Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408
03 illum • IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 aħbarijiet The Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence, within the Ministry for Justice, Equality and Governance, is seeking to recruit the following personnel: IT MANAGER Jobsplus Permit No. 114/2021 For further details and application guidelines contact: Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence, Continental Business Centre, Old Railway Track, St Venera Phone 22957190 E-mail: stopviolence@gov.mt Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9:00 a.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġo garaxx fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far. Mill-investigazzjonijiet prelimi- nari li saru rriżulta li Tuneżin ta' 32 sena residenti Wied il-Għajn, sofra ġrieħi wara li waqgħet fuqu injama li nkissret waqt li kien qed iħott xi affarijiet minn kontejner. Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa' gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Il-Moviment Graffitti ħabbar it-tmiem tal-azzjonijiet tiegħu f 'Ħad-Dingli, fejn ifakkar li rnexxielu jwaqqaf xogħol "illegali" li kien qed isir minn Infrastructure Malta (IM) fuq triq "skedata" għal tliet ġimgħat. Wara l-laqgħa li saret bejn il-Moviment Graffitti u l-awtoritajiet, intlaħaq qbil fuq ċerti punti li dwarhom kienet qed issir il- protesta, fosthom li ma jinqatgħux siġar tal-ħarrub, li l-għaqda tgħid illi kieku mhux għall-protesta diġà nqatgħu. "Iżda l-grupp se jkun qed isegwi mill-qrib dak li jkun qed jiġri f 'Ħad-Dingli." Kelliema għall-Moviment Graffitti qalu li "l-azzjonijiet tagħna f 'Ħad-Dingli altru milli spiċċaw. Ħa nkunu qed insegwu l-azzjonijiet ta' Infrastructure Malta mill- qrib, speċjalment minħabba li dawn it- tliet ġimgħat urewna sa fejn kapaċi jaslu Azzopardi u l-ħaddiema tiegħu. Se nibqgħu viġilanti, u l-IM tajjeb li tiem li jekk ma jżommux kelmthom, jerggħu jarawna hemm". "Aħna nibqgħu kompletament kontra din it-triq – u l-bini mingħajr raġuni ta' aktar toroq skedati – u aħna, bħal ħafna residenti Dinglin, nemmnu li dan huwa biss pretest, li eventwalment se jwassal għall-iżvilupp ta' iktar art ODZ." Ilbieraħ ġew inawgurati diversi proġetti ta' konservazzjoni u restawr fil-parroċċi ta' Ħad-Dingli u l-Imġarr permezz tal-ħidma li saret mill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta' Malta. Il-proġetti saru b'kofinanzjament ta' 80% minn fondi tal-Unjoni Ewropea, b'investiment totali ta' €217,000. Il-proġetti ġew inawgurati mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Is-Segretarju Parlamentari spjega kif b'fondi Ewropej qed jiġu preservati artefatti sagri varji li għandhom storja rikka ħafna. F'Ħad-Dingli ġew irrestawrati diversi opri tal-arti: 17-il pittura tal-Via Sagra, il-pedestall u n-niċċa tal-Madonna tar-Rużarju, u l-istatwa tas-seklu sittax ta' San Ġwann Battista, li hi maħsuba li nġiebet Malta mill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann. L-investiment f 'Ħad-Dingli ammonta għal €99,000. Fl-Imġarr sar it-tindif tal-pannella tal-mużajk mal-frontispizju (pediment) tal-knisja parrokkjali. Peress li l-pannella hija maqsuma f 'ħames biċċiet, dawn kellhom jinħattu kollha biex isir ir-restawr tal-mużajk. Kien hemm ukoll diversi biċċiet tal-mużajk neqsin li saru mill-ġdid. Din l-opra tal-arti, li turi l-Madonna mtella' s-sema, saret fl-1945 u hija l-uniku xogħol li sar matul it-Tieni Gwerra Dinjija u li nġieb Malta mill-Italja. L-investiment fl-Imġarr ammonta għal €118,000. Is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi saħaq li b'dawn il-fondi Ewropej qed inkomplu nsaħħu l-partimonju ekkleżjastiku u nagħmluh aktar sinjur biex jitgawda mhux biss mill-Maltin u l-Għawdxin iżda anke minn dawk kollha li jiġu Malta. Huwa ħabbar kif hemm numru ieħor ta' paroċċi li se jkunu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi biex verament dan il-proġett ikun wieħed ħolistiku li jħalli impatt pożittiv li jinħass minn kulħadd. Aktar tard din is-sena se joħorġu sejħiet għall-offerti għal proġetti ta' restawr u konservazzjoni fl-Arkivji fi ħdan il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana u fil-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta, u għal proġetti oħra fil-parroċċi tal-Qrendi, il-Ħamrun, iż-Żurrieq, Bormla, Ħaż-Żebbuġ, l-Imsida, Ħal Kirkop, Tas-Sliema (San Girgor), il-Belt Valletta, u l-Furjana. Ix-xogħlijiet ta' restawr f 'Ħad-Dingli u l-Imġarr huma s-seba' u t-tmien proġetti ta' restawr u konservazzjoni li tlestew s'issa minn total ta' 32 proġett. Fix-xhur li għaddew ġew inawgurati proġetti simili fil-Bidnija, il-Mosta, l-Imdina, Ħal Balzan, Raħal Ġdid, u Ħal Tarxien. Il-Moviment Graffitti jtemm il- protesti f'Ħad Dingli, imma jwissi li se jkun attent għal dak li qed iseħħ fil-lokalità Proġetti ta' restawr u konservazzjoni fl-Imġarr u Ħad Dingli b'investiment ta' €217,000 Ħaddiem ieħor iweġġa' fuq il- post tax-xogħol, f'Ħal Far