Illum previous editions

ILLUM 11 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 • illum GĦANDEK 'IL FUQ MINN 50 SENA? TIXTIEQ TIEĦU LVAĊĊIN KONTRA LCOVID19? VACCIN.GOV.MT JEW IBGĦAT INNUMRU TALKARTA TALIDENTITÀ TIEGĦEK B'SMS FUQ: 99180045 99180044 BIEX TITLAQAM MALTA BIEX TITLAQAM GĦAWDEX ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar sistema ġdida li permezz tagħha se jkunu qed jingħataw d-dożi tal-vaċċin. Issa hija l-persuna li trid tapplika sabiex tieħu l-vaċċin hi stess, bl-ewwel etajiet jkunu dawk ta' 'l fuq minn 50 sena biss għalissa. Persuna tista' tibbukkja l-appuntament għall-vaċċin permezz tal-SMS fuq in-numru 99180045 jekk tgħix Malta u 99180044 jekk tgħix Ghawdex. Dawk li se jirreġistraw online għandhom jagħmlu dan fuq is-sit http://vaccin.gov.mt/ fejn jingħataw ukoll l-għażla ta' f 'liema reġjun jixtiequ illi jiġu vvaċċinati fih. In-nies issa se jibdew jirċievu wkoll il-vaċċin minn madwar 100 tabib tal-familja li ffirmaw biex ikunu parteċipi fil-proċess ta' amministrazzjoni tal-vaċċin. Sa issa dawk eliġibbli kienu qed jirċievu ittra li tinfurmahom dwar l-appuntament tagħhom. Din is-sistema issa se tispiċċa. Issa l-ħaddiema tas-saħħa se jkunu qed jagħtu l-erba' tipi ta' vaċċin li huma approvati fl- Unjoni Ewropea, jiġifieri, Pfizer, Moderna, AstraZeneca and Johnson&Johnson . "20 miljun vaċċin huwa mium li savaw 6,000 ħajja fir-Renju Unit u l-istess f 'Malta - il-vaċċin qed tgħinha sabiex nevitaw għexieren ta' mwiet," qal Chris Fearne. Il-proċess ta' vaċċinazzjoni kompla miexi 'l quddiem f 'pajjiżna biex id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar illi 70% tal-popolazzjoni se tkun ħadet, imqar l-ewwel doża, sal-aħħar ta' Ġunju, filwaqt li l-popolazzjoni kollha tkun ħadet doża sa Awwissu. Sa issa ingħataw 240,000 doża tal-vaċċin, bil-pjan ta' vaċċinazzjoni jmur aħjar milli mistenni fost dawk li għandhom aktar minn 80 sena - b'95% jieħdu l-vaċċin. "Aħna għidna li rridu inlestu dawk li għandhom 'l fuq minn 70 sena sal-aħħar ta' April. Issa, sal-aħħar tax-xahar, ħa nkunu vvaċinajna wkoll lil dawk li għandhom aktar minn 60 sena. U sat-tielet ġimgħa ta' Mejju, dawk 'il fuq minn 50 sena wkoll se jkunu rċevew l-ewwel doża tal- vaċċin," sostna Fearne. Huwa qal illi minħabba illi f 'xi każijiet kien hemm tibdil fl-indirizzi dawk ta' aktar minn 60 sena li għadhom ma rċevewx appuntament għandhom jikkuntattjaw in-numru 145. Minkejja ilmenti minn diversi li ddum ħafna tistenna sakemm xi ħadd jirrispondi fuq din il-linja Fearne qal illi 95% tat-telefonati qed jiġu mwieġba. In-numri tal-każi tal-Covid-19 komplew neżlin f 'livelli aktar baxxi b'37 każ ġdid rreġistrati lbieraħ minn total ta' 2,243 swab test. Fl-istess ħin fiequ 49 persuna, biex it-total ta' każi attivi issa niżel għal 536. Intant f 'dak li jirrigwarda vaċċinazzjoni, sal-bieraħ kienu ingħataw total ta' 237,806 doża bit-total ta' persuni li ħadu it-tieni doża wkoll issa jitla' għal 67,491 - li mill-ġdid ifisser 2,200 tieni doża f '24 siegħa. Sfortunatament tilfet ħajjitha persuna oħra bil-Covid-19: Anzjana ta' 96 sena li issa hija l-402 vittma tal-virus. Issa tista' tapplika għall- vaċċin b'sms jew online 2,200 persuna jingħataw it-tieni doża f'24 siegħa ... l-attivi jinżlu għal 536 70% jieħdu mqar doża waħda sal-aħħar ta' Ġunju

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 April 2021