Illum previous editions

ILLUM 11 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jiftaħ djalogu mat-traduttriċi u mal-lettura tat-traduttoloġija Prof. Clare Vassallo rigward il-kittieb u l-ħassieb Taljan Umberto Eco, l-edukazzjoni terzjarja f'Malta, is-sitwazzjoni tat-tagħlim u tas-swieq tat-traduzzjoni f'pajjiżna u t-traduzzjonijiet letterarji tagħha, fosthom dawk tax- xogħlijiet letterarji ta' Dun Karm Psaila u Trevor Zahra. tal-industrija tat-traduzzjoni f 'pajjiżna, kemm dik letterarja u kemm dik teknika. Bla d-dubju t-traduzzjoni ngħatat spinta f 'dal- aħħar snin, l-iżjed wara li Malta saret membru sħiħa tal-Unjoni Ewropea. Biss, ħafna tradutturi għadhom jgħidu li fadal ħafna xi jsir sabiex it-traduzzjoni tingħata r-rikonxximent mistħoqq bħall- professjonijiet oħrajn. Dan mhux biss jgħodd għad-dinja tal-letteratura, iżda wkoll għal dik teknika. Għad hemm nuqqas t'għarfien dwar il-prestiġju tal- istudji u l-prattiki traduttoloġiċi, b'mod partikulari fis-suq tal- kotba. Is-suq tat-traduzzjoni teknika, l-iżjed f 'pajjiżna, ma jippromettix wisq lanqas. X'nuqqasijiet tidentifika fis-swieq tat-traduzzjoni f 'Malta? Donnu fil-biċċa l-kbira nett l-istudenti jippreferu jikkonċentraw fuq it- traduzzjoni teknika iżjed milli fuq dik teoretika jew letterarja, aktarx minħabba l-perkaċċi li joffru l-impjiegi lingwistiċi tal-UE. Min- naħa tiegħek bħala għalliema f 'dan il-qasam x'aspettattivi tinnota fost l-istudenti tat-traduzzjoni? Jiena ngħallem lill-istudenti kollha fil-kors tat-traduzzjoni, kemm għax l-aspett teoretiku ġie fdat f 'idejja u kemm għax dawn il-krediti huma obbligatorji għalihom ilkoll. Nagħti żewġ korsijiet fit-teorija tat-traduzzjoni: Temi Storiċi u Rikurrenti u Teoriji Kontemporanji. Minbarra dawn it-tnejn ngħallem ukoll kors ieħor għall-grupp kollu rigward is-sens minn lenti pragmatika, semantika u semjotika. Barra minn hekk ngħallem fl-istream tat-traduzzjoni letterarja. Nista' ngħid illi fost dawn perċentwal żgħir biss jagħżlu l-letteratura. Fil-biċċa l-kbira l-istudenti għadhom jagħżlu t-traduzzjoni awdjoviżiva jew inkella teknika. Dan għax hemm iżjed opportunitajiet ta' xogħol f 'dawn l-oqsma milli fit-traduzzjoni letterarja. F'dar- rigward nixtieq ngħid illi l-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qegħdin ikunu strumentali ħafna fil-ħolqien ta' traduzzjonijiet letterarji ta' xogħlijiet Maltin. Madankollu, ħaġa li għadha nieqsa fil-ħwienet tal-kotba tagħna hija sezzjoni apparti għax- xogħlijiet Maltin maqluba f 'lingwi oħra. Dawn il-kotba bħalissa qegħdin bħal jinħbew bejn il- kotba bil-Malti – preċiżament fejn il-barranin u dawk li ma jafux jaqraw bil-Malti s-soltu ma jmorrux ifittxu. Kieku l-ħwienet joħolqu sezzjoni viżibbli apposta għalihom aktarx dawn il-kotba importanti jinbiegħu iktar, anke meta xi darba għad jerġgħu jibdew jiġu fostna iżjed turisti kurjużi dwar il-kittieba u l-ideat tagħna l-Maltin. Bħalissa qiegħda tittraduċi għall-Ingliż bosta poeżiji tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila. Jidhirli li lil Psaila ltqajt miegħu pjuttost tard fil-karriera tiegħek. U jekk inhu hekk, il-proġett tiegħek żgur serviek ta' ċerta sfida u żgur ukoll illi ħalla ċertu impatt fuq il-mod kif tiddjaloga u taħseb fi Psaila bħala poetika romantikun ewlieni tal-ilsien Malti. Kif kont tħares lejh qabel bdejt il-proġett? Kif qiegħda tarah issa? Anke jien illi ħadt mingħand talin bħal dawn, fost oħrajn Oliver Friggieri, kultant inħoss illi f 'ċerti aspetti tajjeb jew ħażin Psaila ma tantx xjaħ tajjeb tul iż-żminijiet. Nasal ngħid dan ukoll rigward il-ferm mibki Oliver Friggieri. Minn banda dawn ir-rimarki jorbtu wkoll mal-mistoqsija preċedenti rigward Umberto Eco. Kif tħossok taqleb għall-Ingliż – ma ninsewx illi t-traduzzjoni hija l-iżjed għamla intima ta' qari – il-personalità sħiħa ta' Psaila? Barra, għaliex taħseb illi vallapena taqleb poeta nazzjonali militanti – ikun min ikun, mhux bilfors Dun Karm tagħna – jinqaleb fi lsien ieħor? Naħseb li huwa ferm importanti li naqilbu x-xogħlijiet tagħna f 'lingwi oħra. Ix-xogħlijiet tal- kittieba, il-poeti u d-drammaturgi tagħna huma r-riflessjoni ta' dak illi aħna bħala nies – bħala nies uniċi, partikolari u interessanti. Aħna żgħar ħafna. Dak fatt. U l-kitbiet tagħna jistgħu jinqraw biss minn it eluf ta' nies. Xorta waħda l-kittieba Maltin jagħmlu tajjeb li jiktbu bil-Malti iżjed milli bl-Ingliż jew b'xi lingwa oħra biex isibu iktar qarrejja għax jenħtieġ li l-polz tal-poplu jgħaddi tul l-arterji ħajjin tal-lingwa. Jekk il-kittieba u t-tradutturi jaħdmu flimkien dan ix-xogħol jista' jiaħ bħal tieqa għal dawk li ma jistgħux jaqraw bil-lingwa tagħna. Dan jgħodd sew għall-kitbiet tal-imgħoddi u sew għal dawk tal-lum. F'dar-rigward Dun Karm Psaila jagħmel parti importanti u sinifikanti mill-istorja tal-kitba Maltija. Għaldaqstant dan huwa proġett fejjiedi u sfida meħtieġa. Bħalissa qiegħed jinqaleb f 'ħames lingwi. Ngħid għalija, veru li ma kontx midħla tal-poeżija tiegħu qabel ma dħalt għall-isfida interessanti li nittraduċi x-xogħol tiegħu. Madankollu llum iktar ma naqrah iktar nammirah. Tassew qiegħda nieħu gost ħafna naqleb dawn l-erbgħin poeżija tiegħu għall-Ingliż. Madankollu nixtieq inżid illi kieku ma kellix l-inkuraġġiment tal-Professur Oliver Friggieri ma naħsibx li kont nidħol għaliha. Id-dispjaċir tiegħi, ovvjament, issa huwa li ma nistax inkompli niddiskuti dawn it-traduzzjonijiet miegħu bħalma kont qiegħda nagħmel fil-bidu. Kmieni din is-sena għadek kif ippubblikajt il-ġabra ta' stejjer qosra għall-Ingliż Vespers ta' Trevor Zahra. Qabelxejn – din hija kurżità u mhux bilfors xi kritika lejn dan l-awtur Malti – għażilt proprju dan ix-xogħol ta' Zahra? Ma nemminx illi naf lil Zahra biżżejjed. Kont naqrah ħafna – ġieli anke wkoll lil missieru – meta kont fl-iskola primarja u fil-bidu ta' dik sekondarja. Min żmien għal żmien imbagħad xorta komplejt naqrah, iżda qatt b'xi interess tabilħaqq assidwu. Forsi għax bqajt nassoċjah ħafna mal-kotba għat-tfal, ma nafx. Li naf żgur huwa illi t-tentattivi erotiko-letterarji Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Ġenoveffa u Minn Taħt iż-Żipp it li xejn kienu laqtuni. Ma niskantax: abbli dawn id-diżappunti rrinforzaw fija dika l-perċezzjoni. Konxju li din il-valutazzjoni tiegħi tista' tkun żbaljata – X'taħseb illi huma l-aqwa merti letterarji ta' Zahra bħala kittieb? Id-deċiżjoni li naqleb l-istejjer ta' Trevor Zahra għall-Ingliż kienet parti minn pjan ikbar li kelli. Bħala prattika u stħarriġ fit-traduzzjoni letterarja – triq illi qbadt m'ilux – qtajtha li naħdem fuq kollezzjonijiet ta' novelli minflok fuq rumanzi sħaħ. Diġà qlibt għall-Ingliż tliet novelli ta' Pierre J. Mejlak minn Having Said Goodnight (Merlin Publishers, 2015), ġabra sħiħa ta' Joe Friggieri Straight to the Point and Other Stories (Kite Publishers, 2019) u novella ta' Walid Nabhan. Il-ktieb Vespri ta' Zahra fih sitta u tletin storja – sitta u tletin vuċi u sitwazzjoniet differenti. Dawn offrewli ħafna spazju fejn nimraħ u niskopri jekk filfatt kellix il-ħila nwettaq dan ix-xogħol. Zahra kien kuntent, u dak għeni ħafna. Il- ktieb Vespers għadu kif ħareġ din is-sena minn Merlin Publishers. Jista' jinxtara online mingħand Merlin jew mill-ħwienet tal-kotba lokali. Il-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 April 2021