ġie arrestat, f 'Novembru tal- 2019, Yorgen Fenech kien qal lill-Pulizija li l-kumpanija Macbridge kienet twaqqfet biex minnha jgħaddu flus li għandhom x'jaqsmu ma' proġetti ffinanzjati mill-Gvern. Fil-fatt, Fenech kien qal lill-Pulizija li hu lest jikxef dettalji dwar din il-kumpanija. Qal li kien jaf ta' min hi u għalxiex twaqqfet. Skont Fenech, Macbridge tfisser Malta China Bridge u fid-dar tiegħu kienu nstabu diversi business cards, uħud minnhom ta' Chen Cheng. U Konrad Mizzi kif jidħol? Konrad Mizzi kien Ministru għall-Enerġija. Kien responsabbli għall-Enemalta u l-proġett tal-famuż Windfarm fil-Montenegro li Chen Cheng bill subajgħ fihom. Kien ukoll Ministru meta Chen Cheng influwenza direttament il-Programm ta' Skema tal-Visa u Residenza (MRVP). Konrad Mizzi qed jibqa' jisħaq li ma għandu l-ebda informazzjoni dwar din il-kumpanija jew li b'xi mod jew ieħor kellu xi negozju magħha jew xi interess personali fi proġett pubbliku. Qal li jaf biss lil Chen Cheng bħala konsulent li kien qed jassisti lil Shanghai Electric Power. U Keith Schembri? Keith Schembri kien qed jinżamm arrestat il-ħabs fuq akkużi ta' ħasil ta' flus u korruzzjoni meta ħarġu l-aħħar dettalji fuq Macbridge. Sa issa, min-naħa tiegħu, kien hemm skiet perfett anke jekk l-Avukat tiegħu kien intalab għal kumment. Madanakollu, meta kien żvelat li Fenech huwa s-sid ta' 17 Black, kien irrikonoxxa li Macbridge ukoll kienet inkluża fi pjan tiegħu għal negozju. Kien saħaq li l-kumpaniji tiegħu jagħmlu għexieren ta' pjani simili iżda insista li jibqa' l-fatt li la 17 Black u lanqas Macbridge qatt ma saru klijenti tan-negozju tiegħu u ma kien hemm l-ebda tranżazzjonijiet li saru bejnhom. Ritratti: Minn fuq għal isfel: Chen Cheng Yorgen Fenech Konrad Mizzi Keith Schembri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 April 2021