Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363126

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 • illum ID-DISTAKK FAVUR ABELA X'INHU JAGĦMEL IL-LABOUR BIEX JIBQA' DAQSTANT MINN FUQ? Wara l-episodji li jinvolvu l-arrest ta' Keith Schembri - apparti l-pandemija - wieħed kien jistenna sondaġġi agħar, mhux aħjar għall-Partit Laburista. Imma x'inhu jagħmel? Il-poplu għaliex għadu qed jappoġġja lill-PL daqstant bil-qawwi? Ma jinteresahx mill-korruzzjoni? Jew jinteressah u ddejqu - imma jirbħu l-but u l-ekonomija? L-ILLUM tanalizza ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Nhar il-Ħadd li għadda kienu ppubblikati żewġ sondaġġi, li se nanalizzaw f 'dawn il-paġni - dak tal-Mediatoday ippubblikat fuq il-gazzetta Maltatoday, juri differenza ta' madwar 26,000 vot (6.2%) bejn iż-żewġ partiti u differenza ta' 11.4% fil-fiduċja, favur il-Prim Ministru Robert Abela. Dak ippubblikat fuq it-Torċa juri differenza ta' 10% favur il- Partit Laburista meta l-parteċipanti intalbu jgħidu lil min jivvutaw kieku ssir elezzjoni issa filwaqt li 12% aktar qalu li jafdaw lil Abela minn Grech. Imma għaliex, tmien snin wara li kien elett il-Partit Laburista jibqa' daqstant popolari? Kif skandli u kwistjonijiet u saħansitra l-arrest ta' Keith Schembri ma għamilx differenza? Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn għaliex il-PL żamm maġġoranza komda fuq il-PN it biss qabel elezzjoni ġenerali oħra. Ix-xogħol, il-but u l-ekonomija X'jinteressa l-aktar lill-votanti - l-aktar dawk il-votanti li kif ngħidu bil-Malti jaqilgħuha u jikluha? Meta jivvutaw in-nies fuq xhiex jivvutaw l-aktar u kif jiddeċiedu li jippremjaw jew jikkastigaw lil xi ħadd? Nibdew bl-ovvju. Ix-xogħol u l-flus fil-but tagħhom, tal-familja jew tan-negozju tagħhom żgur li tibqa' priorità għal ħafna meta jiġu biex jivvutaw. Il-Gvern preżenti - minkejja li qed jiffaċċja pandemija u riċessjoni ekonomika - għadu meqjus minn ħafna illi huwa maniġer ekonomiku tajjeb li "jaħseb fin-nies", li "jqassam il-ġid" li "miegħu ngawdu aħna wkoll" u li "anke jekk seraq għall- inqas lill-poplu tah, mhux ħadlu." Wieħed jista' faċilment jarmi dawn l-argumenti u dan ir-raġunar u jqishom bħala neqsin mill-ħsieb kritiku u mill-istandards morali li għandu jkollu l-votant - jew saħansitra 'injoranza'. Dan huwa iżda argument simplistiku u inġust ħafna. Dan il-Gvern irid jiġi kkreditat għal elenku sħiħ ta' miżuri u deċiżjonijiet li ħa fl-aħħar tmien snin li huma relatati max-xogħol u flus fil-but: Ir-roħs fil-kontijiet, l-istabbilità fil-prezz tal-gass, child care b'xejn, benefiċċji lil dawk qegħda fl-ewwel tliet snin ta' impjieg, l-In Work benefit, it- tneħħija tal-boll lil dawk li jixtru l-ewwel u anke t-tieni proprjetà tagħhom - miżura li l-aġenziji tal- proprjetà jgħidu li wasslet għal suq b'saħħtu ħafna u tkabbir fil-qasam tal-kirjiet - żieda f 'kull baġit fil- pensjonijiet u għotijiet lil min jieħu ħsieb il-ġenituri tiegħu, żieda fiċ-Children's Allowance, ċekkijiet ta' rifużjoni tat-taxxa u nistgħu nibqgħu għaddejjin. U hawnhekk mhux ninkludu l-miżuri li ttieħdu matul il-pandemija. Għal min jinsab komdu miżuri bħal dawn forsi huma irrelevanti jew karawett - imma għal eluf ta' nies oħrajn, dawn kienu miżuri ta' fejda li waslu biex jew ikollhom aktar xogħol jew inkella biex ikollhom aktar flus f 'buthom. L-isottovalutar ta' dan l-aspett huwa żball kbir li jagħmlu bosta avversarji tal-Gvern. Ir-redikolu lejn dan l-aspett, huwa żball politikament mortali. Dan biex ma nsemmux liġijiet li għamlu differenza diretta lil eluf ta' nies oħrajn: L-Unjoni Ċivili, seba' snin ilu u Żwieġ Ugwali, kif ukoll il-Liġi tal-IVF. Ma' dawn saret il-liġi li tirregola koppji li jikkoabitaw u liġijiet oħrajn bħad- dikriminalizzazzjoni tad-droga kif ukoll l-Att dwar it-Tfal li jagħti protezzjoni u drittijiet ġodda lit- tfal. Il-Gvern ippropona u qed tkun diskussa fil-Parlament bidla li tfisser illi koppji separati ma jkollhomx għalfejn jistennew erba' snin biex jieħdu d-divorzju. Dan apparti liġijiet u bidliet li qajmu ħafna kontroversja u li waslu għal kritika kontra l-Gvern imma li xorta jinżlu tajjeb ma' setturi tal- popolazzjoni: Żidiet ta' żewġ sulari fuq il-lukandi, il-legalizzazzjoni tal-Kannabis għall-użu personali, proposti dwar il-prostituzzjoni kif ukoll l-Att dwar l-Identità tal- Ġeneru (Tiakru Deputati jistaqsu jekk hux se nibqgħu niċċelebraw Jum l-Omm?). Wieħed ma jistax jissottovaluta l-impatt li dawn id-deċiżjonijiet kollha kellhom fuq il-ħajja ta' setturi differenti tal-poplu, liema effetti kellhom konsegwenzi politiċi favorevoli għall-Partit Laburista, li minnhom għadu qed igawdi sal- lum. Minkejja problemi ġodda u ċari fil-qasam tax-xogħol, speċjalment il-proliferazzjoni tal-prekarjat permezz ta' prattiċi tax-xogħol - il-qgħad kien fost l-aktar baxx fl- Ewropa u baqa' hekk sa issa, xi ħaġa li jixduha ċ-ċifri tal-NSO u anke tal- Eurostat. Il-pandemija - rijinforz tal- perċezzjoni li l-Labour b'saħħtu fuq il-'bread and butter' Il-Pandemija tal-Covid-19 ippreżentat lid-dinja u kull Gvern fid-dinja - inkluż ta' Malta - sfidi kbar li konna ilna ma naraw bħalhom mit-Tieni Gwerra Dinjija. Sfidi li ġabu ekonomiji għalkopptejhom, li farrku l-pjani finanzjarji tal-pajjiżi. Defiċit tiela', dejn tiela' u d-dħul jibqa' ħafna inqas - din hija realtà f 'Malta u lilhinn minnha. Fir-realtà l-PM Robert Abela kien fl-għajn ta' ħafna kritika - l-aktar minħabba stqarrijiet ażżardati dwar mewġ fil-baħar u ġenna tal-art. Abela deher xi minn daqqiet insensittiv u immatur u fil-ħeġġa tiegħu biex ikun pożittiv spiċċa iktar deher maqtugħ mis-sentiment tal-poplu. L-għeluq mill-ġdid tan- negozji wasslet għal diżillużjoni qawwija nazzjonali bi kritika lejn l-awtoritajiet - inkluż lejn il-Prim Ministru - fuq diversi fronti. Dan fil-fatt deher ċar fit-tnaqqis fil- fiduċja li kellhom in-nies f 'Abela li ġiet irreġistrata fis-sondaġġ ta' Marzu Iżda hekk kif in-numri issa huma baxxi għat-tielet ġimgħa u hekk kif il-proċess ta' vaċċinazzjoni jidher li miexi tajjeb ħafna, filwaqt li l-Gvern ħabbar pjan ta' kif se jinfetħu mill-ġdid in-negozji (uħud minnhom!) is-sentiment ta' dwejjaq u diżillużjoni qawwija reġgħu qed jinbidlu u magħhom allura l-mod kif il-poplu qed jiġġudika lill-Gvern fuq l-immaniġjar tal-pandemija. Jidher ċar allura li l-pandemija - aktar mill-korruzzjoni, l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jew Keith Schembri/Konrad Mizzi/ Joseph Muscat - se tkun dak il- miżien determinanti li se jxaqleb fuq naħa jew oħra. Iktar mir-rebħa nnifisha, il-pandemija, il-mod kif il-Gvern se jibqa' jimmaniġġjaha u kif (u jekk) noħorġu minnha se jiddeterminaw ħafna affarijiet - inkluż id-daqs tar-rebħa Laburista, jekk ikun hemm tali rebħa. Il-Pandemija iżda - apparti li waslet għall-bruda u dwejjaq fost il-klassi tan-negozji, kruċjali ħafna biex il-Partit Laburista kiseb maġġoranzi kbar - irrijinforzat ukoll il-perċezzjoni li fuq dawk il- kwistjonijiet li bl-Ingliż jissejjħu 'bread and butter' il-PL għadu aktar b'saħħtu. Hawnhekk ukoll saru elenku ta' miżuri illi b'mod jew ieħor żammew lil eluf kbar ta' negozji kważi fil- wiċċ: Is-suppliment tal-pagi, roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, moratorji, għotjiet lil bars u każini, skemi tal-kirjiet u l-vouchers. Dan ma jfissrix li ma hemmx tbatija ġenwina u vera fost ħafna minn dawn in-negozji. Imma b'dawn il- miżuri u oħrajn il-Gvern saħħaħ l-immaġini tiegħu: L-ewwel, bħala faċilitatur ekonomiku, kontra l-awsterità, it-tieni, bħala maniġer finanzjarju tajjeb, li kellu xi jqassam meta ġejna għas-si u n-no u finalment bħala l-partit li l-aktar li jagħmel differenza fuq l-affarijiet li jagħmlu differenza lin-nies. F'sondaġġ xjentifiku ieħor ta' Mediatoday f 'Marzu wkoll, 81.3% qalu illi huma inkwetati minħabba l-Covid-19 u t-tieni ġiet l-korruzzjoni li iżda semmewha biss 7.1%. Jekk tħares imbagħad

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021