Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408
08 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 • illum Niżvelaw il-linji tal-ajru li se jkunu qed joperaw minn Malta fis-sajf; Malta tirkupra 70% tal- konnettività li kellha fl-2019 Jekk is-sitwazzjoni tibqa' taħt kontroll, Malta qed tippjana li terġa' tagħti spinta lit-turiżmu mill-1 ta' Ġunju li ġej YENDRICK CIOFFI Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela l-lista tal-linji tal-ajru li se jkunu qed joperaw minn u lejn Malta matul ix-xhur tas-sajf, hekk kif il-mira tal-pajjiż hija li mill-1 ta' Ġunju li ġej jerġa' jagħti spinta lit-turiżmu. Total ta' 18-il linja tal-ajru se jkunu qed jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta matul ix- xhur importanti tas-sajf. Minn dawn il-linji tal-ajru, Fly Dubaj, LOT u l-Air France se jkunu qed joperaw minn Malta għall- ewwel darba. Għalkemm l-għadd tal-linji tal-ajru ma jidhirx kbir, id- destinazzjonijiet li se jkunu qed joffru, ifisser li Malta se tkun irkuprat 70% tal-konnettività li kellha fl-2019, is-sena li fiha waslu f 'Malta ammont rekord ta' 2.7 miljun turisti. F'policy note, il-Bank Ċentrali ta' Malta kien spjega kif fl-2019 Malta kellha 125 konnessjoni iżda bil-pandemija kienu ntilfu aktar minn 50 konnessjoni bl-ajru. Kien wissa li jekk Malta trid tibbenefika mill-irkupru eventwali ta' wara l-Covid-19, ikun kruċjali għal Malta li tirkupra numru sostanzjali minn dawn il-konnessjonijiet diretti. Il-linji tal-ajru li se jkunu qed joperaw minn u lejn Malta huma: • Air Malta: Il-linja nazzjonali tal-ajru. Bħalissa qed topera lejn dawn id-destinazzjonijiet: Amsterdam, Brussell, Katanja, Frankfurt, Londra, Lyon, Milan, Pariġi, Ruma u Zurich. • Ryanair: Kumpanija tal-ajru low-cost li żgur ma għandha bżonn l-ebda introduzzjoni mal-Maltin. Topera diversi titjiriet minn u lejn Malta u saħansitra waqqfet il- kumpanija sussidjarja Malta Air. • Flydubai: Din se tkun qed tibda titjiriet lejn Malta erba' darbiet fil-ġimgħa mit-12 ta' Mejju li ġej, b'titjira li tinkludi wkoll Katanja fi Sqallija. It-titjiriet lejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u l-ajruport ta' Katanja, se jibdew fit-12 ta' Mejju, erba' darbiet fil- ġimgħa. Il-kumpanija Fly Dubai hija sussidjarja tal-Emirates li fis- sajf tas-sena li għaddiet waqqfet it- titjiriet tagħha lejn Malta. Emirates kienet topera titjira kuljum minn Dubaj lejn Malta, b'waqfa f 'Ċipru. • Swiss International Air Lines: Hija l-akbar linja tal-ajru fl- Iżvizzera. Tipprovdi titjiriet diretti minn Zurick u Geneva u żżomm il-pajjiż magħqud mal-bqija tal- Ewropa u d-dinja. Hija parti minn Luhansa Group. • Aegean Airlines: Hija l-akbar linja tal-ajru Griega li twaqqfet fl-1999. Toffri aċċessibbilità għal diversi żoni turistiċi importanti fil- Greċja u anke għall-gżejjer Griegi, inkluż dawk l-aktar remoti. Fis- sena 2019 ġarret aktar minn 14-il miljun passiġġier. • British Airways: Hija l-linja tal- ajru tar-Renju Unit, bil-kwartieri tagħha bbażati f 'Londra u l-hub primarju tagħha f 'Heathrow. Hija t-tieni l-akbar linja tal-ajru fir- Renju Unit wara l-easyJet. Twaqqfet fl-1974. • easyJet: Hija linja tal-ajru low- cost ukoll popolari mal-Maltin. Hija s-seba' l-akbar linja tal-ajru fid-dinja. Għandha 342 ajruplan. Fl-2019 qdiet 48 miljun passiġġier, minn 35 pajjiż u 154 ajruport. • Vueling Airlines: Hija linja tal-ajru low-cost Spanjola bil-bażi ewlenija tagħha tkun fl-Ajruport El Prat ta' Barċellona. Għandha wkoll bażi fl-ajruport ta' Fiumicino f 'Ruma. Hija l-akbar linja tal-ajru Spanjola, kemm fejn tidħol il-flotta u anke għad-destinazzjonijiet li toffri. • Iberia Express: Hija linja tal- ajru low-cost Spanjola bil-kwartieri tagħha jinsabu f 'Madrid. B'kollox għandha flotta ta' 23 ajruplan u topera lejn 40 destinazzjoni. Twaqqfet fl-2012. • Jet2: Hija linja tal-ajru low-cost Ingliża. Ittir minn għaxar ajruporti fir-Renju Unit lejn 60 destinazzjoni fl-Ewropa u lilhinn. Twaqqfet fl- 2003 u llum hija t-tielet l-akbar linja tal-ajru fir-Renju Unit. • Luhansa: Hija l-akbar linja tal-ajru Ġermaniża, li meta wieħed jgħaqqad magħha l-kumpaniji sussidjarji, hija t-tieni l-akbar linja tal-ajru fl-Ewropa f 'termini ta' passiġġieri li ġġorr. • LOT Polish Airlines: Twaqqfet fid-29 ta' Diċembru 1928 u hija waħda mill-aktar linji tal-ajru antiki u li għadha topera. Fl-2019, din il- linja tal-ajru ġarret aktar minn 10 miljun passiġġier. Preżentament ittir minn u lejn 100 ajruport u topera medja ta' 350 titjira kuljum. • Wizz Air: Hija linja tal-ajru low-cost Ungeriża li twaqqfet fl-2003 u ttir lejn diversi bliet fl- Ewropa u anke destinazzjonijiet oħra fl-Afrika ta' Fuq u l-Lvant Nofsani. Fil-fatt bħalissa ssir lejn 44 pajjiż jew 164 ajruport. • SkyUp Airlines: Hija linja tal- ajru low-cost Ukrena li bdiet topera fl-2018. • Air France: Twaqqfet fl-1933. Fl-2019 ġarret aktar minn 100 miljun passiġġier u għandha 302 ajruplani. Sal-2019, il-linja tal-ajru kienet ittir lejn 308 destinazzjon u 116-il pajjiż. • Turkish Airlines: Il-linja tal- ajru ewlenija tat-Turkija. Sal-2019 kienet ittir lejn 315-il destinazzjoni u 126 pajjiż. Dan jagħmilha waħda mill-akbar linji tal-ajru fid-dinja. Fl-Ewropa biss ittir lejn 43 pajjiż, 116-il Belt u 118-il ajruport. • Volotea: Din hija linja tal-ajru low-cost Spanjola li twaqqfet fl- 2011. Il-linja tal-ajru topera 354 rotta, lejn 96 belt fi 15-il pajjiż. Il- linja tal-ajru qed tippjana li topera bejn 35 u 39 ajruplan fis-sajf ta' din is-sena. Fl-2019 kienet qed topera 36 ajruplan. Czech Airlines: Din il-linja tal-ajru hija ewlenija fiċ-Ċekja. Għalkemm bħalissa għaddejja minn problemi finanzjarji kbar li ggravaw minħabba l-pandemija, il-linja tal-ajru bħalissa qed isservi 22 destinazzjoni. Din il-linja tal- ajru hija l-ħames l-aktar antika fid- dinja. X'qed jingħad fuq it-turiżmu? Għalkemm bħalissa kontra kull perċezzjoni l-ajruport huwa miuħ u għalhekk turisti xorta waħda jistgħu jiġu, il-pajjiż qed iħares lejn l-1 ta' Ġunju li ġej bħala l-ġurnata li fiha jerġa' jinfetaħ kompletament għat-turiżmu biex dan is-settur tant importanti għat- turiżmu f 'Malta jerġa' jingħata spinta 'l quddiem. Il-Gvern ħabbar ukoll li għandu €20 miljun lesti biex ikunu investiti biex aktar turisti jitħajru jżuru Malta fis-sajf u x-xhur ta' wara. Fuq livell Ewropew, bħalissa għaddejin diskussjonijiet fuq dak li qed jissejjaħ bħala Digital Green Certificate, tip ta' ċertifikatazzjoni tal-vaċċin, li mistenni jippermetti ċ-ċaqliq tan-nies minn pajjiż għall- ieħor. Skont il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea, il-passaport se jkun qed juri wkoll kwalunkwe test negattiv li persuna tkun għamlet u anke jgħid jekk persuna kinitx pożittiva għall-Covid-19 u fieqet. Intant, meta aktar kmieni din il-ġimgħa kien qed ikun intervistat fuq BBC Radio, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, qal li fis- sajf li ġej, Malta se tkun l-aktar pajjiż sigur għas-safar fl-Ewropa u possibbilment fid-dinja, minħabba r-rata tat-tilqim. Insista li s-sigurtà u s-saħħa se jibqgħu jingħataw il-prijorità kemm għall-vjaġġatur li jżur Malta u anke għall-Maltin.