Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363126

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 • illum Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba Anqas skart elettroniku I t-teknoloġija qed issir ak- tar u aktar integrata f 'kull aspett ta' ħajjitna, kollox jaħdem b'mod elettroni- ku u kollox bil-batterija. Pero' min-naħa l-oħra, it-tul tal-ħajja tal-apparat qiegħda kull ma jmur dejjem tiqsar, li natural- ment ifisser li l-prodotti għand- hom ċiklu iqsar u qed ikollna nibdlu l-prodotti ħafna aktar frekwenti. Studju juru b'mod partikolari kif intenzjonalment, il-kumpaniji jippjanaw meta prodott għandu jiskadi, billi jaġġornaw id-disinn jew il-pro- grammi li jużaw u jieqfu joffru aġġornamenti għal mudelli aktar antiki. Aktar minn hekk, ħafna mid-drabi huwa wkoll irħas li wieħed jibdel il-pro- dott minflok isewwi prodott antik. Sadanittant, il-kumpaniji qed ikomplu jimmassimizzaw il-profitti tagħhom. Ilkoll kemm aħna nixtru bosta prodotti u tagħmir elettroniku li jirrikjedu li jiġu ċċarġjati kontinwament, u għaldaqstant, dan ifisser li kull prodott jiġi bl-aċċessorji tiegħu sabiex ikun jista' jiġi ċċarġjat. Fil-passat, it-telefowns ċellulari kienu kompatibbli biss ma' ċarġers speċifiċi tat- telefown ċellulari. Iċ-ċarġers użati spiss kienu jvarjaw skont il-manifattur u l-mudell u kien smat li saħansitra f 'perjodu mhux il-bogħod ħafna, kien jeżisti aktar minn tletin tip differenti ta' ċarġer fis-suq. Illum is-sitwazzjoni hija kemmxejn differenti, għaliex naqsu dawn l-ammonti kbar ta' ċarġers u allura jfisser li hemm element ta' realizzazzjoni mill-produtturi li s-suq qiegħed ifittex aktar konverġenza. Għalkemm dan l-aħħar qegħdin anke naraw kumpaniji ewlenin fil-produzzjoni ta' prodotti bħal smartphones, li qegħdin ineħħu xi aċċessorji li tradizjonalment imdorrijin insibu fil-kaxxi, dan mhux biżżejjed. Diment li kull kumpanija tibqa' tuża t-tip ta' ċarġer li trid hi, kull dar tista' tispiċċa jkollha tagħmel użu minn diversi ċarġers differenti, li fl-aħħar mill-aħħar xi darba jridu jintremew. Dan iċ-ċiklu li dħalna fih mhux sostenibbli, kemm mil-lenti ta' konsumatur li qiegħed ikum imġiegħel jixtri u jagħmel użu minn ċarġers differenti, għaldaqstant hemm spejjeż u inkonvenjent bla bżonn, u kif ukoll mil-lenti tal-protezzjoni ambjentali, għaliex qiegħed jinħoloq għadd kbir ta' skart elettroniku żejjed li jista' jiġi mnaqqas b'mod konsiderevoli. Fil-Parlament Ewropew tkellimt u għamilt ħafna pressjoni fuq il-Kummissjoni Ewropea sabiex fl-aħħar mill- aħħar, naslu sabiex ikollna ċarġer universali li jkun kompatibbli ma' ħafna prodotti elettroniċi fl-Unjoni Ewropea. Dak ix-xogħol li wettaqt wassal biex f 'Jannar tas-sena l-oħra, l-Plenarja tal-Parlament Ewropew approvat reżoluzzjoni li mexxejt 'il quddiem jien bħala n-negozjatur ewlieni f 'isem il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, għall-iżvilupp ta' ċarġer uniku għall-mowbajls madwar l-Unjoni Ewropea. Kont sħaqt li għandna naħtfu din l-opportunità li ser tagħmel il-ħajja ta' ħafna ċittadini Ewropej ħafna aktar faċli u ser ikollha impatt pożittiv fuq l-ambjent. Kont u għadni nemmen li s-suq jeħtieġ regolament biex jibbenefika lill-konsumaturi u jevita dan l-iskart elettroniku żejjed, u għaldaqstant bqajt nagħmel pressjoni biex dik il-proposta li ressaqt 'il quddiem tiġi attwata u sabiex jiġi ffaċilitat l-użu mill- ġdid ta' tagħmir elettroniku antik, u fl-aħħar mill-aħħar jonqsu l-ispejjeż bla bżonn għall-konsumatur u għall- ambjent, spejjeż li lkoll kemm aħna qed inħallsu għalihom bit- taxxi tagħna u b'saħħitna. Nemmen li dan il-messaġġ wasal u wasal b'mod ċar ħafna għand il-Kummissjoni Ewropea, hekk kif din il-ġimgħa anke wara laqgħa li kelli mal- Kummissjarju responsabbli mis-Suq Intern, Thierry Breton, jidher li l-Kummissjoni ser tkun qed tippubblika proposta leġiżlattiva għad-diskussjoni. Dan huwa ta' sodisfazzjon kbir għaliex fl-aħħar ser tkun qed tittieħed azzjoni għal ħtieġa li ilha tinħass għal aktar minn għaxar snin. L-għan prinċipali tiegħi, u dak li tkellimt fuqu sa' din il-ġimgħa stess fil-Kumitat tas- Suq Intern, huwa li nassiguraw li l-elementi kollha ta' din l-inizjattiva jkunu favur il- konsumaturi u għaldaqstant qed nitkellem favur il-ħtieġa li tiġi mqassma aktar informazzjoni dwar ir-riżultati tal-istudji u l-konsultazzjonijiet li saru mal-partijiet interessati, dwar l-għodod eżatti li qed jiġu analizzati għal din l-inizjattiva, u fuq kollox dwar iż-żmien preċiż li qiegħdin naraw li tidħol fis-seħħ u implimentata b'mod sħiħ il-liġi. Dan għandu jkun biss il-bidu, għaliex hemm bosta inizzjattivi oħra li rridu jkollna l-kuraġġ li nieħdu sabiex nassiguraw li jkompli jonqos l-impatt tal- iskart elettroniku fuq l-ambjent u nżidu s-sostenibilità.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021