Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363126

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 illum • IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 ambjent Il-fotografija tal-għasafar fir-rebbiegħa ARON TANTI Għal xi ħadd bħali, fejn kull mument liberu li nsib nipprova nlebbet lejn xi post għall-kwiet fejn inkun nista' nieħu xi ritratt interessanti ta' xi għasfur fil- selvaġġ, l-għasafar huma dejjem sbieħ u interessanti, iżda jkolli nammetti li l-perjodu tar- rebbiegħa bħal donnu għandu ċertu faxxinu li xhur oħra jonqoshom. Nemmen li dan il- faxxinu mhux ġej minn xi raġuni unika, iżda taħlita ta' fatturi, li fuqhom se nirrifletti f 'dawn il- kelmtejn. Ir-rebbiegħa huwa żmien il- bejta għall-maġġoranza tal-ispeċi ta' għasafar, żmien kruċjali għas- sopravvivenza tagħhom, u dan għaliex dawn il-ħlejjaq mhux kapaċi jkollhom frieħ f 'perjodu ieħor tas- sena. Jekk għal xi raġuni, matul ir-rebbiegħa tfallilhom il-bejta, it li xejn huma l-ispeċi li mqar jippruvaw xortihom darb'oħra. Dan il-punt joħroġ l-importanza kbira li matul dan l-istaġun, aktar mill- kumplament tas-sena, il-bniedem għandu jagħmel l-almu tiegħu kollu biex ma jkunx ta' xkiel. Għalkemm forsi mhux b'mod ovvju, jekk fotografu tal-għasafar ma jkunx kawt f 'għemilu, jaf ikun ta' inkonvenjent, jekk mhux ta' periklu, għal dawk l-għasafar li jkunu bil- bejta, speċjalment jekk fil-bejta jkun hemm il-frieħ jistennew lill- ġenituri tagħhom biex iżoqquhom. Ħafna speċi ta'għasafar jevitaw li jżuru l-bejta jekk ikun hemm xi persuna fil-qrib, u dan jaf iwassal biex il-frieħ ibatu l-ġuħ. Minħabba f 'hekk, fotografu qatt ma għandu jdum aktar minn it mumenti viċin post fejn ikun hemm bejta, anke jekk it-tentazzjoni għal ritratt aħjar tkun kbira. Tentazzjoni oħra li fotografu jaf ikollu jekk isib xi bejta huwa li jieħu ritratt tagħha bil-frieħ, iżda dan aktarx ikun jirrikjedi li dak li jkun jispiċċa jirranġa xi zokk jew xi werqa biex ir-ritratt joħroġ aħjar. Dan jaf iwassal biex il-ġenituri jieħdu fastidju u jabbandunaw il-bejta, riperkussjoni li l-ebda ritratt ma jiġġustifika. Matul is- snin kelli numru ta' okkażjonijiet fejn stajt nieħu ritratti ta' bejtiet, iżda nippreferi nieħu ritratti ta' bejtiet mill-bogħod, jew xejn, milli nirriskja nnaffar xi bejta. L-għasafar għandhom dejjem jiġu qabel ir- ritratti fil-lista ta' prijoritajiet għall- fotografu tal-għasafar, għax meta dan ma jkunx, l-għasafar jispiċċaw ibatu, speċjalment fi żmien il-bejta. Fid-dinja tal-għasafar, ir- rebbiegħa huwa żmien in-namur, iżda mhux biss, għaliex il-battibekki bejn il-ġirien, speċjalment bejn l-irġiel, normalment ikunu ferm aktar feroċi u spissi. Kemm jista' jkun, l-għasafar jipprovaw jevitaw ġlied fiżiku billi l-ewwel jippruvaw jieħdu raġun permezz ta' ħafna għana u ġesti, kultant elaborati. Meta dawn it-tattiċi ta' intimidazzjoni ma jkunux biżżejjed biex inaffru lil min jazzarda jidħol fit-territorju, ma jkunx hemm mod ieħor għajr il-konfront fiżiku, u f 'dak il-waqt kun pront lesti l-kamera. Il-ġlied normalment ma jdumx aktar minn it sekondi, iżda f 'dawk il-it mumenti jaf ikollok xalata ta' opportunitajiet fotografiċi uniċi. Il-kulur tar-rix tal-għasafar fir-rebbiegħa huwa raġuni oħra għaliex il-fotografija tal-għasafar matul dan iż-żmien hija differenti meta mqabbla mal-kumplament tas-sena. Matul dan l-istaġun, l-għasafar, speċjalment l-irġiel, jilbsu l-isbaħ libsa tagħhom, kemm biex jattiraw l-attenzjoni tas-sieħba, u kif ukoll biex ibeżżgħu lill-irġiel oħra fl-inħawi. Filwaqt li hemm numru ta' speċi fejn il-bidla fil- lewn tar-rix matul is-sena ma tkunx daqshekk evidenti, f 'oħrajn taf tkun kważi totali. Eżempju fejn speċi jkollha trasformazzjoni kważi totali fil-lewn tagħha hija l-Pispisella Ħamra (Curlew Sandpiper), fejn il-lewn bajdani jibda jinbidel għal wieħed ħamrani hekk kif tibda' toqrob ir-rebbiegħa sakemm l-istess għasfur jieħu bixra totalment ġdida bħallikieku jittrasforma fi speċi differenti. Speċi oħra pjuttost komuni f 'pajjiżna li jkollha trasformazzjoni evidenti fir-rebbiegħa hija l-Gawwija Rasha Kannella (Black-headed Gull). Ħlief għal dabra ċkejkna wara għajnejha, din l-ispeċi ta' gawwija jkollha rasha kollha bajda, iżda meta toqrob ir- rebbiegħa tibda tiskura sakemm fl-aqwa tar-rebbiegħa ssir totalment sewda, jew aħjar kannella skur. Dawn huma biss tnejn minn lista ġmielha ta' speċi li r-rebbiegħa bħal donnu ġġib fuqhom seħer li jlibbishom il-libsa tal-ballu, lesti biex jippreżentaw ruħhom bl-isbaħ mod għall-festa tat-tieġ. Hemm speċi oħra li għalkemm ma jkollhomx kuluri wisq differenti minn staġun għal ieħor, meta narawhom fil-passa tar-rebbiegħa jkunu differenti minn meta narawhom neżlin lejn l-Afrika fil- passa tal-ħarifa, fosthom il-Kuċċard (Honey-buzzard). Il-maġġoranza assoluta tal-Kuċċard li jpassi minn Malta fil-ħarifa jkunu frieħ, iżda dawk li jżuruna fir-rebbiegħa normalment ikunu adulti tilgħin lejn il-kontinent Ewropew biex jaħsbu għall-bejta. Il-lewn tal-frieħ ivarja mhux ħażin meta mqabbel ma' dak tal-adulti. Minbarra t-tpaxxija tal-għajnejn, ir-rebbiegħa huwa ż-żmien li jpaxxi wkoll lill-widnejn tal-fotografu tal-għasafar. Huwa minnu li l-għasafar tismagħhom matul is- sena kollha, però ħafna speċi jħallu l-isbaħ għana tagħhom għal dan iż-żmien partikolari. L-għana tal- għasafar fir-rebbiegħa normalment tkun aktar bil-qawwi u fit-tul, speċjalment mill-irġiel. F'ħafna speċi, l-għanja tar-raġel hija ferm isbaħ u impressjonanti minn dik tal-mara għaliex huwa r-raġel li jieħu l-kedda jimpressjona lill- mara, biex eventwalment jifforma l-par. Il-fotografija hija arti fejn persuna jirnexxilha taqbad id-dawl li jkun hemm f 'dak il-mument biex b'hekk, minflok jgħaddi u jispiċċa, waqt jiġi ffriżat f 'immaġni li tibqa'. Fil-fotografija tal-għasafar, it li xejn huwa possibbli li wieħed jippjana bl-eżatt ritratt minn qabel, speċjalment fejn jidħol il-livell tad-dawl fil-post. Normalment il-ġranet sbieħ tar-rebbiegħa, b'dawl qawwi imma temperatura pjuttost pjaċevoli, jgħinu b'mod konsiderevoli biex ritratt joħroġ mixgħul tajjeb. Hemm raġuni għaliex semmejt it-temperatura tal-jum fejn tidħol il-fotografija tal- għasafar. Ir-raġuni mhux għaliex il-fotografu jkun aktar komdu waqt li jkun mistoħbi xi mkien jistenna li jiġi ċans ta' ritratt tajjeb, iżda minħabba li meta tkun ħafna sħana, il-viżibilità tal-arja tiħżien għar-ritratti, speċjalment meta jkun hemm l-użu ta' lentijiet kbar. U kif nista' nikkonkludi dan l-artiklu mingħajr ma nsemmi l-veġetazzjoni li ssebbaħ lill- gżejjer tagħna matul ir-rebbiegħa? Meta r-ritratt ikun meħud f 'kuntest, bħal ngħidu aħna xi pjanta bil-uri, jew xi siġra bil- frott, il-prestiġju tar-ritratt inħoss li jkun ferm ogħla. Matul il-passa tal-ħarifa, ħafna mill-ispeċi ta' flora f 'Malta ma jkunux fl-aqwa tagħhom, għall-kuntrarju tar- rebbiegħa. Meta jirnexxili naqbad kompożizzjoni li tinkludi għasafar imdawra bi flora selvaġġa, inħoss li l-kompożizzjoni tkun ferm aktar kompluta, kuntest li jagħti aktar ġieħ lill-mument u l-post fejn ir-ritratt ikun meħud. Kieku kelli nikteb dak kollu li jgħaddi minn moħħi rigward xi jfisser żmien ir-rebbiegħa għalija, minn artiklu nispiċċa bi ktieb, imma b'dawn il-it ħsibijiet nispera li rnexxieli nwassal togħma tal-ġmiel li n-natura f 'dan iż-żmien tas-sena tipprova tirregalalna. Bil-ħajja mgħaġġla tal-lum faċli ma nindunawx b'dan kollu, speċjalment minħabba l-fatt li biex wieħed igawdi s-seħer tan-natura, ikollu jnaqqas it mir- ritmu tal-ħajja, jiskot, jisma' u jara. Għalkemm pajjiżna ċkejken u b'diversi limitazzjonijiet, taf tkun sorpriż b'kemm sbuħija naturali tista' tkun imdawwar! Nota dwar il-kampanja #onthemove Wara s-suċċess tal-kampanja tal-passa tal-ħarifa s-sena li għaddiet, BirdLife Malta nidiet it-tieni kampanja #onthemove biex tesponi s-sbuħija li jipprovdi l-ispettaklu tal-passa tal-għasafar, din id-darba dik tar-rebbiegħa. Il-kampanja għandha l-għan li tispira lill- pubbliku biex igawdi, jieħu ħsieb u jħares l-għasafar li jpassu minn fuq Malta tul ir-rebbiegħa. Żur https:// bird life malta . or g / onthe mov e biex tiskopri aktar dwar din il- kampanja. It-trasformazzjoni tal-Gawwija Rasha Kannella minn Jannar (xellug) għal Marzu (lemin)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021