Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363126

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 rakkont IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 • illum Sharon Calleja I l-pinna kien iżommha f 'idejh b'mod partikolari. Suppost kienu jgħidu li bi tlett subgħajn għandek iżżommha. U hawn min kien iħarbex bi tnejn sabiex jikteb. Le, hu kien differenti. Nicholas kien iżommha b'erbgħa. U dak il-ħin kien aljenat. Rajtu mitluf fil-pitazz, għajnejh nofshom imbexxqin u lsienu migdum bejn snienu inkonxjentement. "Sejra sal-kamra tal-banju," għedtlu bilmod, bilkemm ninstema'. Skiet. Lanqas weġibni. Konna qegħdin waħedna d-dar. Il-ġenituri tiegħu kienu ħarġu jixtru minn ħanut f 'xi raħal ieħor. U mnalla. Għax hekk kont ser nagħmel dak li kelli f 'moħħi. Imxejt bil-pass lejn it-taraġ tal-injam. Bla ħoss. Waqaft eżatt quddiemu, għajnejja kbar suwed miftuħin beraħ bl-istess forma daqs dawk ta' baqra. Idejja kienu ponnijiet fil-ġnub u kelli l-libsa kienet qiegħda tħokk ma' rkubbtejja. It-taraġ tal-injam. Il-fjuri ta' mal-puġġaman. Il-bieb tal-kantina. "Tmurx hemm isfel." Inħsadt u ħarist lura. Baħħ. Kont immaġinajt. Għal mument, kont ser naqbad nirrabja. Is-subkonxju ta' moħħi kien ser jieħu kontroll tas- sitwazzjoni. "In-nanniet ser jeħduni magħhom." Xufftejja kienu tbexxqu u rrepetu dawk il-kelmiet li kien qalli Nicholas xi ġranet ilu. Għal mument kont ser indur lura u nitlaq niġri lejn kamartu. Fejn kien qiegħed hu. Iżda għamilt il-kuraġġ. Ridt nara b'għajnejja. Kont ċerta li kien qed jivvinta u jigdeb. Inżilt l-ewwel pass fuq it- taraġ tal-injam. Inħsadt. Is-suf tan-naħa ta' wara t'għonqi qam xewk xewk u ħassejt dehxa bard nieżla max- xewka ta' dahri. L-injam tat-taraġ kien qed ifaqqa'! Issa kieku kellu jismagħni Nicholas, fejn kont ser ngħidlu li kont sejra? Imma ma ħaristx lura. Ma ridtx nibża'. Inżilt skalluna oħra. U oħra. Sakemm........... Sakemm wiċċi kien kważi qed imiss mal-bieb. Il-bieb tal-injam li kien jagħti lejn il-kantina. Għamilt idi fuq il-pum tar-ram. Għafastu iżjed milli suppost. Dawwartu. Smajtu jżaqżaq. Il-ħoss beda jidwi ġol-kantina mudlama. Issa kif kont ser nara? Kont ser nibża'. Iva, kont diġa bdejt nibża'. Imbagħad għolejt fuq subgħajja ta' saqajja u bdejt inħoss il-ħajt fuq in-naħa ta' ġewwa. Fid-dlam tal-kantina. U sibt l-iswiċċ malajr. Xegħlt. Il-kantina kienet mimlija dawl. Dħalt ġo fiha u bdejt indawwar rasi. Rajt xi ġarar kbar tal- inbid, fliexken tal-ħġieġ vojta donnhom lesti biex jimtlew, xi oġġetti mqiegħda fil-kaxxi tal- kartun u xi ġugarelli mqiegħda ġo xi basktijiet kbar. Bdejt nara d-dellijiet ħerġin minn kull kantuniera. Jistaħbewli. Jinbxuni. Imbagħad jinkuni. U hekk malli bdejt nosservahom mill-ġnub ta' għajnejja, bdejt ninduna li ma kellix għalfejn niddejjaq. Bdejt nieħu nifsijiet profondi u ħassejt l-għaraq ixoqq għalija. Lanqas ħaqq kont qgħadt ninżel hawn isfel! Ma kien hemm xejn u ħadd. Ħadd u xejn. Għollejt idi u neħħejt beżbuża li kienet niżlet fuq moħħi. U rajtha. Fil-bidu bżajt indur inħares lejn fejn kienet qiegħda. Imbagħad dort malajr. Għajnejja fuqha. Xufftejja mbexxqin. Kont qiegħda nieħu n-nifsijiet minnhom. Kienet qiegħda hemm fil- ġenb. Waħedha. Bużżieqa. Bużżieqa ħamra. U ħassejt idu fuq spallti. Qbiżt bil-qatgħa! "X'inti tagħmel hawn?" staqsieni Nicholas bin-nervi. "Nich..........." bdejt ngħidlu. "Int kif inżilt hawn isfel?" indunajt li kien ser jinfaqa' jibki. "Għax.............." "Skuża! Din kienet skuża!" beda jgħolli leħnu. "Skuża.........." kont ser naqbad nigdeb malajr, iżda leħni bilkemm stajt insibu. U kont aljenata. Kienet qiegħda hemm fil- ġenb t'għajnejja. Ittellifni. "Hawn isfel m'hawn ħadd, Nicholas." Leħni kien ġentili. Ridt infissirlu. Nurih li dak kollu li kien ħaseb, kien kollu frott l-immaġinazzjoni. "Itlaq 'il barra! Oħroġ minn dari! U terġax tkellimni! Qatt iktar!" beda jgħajjat miegħi. Tlajt niġri malajr it-taraġ, erħejtilha lejn kamartu, ġbart l-affarijiet li kelli u tlaqt 'il barra bid-dmugħ nieżel minn ma' wiċċi. Kont weġġajtu! U kien gidibli! Mhux veru kien hemm in-nanniet fil- kantina! Giddieb. Giddieb! Tlaqt niġri fit-triq lejn id-dar tiegħi. Dħalt ġewwa u mort mill- ewwel fis-sodda. Bkejt. Kont ħadt għalija. U ma kontx ser naħfirlu. Għadd tmiem il-ġimgħa malajr u t-Tnejn filgħodu kelli nerġa' mmur l-iskola. Ma ġiex għalija! Nicholas ma kienx għadu ħabib tiegħi! Stennejtu tul l-ewwel nofs ta' nhar ta' filgħodu. Imma l-bank tiegħu baqa' vojt. Tgħid kif ma kienx ġie? Forsi kien xi ftit ma jiflaħx? U mort lura lejn dari. Dakinhar ma rajtu xejn lil Nicholas. U lanqas l-għada. Jew l-għada. U kont bdejt ninkwieta. Issa x'kelli naqbad nagħmel? Kont naf li ma riedx ikellimni. Imma li ma jiġix l-iskola ħalli ma jaranix, dik kienet xi ħaġa kemmxejn kbira. U ddeċidejt li mmur s'għandu. Inħabbatlu. U imxejt bilmod lejn id-dar tiegħu, inħoss id-dubji fuq il- kuxjenza tiegħi. U hekk malli kont għaddejja għal għonq it-triq, nirfes il- weraq kulur oranġjo li kien qiegħed jiksi l-ġnub tat-triq b'mod mgħaġġel ħalli ma ndumx ma nasal. Ma flaħtx nistenna sakemm stajt nara dawk l-għajnejn sbieħ, dik il-ġilda fina u dik it- tbissima verament unika. U waqaft. Kienet ġibditli l-attenzjoni karta mwaħħla ma' arblu. Iffriżajt. Iġġamjajt. Saqajja ma felħux imexxuni aktar 'il bogħod. Ħarist lejn il-karta. Ritratt. Ritratt familjari. Nicholas kien fuq ir-ritratt! "Nieqes...........!" bdejt nhewden waħdi hekk kif bqajt iċċassata nħares lejn ir-ritratt. "Fejn int qiegħed?" bdejt nibki u nolfoq. Tgħid fejn kien mar? Fejn kien qiegħed Nicholas? "Nicholas?" infqajt nibki. "In-nanniet ser jeħduni magħhom." Il-kliem beda jidwi f 'widnejja, hekk kif erġajt ftakart fil- bużżieqa ħamra li kont rajt fil-kantina. Bużżieqa ħamra (ir-raba' parti minn erbgħa)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021