Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 l-għalliema u l-qassis ... x'jaħsbu dwar ir-rilaxx tal- Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Christian Micallef, preżentatur ta' programm sportiv li minnufih saħaq li s-saħħa għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox, madanakollu insista li tul il-pandemija, il- Prim Ministru Robert Abela "ħa deċiżjonijiet li komplew ħolqu aktar inċertezza u konfużjoni fl- imħuħ ta' kulħadd." "Illum jgħid mod, għada jgħid bil-kontra. Jiaħ l-iskejjel mill- ġdid, iżda l-Isport kollu f 'pajjiżna ma jistax jiġi ppratikat. Ir- raġunament wara d-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru huma kuntrastanti wisq biex jagħmlu sens. Jien li ġej mill-qasam sportiv, inweġġa' nara l-mod ta' kif dan il-Gvern qed jagħżel li jħares u jindirizza lill-isportivi tagħna, inkluż dawk professjonisti u li għalihom l-Isport hu l-għejxien ta' kuljum," insista Micallef. Saħaq li din il-pandemija uriet biċ-ċar li l-Gvern għandu l-isport isfel nett fil-prijoritajiet tiegħu. Kompla jgħid li hu jitkellem mal- assoċjazzjonijiet sportivi u kollha jgħidulu li l-konsultazzjoni tal-Gvern mal-isportivi hi it li xejn u li lanqas is-Segretarju Parlamentari responsabbli mis- settur, mhu jitkellem magħhom. "B'dan il-mod il-Gvern qed jibgħat messaġġ wieħed u dirett lill-isportivi kollha f 'Malta: Intom mhux importanti għalina. Il-kontribut u l-kapaċità tagħkom hi f 'livell ta' dilettant," saħaq Micallef. Temm jisħaq li ħadd m'għandu jiskanta jekk f 'Malta ma teżistix kultura sportiva għax, fi kliemu, il-Gvern mhux jgħin. 'Huwa ċar li l-Gvern għandu l-isport isfel nett fil-prijoritajiet tiegħu' – Christian Micallef, preżentatur ta' programm sportiv 'Nittamaw li ma nkunux aħna li nħallu l-bruda jew il-biża' żejjed iderruna ngħaddu mingħajr il-quddiesa,' – Dun Mark Andre Camilleri, Kappillan Nhar il-Erbgħa tħabbar ukoll li mill-Ħadd 18 ta' April, il-knejjes se jerġgħu jinfetħu wkoll għall-quddies. Dwar dan il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kappillan ta' Raħal Ġdid, il-Kanonku Mark Andre Camilleri. Fakkar kif bħal dan iż- żmien sena, il-Papa, malli ġew irrilaxxati l-miżuri fl-italja, waqqaf it-trażmissjoni tal- Quddiesa ta' kuljum, għax fi kliemu ried jagħti sinjal ċar li l-Quddiesa hija xi ħaġa li trid tiġi ċċelebrata fil-komunità li tinġabar flimkien u mhijiex xi ħaġa li wieħed jassisti għaliha jew sempliċiment isegwu mill- bogħod. Insista li f 'dawn il-ġimgħat, kienu ħafna l-Insara, inkluż anke żgħażagħ u tfal, li ħassew bil-kbir in-nuqqas taċ- ċelebrazzjonijiet, b'mod speċjali tat-Tridu Mqaddes tal-Għid. "Imma issa huwa l-mument li nħarsu 'l quddiem. Nittamaw li ma nkunux aħna li nħallu l-bruda jew il-biża' żejjed iderruna ngħaddu mingħajr il-quddiesa," insista l-Kappillan. Saħaq li mhuwiex lussu li l-Insara jiltaqgħu flimkien għall-quddiesa, iżda xi ħaġa essenzjali. "Filwaqt li nagħrfu kemm hu meħtieġ li nibżgħu għal xulxin - u dan inwettquh fil-prattika - n a g ħ r f u wkoll li ma nistgħux ngħixu mingħajr l-Ewkaristija," temm jgħid il- Kappillan. 'Għal darb'oħra bqajna bla indikazzjoni...' – Matthew De Giorgio, sid ta' stabbiliment tad-divertiment Matthew De Giorgio, sid tal- istabbiliment Gianpula, magħruf għall-parties fix-xhur tas-sajf, saħaq mal-gazzetta ILLUM li għal darba'oħra, hu u operaturi bħalu tħallew bla ebda indikazzjoni dwar meta se jkun hemm ċans li jerġgħu jibdew joperaw. "Lanqas biss semma l-kelma nightclubs. Aħna ilna magħluqa minn Awwissu u għadna lanqas nafu meta se niħu," insista De Giorgio. Kien hawn li fakkar li għal kuntrarju ta' dak li qed jingħad, in-nightclubs mhumiex meqjusa bħala attività tal-massa, anke għax faċli tikkontrolla kemm jidħlu nies fi stabbiliment. "Attività tal-massa huwa xi festival bħall-isle of MTV." Appella biex meta l-awtoritajiet jitkellmu dwar attivitajiet tal- massa, iżommu f 'moħħhom li n-nightclubs u anke l-bar huma differenti u ma jitfgħuhomx fl- istess keffa. Fl-aħħar xhur il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' operaturi differenti li lmentaw kif minkejja li n-nightclubs ilhom żmien twil magħluqa, qatt ma ngħataw għajnuna diretta, l-istess kif ħadu r-ristoranti, każini u l-bars li ntalbu jagħlqu.