Illum previous editions

ILLUM 11 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 rakkonti IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 • illum Sharon Calleja K ienu għaddew xi ġimgħat. Qatt ma kien reġa' semmieli. La lin-nanniet u lanqas lil dik l-imbierka bużżieqa ħamra li kienet għamlet ġranet sħaħ fuq moħħi. Ma stajtx nifhem eżatt x'kien ried jgħid biha. U issa kont kważi nsejtha. Insejt dak l-episodju sabiħ tad-disgħa u disgħin bużżieqa ħamra jtiru fis-sema. 'Il bogħod. 'Il bogħod. Konna wisq imħabbtin. Kien ġej is-sajf! U din is-sena kien beħsiebhom jagħmlulna festin kbir fil-grawnd tal-iskola! Kelli seba' mitt sena sakemm jasal! "Int ser tiġi għalija dakinhar tal-festin?" ħarist lejh dakinhar hekk kif wassalni eżatt quddiem il- bieb ta' dari. Għaddiet żiffa ħelwa minn ma' wiċċi u ressqitli l-bżie- beż ħamranin lura minn quddiem moħħi. Ma weġibnix. "Nich?" staqsejtu hekk kif kien diġa' dar bil-kontra ħalli jkompli sejjer lejn triqtu. "Xi trid?" staqsieni b'ton stramb. "Dakinhar tal-festin, ġej għalija hux ħalli mmorru flimkien? Om- mi lestietli libsa sabiħa." Ma kontx ċerta ċaqlaqx rasu. Iżda xorta ma weġibnix. Għalkemm kelli aptit immur inxenglu minn spallejh it-tnejn u noħroġlu l-kelma iva minn fuq fommu, ħassejt id-dmugħ jakku- mula f'għajnejja. "Għalfejn qed iġġib ruħek b'mod hekk?" "Hekk kif?" Inħasad. Kien induna. Induna li leħni kien miksur. "Ma tridx tagħtini kelma! Jien ve- ra nixtieq li mmorru dak il-festin ta' għeluq is-sena flimkien!" "Tiffany. Kull filgħodu mmorru flimkien." Dar iħares lejja u tbissem. Għajnejh. Għajnejh ukoll kienu qegħdin jgħumu fid-dmugħ. Kont indunajt. Iva, indunajt jien ukoll. "Mela żgur ser tiġi għalija." Imbagħad resaq lejja. Rajt xuffte- jh jiċċaqalqu. Ressaq wiċċu qrib tiegħi. Kien tant viċin li stajt inxomm is-sapun ifuħ li kien jaħsel xagħru bih. U stajt nisimgħu jieħu n-nifs fil- fond. Qrib ta' wiċċi. Xufftejh bdew jirtogħdu. Smajtu leħnu. Iva, dak il-ħin eżatt smajt leħnu bilmod jgħidli xi ħaġa li ma stajtx nifhem. Passi. Iż-żarbun jaħbat mal-asfalt tat- triq. Weraq nexfin jittajru minn mal- art. Għajnejja kienu miftuħin beraħ. Kien ħasadni. Kien telaq 'il bogħod lejn daru b'mod tassew stramb! Nicholas. Għalfejn kien ġab ruħu b'dak il- mod? U bilmod qbadt il-pum ta' dari. Bilmod dħalt 'il ġewwa. Bilmod mort ħdejn ommi hekk kif ir-riħa tfuħ ta' stuffat tal-qarnit imlietli mnifsejja. U bilkemm kelli aptit niekol. Nicholas kien qed jaħbili xi ħaġa! Tgħid x'kien qed jiġrilu? Qabel kollox kien jgħidli! Qabel kullimkien kien ikun irid jiġi miegħi! Kemm kien għamilli dwejjaq! U l-għada kont qomt kmieni qa- bel is-soltu. Ħsilt snieni qabel ukoll. U nżilt it-taraġ minn kamarti malajr bilkemm niflaħ nistenna dak il-mument li kellu jiġi għalija Nicholas. U ħriġt nistennieh barra. Kien għadu kemm sebaħ. Il-ħoss ta' għasafar kien jim- la t-toroq kollha. Is-siġar kbar u sbieħ kienu qegħdin iżejnu kull ma kien hemm. U hekk malli rajt is-silwett famil- jari ta' tifel li kien, ġej minn naħa ta' minn fejn dejjem kien jiġi, tbis- simt waħda kbira! Nicholas! U bla ma ħsibtha, bil-basket tal-iskola mdendel ma' djuli, erħe- jtilha b'ġirja waħda lejh. Ġismi ħabat ma' tiegħu hekk kif dawwart idejja miegħu u għann- aqtu! Nicholas! "Tiff.....?" staqsieni, sorpriż. "Xi ġralek?" "Xejn. Inkwetajt għalik." "M'għandekx għalfejn." "Naf li għandi. Għandek xi tgħid- li?" "Le m'għandix, Tiff. Tlaqna lejn l-iskola għax naslu tard." Ippruvajt inħares f'għajnejh im- ma donnu kien qed jevita li jħares lejja. "X'qed taħbili? Ilbieraħ għalfe- jn ma weġibtnix xħin staqse- jtek.........." "Tiff ieqaf!" Inħsadt. Kien għolla leħnu miegħi. Kien għajjat. Kont smajt leħnu jidwi mal-in- ħawi, f'widnejja. U kien kisirni. Qbadt għaqqadt idejja żewġ ponnijiet, għajjibtu u tlaqt niġri lejn l-iskola waħdi. Ma ridtx inkellmu! Ma flaħtx inkellmu iżjed! Kien qed jinbidel! Kien qed isir stramb! Dħalt fil-klassi mingħajr ma kel- limt lil ħadd. Kelli ħafna nervi. Mhux sew! Mhux sew! U għaddejt ġurnata sħiħa ma nħares lejn ħadd. Ma nifhem xejn. "Tiffany........" Smajt leħen ta' tifel wara dahri hekk kif kien sar il-ħin biex im- morru lura lejn id-dar. "Nich......?" bdejt ngħid. Iżda le, mhux hu kien. Nicholas ma kienx għadu hemm. Kien telaq! Din qatt ma kienet! Kien ħallieni waħdi! U ġrejtha f'nifs wieħed lejn id- dar, bid-dmugħ iġelben minn ġo għajnejja. U hekk malli ksirt il-kantuniera, rajtu. Nicholas. Kien qiegħed quddiem dari. Donnu jistenna. Kien qed jistennieni! "Nicholas?" għedtlu hekk malli wasalt qribu. "X'int tagħmel hawn?" "Skużani, Tiff. Ma għedtlekx kol- lox. Għandek raġun tkun irrabja- ta," qalli b'leħen ħelu. "Naf. Indunajt. Nafek iżjed milli taħseb." "Jien mhux ser inkun hawn dak- inhar tal-festin." Ħassejt żaqqi taqbad tuġagħni. Mingħajr ma ndunajt qbadt inġebbed f'xagħri u ndawwar in-nokkli b'id waħda. "Fejn ser tkun Nicholas?" "Ma nistax ngħidlek." "Iva trid tgħidli. Bilfors trid tgħidli. Għax jekk ma tgħidlix, ngħid lill-ommok u lil missierek li toqgħod tilgħab b'bużżieqa ħamra fil-kantina!" "Xxxxxxxx! Aqtagħha!" qalli jheżżeż snienu. "Owkej ngħidlek!" "In-nanniet ser jeħduni magħhom." Ħassejt saqajja jogħtru. Ħassejt l-art tiċċaqlaq u ddur bi- ja. "Fejn?" "X'imkien sabiħ, qaluli. Ser jeħ- duni fil-post fejn hemm ħafna bżieżaq ħomor." Tbissem. Deher kuntent. "Le, Nich! Le. Tmurx! Ma tistax tmur!" għedtlu. "Imma issa tajthom kelmti." "Isma' minni..............." "Tgħid lil ħadd." "Nich!" bdejt ngħajjat miegħu. Iżda Nicholas baxxa rasu lejn l-art u telaq jiġri lura lejn daru. "Ħallini waħdi!" smajtu jgħajjat hekk kif kien qed jitbiegħed. U dakinhar kont għamilt il-ħsieb. Għamilt il-ħsieb li nidħol f'daru u ninżel jien ukoll inkellimhom. Ngħidilhom. Ngħidilhom iħallu lil Nicholas magħna. U għamilt ġimgħa oħra ma nsemmilu xejn. Għalkemm kelli lsieni jiekolni sabiex nibda ngħidlu fuq dak is- suġġett, żammejt kollox mistur f'qalbi u ma għedtlu xejn. "Ma nafx nagħmlu dak il-kom- poniment," għedtlu il-ġimgħa ta' wara hekk kif konna sejrin lura lejn id-dar bil-pass. "Jekk trid ngħinek," weġibni. Hu kien iktar bravu minni. Kulħadd kien jaf. "Nista' niġi għandek għada?" staqsejtu b'għajnejja miftuħin be- raħ, ileqqu u jixtiequ li jisimgħu l-kelma iva. Fil-bidu ma weġibnix. "Owkej," qalli. U tbissimtlu mill-qalb! Issa ngħidilhom! Issa ngħidil- hom jien fejn jeħduh lil Nicho- las! Bużżieqa ħamra (it-tieni parti minn erbgħa)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 April 2021