Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408
09 illum • IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 aħbarijiet 'Din omm u nanna, mhux numru! - Mara mweġġa' titkellem dwar is-sitwazzjoni fl-Isptar Monte Karmeli Qalb imweġġa' titkellem dwar is-sitwazzjoni fl-Isptar Monte Karmeli u tistaqsi għaliex l-Isptar ma żammewhiex infurmata dwar ommha. Charlotte Zammit titkellem mal-ILLUM ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Charlotte Zammit, mara li għandha lil ommha fl-Isptar Monte Karmeli, għal dawn l-aħħar 20 sena, fetħet qalbha mal-gazzetta ILLUM u esprimiet rabja wkoll għall-mod kif hi tgħid illi l-pazjenti qed jiġu trattati ta' numru, mhux ta' persuni. "Hija ommi u nanna, mhux numru! Il-pazjenti għandhom jiġu trattati b'diċenza u lilna xi ħadd irid jinfurmana x'inhu jiġri," qalet Zammit. Hi spjegat kif il-ġimgħa l-oħra meta ċemplet lil ommha, din tibki spjegatilha kif bidlulha l-Ward, ħadulha l-ħwejjeġ u saħansitra r-radju li kienet tuża biex tisma' it mużika, għaliex dan ma kienx permess fil-Ward fejn intbagħtet. "Mil-lum għal għada, hekk. Il- pazjenti sparpaljaw, l-infermiera sparpaljaw u fejn qegħda ma jistax ikollha ħwejjeġ tagħha, meta jiena nieħu ħsieb li jkollha l-ħwejjeġ tagħha għax nixtrilha, kif xtrajtilha lożor u anke gwardarobbi - ħalli jkollha qisu kamra għaliha." Hi tgħid illi l-Ward (3A) fejn kienet qabel ommha, ġiet irranġata mill-Fondazzjoni Marigold it ilu. "Bl-intervent ta' Michelle Muscat il-post kien ġie ġenna tal-art għalihom ... imma qaluli li qed iċaqalqu lin-nies minħabba s-soqfa. Issa din waħda mill- aqwa wards kienet." Zammit sostniet mal-gazzetta ILLUM illi hi mhux qed tippretendi li ma jsirux tibdiliet u ma jsirx titjib infrastrutturali fl- Isptar - li għandu numru ta' soqfa kkundannati - imma tippretendi li tiġi infurmata u li jkun hemm protokolli li jitrattaw lin-nies, ta' nies. "Infermieri jibku, ħadd ma jgħidli xejn - ma nafx f 'liema Ward bagħtuha u issa reġgħet qaltli li se jerġgħu jkollhom iċaqalquha, għal xi ward oħra mid-dehra. Lanqas ir-radju ma jridu jagħtuha - kuljum imdejqa u kuljum tibki, tilbes ħwejjeġ ta' ħaddieħor għax ma hemmx washing machine fil-ward il- ġdida. Allura dan sew?" staqsiet Zammit imbikkma. Hi sostniet li tippretendi li tiġi infurmata dejjem b'dak li kien għaddej - speċjalment quddiem il-fatt li hi issa taf sew is-sitwazzjoni f 'Monte Karmeli u min jaħdem hemm jaf lilha. "Taf minn xhiex għaddejna aħna ta! Għamlulha mal-25 swab test, kważi kull ġimgħa tispiċċa kwarantina - darba ħallewha fil-Ward tal-iżolament, bla ħwejjeġ xi tbiddel ... tajtha lura ħajjitha permezz tal-mużika. U għax kienet donnha qagħdet u drat, trid terġa' tibda mill- ġdid," sostniet. Zammit ilmentat ukoll dwar il-fatt li pazjenti bħal ommha, lanqas tikkomunika mal-infermiera ma' tista' għax ħafna minnhom huma barranin. "Qabel kien hemm infermiera li kont inkellem u kienet tgħaddilha xi ħaġa tal-flus u hekk. Issa xejn! Għajjejt," tgħid mal-ILLUM b'leħen ta' eżasperazzjoni. Hi għamlet referenza għal stejjer dwar pazjenta barranija li marret fuq il-portals lokali biex tirrapporta f 'liema stat tħalliet f 'dan l-isptar u staqsiet għaliex kellha tkun barranija li titkellem u tikxef ir-realtà biex jibdew jinbidlu l-affarijiet. Hi kienet qed tirreferi għal kummenti tal-pazjenta Belle De Jong li sejħet il-post "infern" mmexxi b'sistema ta' kastigi. Staqsiet għaliex ingħalqet il- Ward Psikjatrika tal-Isptar Mater Dei, biex tagħmel spazju għal pazjenti tal-Covid-19, propju meta l-aktar li qed jiżdiedu l-problemi ta' saħħa mentali. "Jiġifieri xi ħadd li jipprova jagħmel suwiċidju bħalissa jintbagħat l-Isptar Monte Karmeli u meta tidħol fis-sistema tal-Isptar vera ssibha diffiċli li toħroġ minnha." Lura f 'Ottubru tas-sena l-oħra l-professjonisti f 'dan il-qasam kien qalu illi l-għeluq ta' din il-Ward f 'Mater Dei kienet "għarukaża kbira" u qed tħalli lil bosta li ma jridux imorru l-Isptar Monte Karmeli f 'limbu. 'Swali jgħalqu u ma jinfetħux u ħaddiema sparpaljati u demotivati' Mal-gazzetta ILLUM il-President tal-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel Paul Pace kkonferma s-sitwazzjoni mwiegħra ta' dan l-isptar għalkemm ċaħad li l-ħaddiema jżommu milli jagħtu l-ħwejjeġ lill-pazjenti. "Il-problema f 'dan l-isptar huwa li jingħalqu s-swali u ma jiħux oħrajn minflokhom. Għalqu tmienja wards li ma reġgħux infetħu u l-Gvern qal li se jiaħ tnejn ġodda f 'Awwissu tas-sena l-oħra. Issa qed jgħidulna l-awtoritajiet li se jiħuhom f 'Awwissu, mhux li ġej imma Awwissu tas-sena d-dieħla," saħaq Pace. Mistoqsi x'tip ta' xogħol qed nitkellmu dwaru hawn Pace qal li huwa prattikament kollox; minn soqfa, sa saħansitra sistema antika tal-ilma u anke sistemi kkundannati. Huwa qal li fil-każ ta' San Vinċenz De Paul meta jkun hemm xogħol ta' tisbiħ u refurbishment, f 'sena jkun lest. Huwa kkonferma s-sitwazzjoni ta' pazjenti u ħaddiema li kontinwament qed jiġu mċaqalqa minn post għall-ieħor fl-Isptar. "Ħaddiema sparpaljati, qalbhom maqtugħa u ddemotivati." Mistoqsi jekk l-MUMN hix infurmata dwar xi żviluppi fir-rigward ta' Sptar ġdid għas-Saħħa Mentali viċin Mater Dei - li kienet ukoll wegħda elettorali fl-aħħar elezzjoni - Pace qal illi sa issa lanqas l-ewwel ġebla għadha ma tpoġġiet, "aħseb u ara." L-Isptar Monte Karmeli Paul Pace - MUMN