Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363126

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 • illum Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn n-numru ta' persuni b'diżabilità fid- dinja tax-xogħol u l-infurzar tal-liġi tal- 1969 li timponi kwota ta' 2% ta' impjegati b'diżabilità MARIANNA CALLEJA Sal-aħħar ta' Frar li għadda 4,020 persuna b'diżabilità kienu impjegati f 'Malta u Għawdex. 2.4% tal-impjegati fis-settur pubbliku huma persuni b'diżabilità filwaqt li persuni b'diżabilità fis-settur privat jammontaw għal 1.5%. Intant 252 persuna b'diżabilitá għadhom qegħdin iffitxu impjieg fuq bażi full-time. Dan żvelatu Jobsplus fi tweġibiet lill-gazzetta ILLUM. Fuq it-televiżjoni dan l-aħħar qed naraw riklam tal- Fondazzjoni Lino Spiteri (FLS) b'kollaborazzjoni ma' The Body Shop. Din il-gazzetta tkellmet ma' FLS u Jobsplus fuq il-ħtieġa ta' dan ir-riklam u x'impatt qed iħalli. Ir-riklam hu parti minn kampanja ta' għarfien bl-isem ta' VASTE u juri lil Gayle Borg, persuna b'diżabilità waqt il- ħin tax-xogħol f 'ħanut tal- kożmetiċi. VASTE Programme Awareness Campaign F'kummenti ma' din il- gazzetta, Tania Azzopardi mill- FLS spjegat li din il-kampanja qed tiġi ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea parti mill- 'European Structural and Investment Funds 2014-2020.' L-għan hu li mhux biss iħeġġu persuni b'diżabilità jidħlu fid-dinja tax-xogħol iżda wkoll juru lill-entitajiet privati li l-impjieg ta' persuni b'diżabilità hu possibli. Matul is-sena li għaddiet madwar 350 kumpanija f 'Malta u Għawdex ħadmu mal-FLS. Fil-fatt Azzopardi ddeskriviet dan ir-riklam bħala "wieħed mill-ftit stejjer ta' suċċess." Kompliet tgħid li diversi kumpaniji jaħdmu magħhom biex ifittxu rwoli li jaqblu kemm mal-ħtiġijiet tagħhom kif ukoll mal-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tal- persuna. L-istigma madwar l-inklussività ta' persuni b'diżabilità Skont is-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) persuna waħda, ta' 15-il sena jew aktar, minn kull sitta fl-UE tgħix b'xi tip ta' diżabilità. L-UE sostniet diversi drabi li dan jaffettwa konsiderevolment il- kapaċità ta' integrazzjoni soċjali u t-tkabbir ekonomiku tal-UE. Huwa għalhekk importanti li persuni b'diżabilità jintegraw fid-dinja tax-xogħol. FLS tinnota mal-ILLUM li kien hemm titjib sinifikanti f 'dan il-qasam matul is-snin li għaddew. "Madankollu dan ma jfissirx li ċerti ideat jew stigma dwar id-diżabilità u l-impjieg ġew eliminati kompletament." Tania Azzopardi stqarret kif sfortunatament l-istigma għadha fattur li jillimita persuni b'diżabilità meta joħorġu jaħdmu. Din hija r-raġuni għaliex il-fondazzjoni tirsisti biex tipprovdi taħriġ u appoġġ adegwat kull meta dan ikun meħtieġ. 'Leġiżlazzjoni u l-bidla soċjali spiss jimxu id f 'id' L-implimentazzjoni tal- kwota tal-impjieg ta' 2% wasslet biex numru ogħla ta' persuni b'diżabilità jiġu impjegati f 'dawn l-aħħar snin. Dan ifisser li numru ferm ogħla ta' nies fis-soċjetà issa għandhom kollega jew huma familjari ma' persuna b'diżabilità. Azzopardi qalet li huma qed jittamaw li dan kollu se jiffaċilità l-inklużjoni għax iwassal għar- realizzazzjoni li d-diżabilità ta' persuna mhix l-identità kollha tagħha. Madankollu temmet tgħid li "rridu nibqgħu nħeġġu kumpaniji privati biex jimpjegaw persuni b'diżabilità, kif ukoll niżguraw li persuni b'diżabilità huma konxji mill- appoġġ disponibbli." (ara ukoll paġna 15) X'tgħid il-leġiżlazzjoni? Fl-aħħar tas-60ijiet, kienet għaddiet liġi li tgħid li kumpaniji li jimpjegaw aktar minn 20 persuna għandhom jkollhom mill-inqas 2% tal-impjegati tagħhom li jkunu persuni b'diżabilità. Iżda din il- liġi ma kinetx infurzata għal diversi snin bejn minħabba l-istigma marbuta ma' persuni b'diżabbiltà u bejn għax il-mod kif hi fformulata taf toħloq xi konfużjoni. Intant fl-2015, il-Gvern ħabbar sensiela ta' miżuri mmirati biex iżidu l-impjiegi fost persuni b'diżabilità. Fosthom ġew imħabbra diversi multi għal min ma jsegwiex il-liġi tas-60ijiet. Il-multi ġew użati biex titwaqqaf u tiġi amministrata l-FLS stess. L-Assoċazzjoni ta' min iħaddem (MEA) f 'rapport kienet innutat kif bosta impjegaturi kienu qed joħorġu minn dan l-obbligu billi jfakkru li 2% ta' 20 ma jammontawx għal impjegat wieħed. Fi it kliem, jekk il-minimu ta' impjegat wieħed jrid jiġi impost fuq kumpanija li timpjega 20 persuna, allura l-perċentwal tal-impjegati b'diżabilità ikun 5%, mhux 2%. Il-Fondazzjoni Lino Spiteri Il-Fondazzjoni ġiet imwaqfa fl-2015 sabiex jenforzaw numru ta' miżuri li ħarġu fil-Baġit nazzjonali, tal-Fondazzjoni Lino Spiteri (FLS) taħdem biex kumpaniji kemm privati u anke pubbliċi jimpjegaw persuni b'diżabbiltà. FLS taħdem ukoll id f 'id ma' Jobs Plus biex tħarreġ u tgħin persuni b'diżabilità jsibu impjieg. Gayle Borg fir-riklam tal-Fondazzjoni Lino Spiteri Madwar 4,000 impjegat sa Frar kienu persuni b'diżabilità

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021