Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193
ALBERT GAUCI CUNNIGHAM Immaġina li f 'ħajtek tista' tiċċaqlaq biss fi spazju ta' 10 madumiet u ħdejk fuq 10 madumiet ukoll hemm diversi nies oħrajn li bħalek ma jistgħux jiċċaqalqu minn dawk l-madumiet għal ħajjithom kollha. Tiċċaqlaq, tagħtas, tiekol, tixrob, tagħmel il- bżonnijiet tiegħek u iktar - dejjem fuq l-istess spazju ristrett. Tispiċċa titlef is-saħħa fiżika u anke dik psikoloġika tiegħek! Ħafna annimali tal-irziezet, speċjalment irziezet kummerċjali hekk jgħixu qabel jinqatlu għall-konsum. Għalhekk kważi 1.4 miljun ċittadin tal-Unjoni Ewropea ffirmaw petizzjoni li dehret quddiem il-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kumitat tal- Agrikoltura. Fiha huma qed jisħqu li għandha titwaqqaf il- prattika li annimali tal-irziezet jinżammu f 'gaġeġ u minflok jintużaw metodi oħrajn ta' trobbija tal-annimali fl-irziezet, li huma aktar ħanina u aktar diċenti. Dan sabiex mhux biss jiġu mħarsa il-benesseri tal-annimali imma wkoll sabiex it-trobbija tkun waħda etika. Din il-petizzjoni hija parti mill-European Citizens' Initiative, inizzjattiva ta' grupp ta' ċittadini li mbagħad tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew. Din il-petizzjoni bl-isem End the Cage Age hija is-sitt l-aktar petizzjoni minn dawn it-tip ta' inizzjattivi li kienet ta' suċċess u l-ewwel inizzjattiva li titratta drittijiet ta' annimali f 'irziezet. L-akbar numru ta' firem ġew mill-Ġermanja b'total ta' kważi 475,000 firma, segwit mill-Olanda minn fejn inġabru b'kollox kważi 154,000 firma. Minn Malta - sa nhar il- Erbgħa li għadda, kienu inġabru 1,694 firma. 112-il miljun fenek jgħixu fi spazju ċkejken - proposti biex jgħixu fi spazji aħjar F'preżentazzjoni waqt li il- Kumitat Olga Kikou li hija l-Kap tal-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għall-Kompassjoni fid- Dinja tat-Trobbija tal-Annimali qalet illi tiġieġ li jitrabbew fil- gaġeġ ħafna drabi jkollhom biss l-ispazju ta' karta A4 fejn jistgħu jiċċaqalqu, bil-konsegwenzi kollha li dan iġib miegħu għall- annimal u finalment anke għall- prodott li jispiċċa fuq il-platt tiegħek. L-annimali tal-irziezet li l-aktar li jitpoġġew f 'gaġeġ madwar l-Unjoni Ewropea huma fniek, tiġieġ, summien, papri u anke ħnieżer. Hija qalet illi b'kollox fl-UE hawn 112-il miljun fenek li jgħixu fi spazju żgħir ħafna u li jistgħu jgħixu aħjar f 'sistema magħrufa bħala park system - fejn il-fniek jistgħu jiċċaqalqu u jkollhom interazzjoni ma' xulxin. Għaxar miljun ħanżir jinsabu f 'gaġeġ li xi minn daqqiet tant ikunu żgħar li lanqas ikunu jistgħu jiċċaqilqu fihom, filwaqt 12-il miljun għoġol jinżammu f 'solitudni maqtugħin mill- oħrajn fl-ewwel tmien xhur ta' ħajjithom. Finalment madwar 40 miljun papra u wiżża madwar l-UE jinżammu wkoll f 'gaġeġ b'uħud minnhom jinżammu għal ġimagħtejn f 'gaġġa biex jissemmnu ħalli jinqatlu għall- foie gras. Matul il-laqgħa tal-Kumitat intqal li hemm diversi modi kif wieħed iżomm l-annimali f 'ambjent diċenti fosthom jiġru barra (free range) jew inkella f 'imħażen fejn ikunu jistgħu jiċċaqalqu. Il-Membru Parlamentari mill- Partit Popolari Ewropew Dolors Montserrat preżenti għad- diskussjoni sostniet li hemm bżonn titwaqqaf il-prattika li annimali jitħallew fil-gaġeġ, tingħata l-għajnuna lill-bdiewa biex ikunu jistgħu jagħmlu t-tibdiliet neċessarji filwaqt li tali regoli jkunu armonizzati madwar l-UE kollha. Studju tal-Ewrobarometru juri illi 94% tal-Ewropej jaqblu li l-benesseri tal-annimali tal-irziezet huma importanti, filwaqt li 82% jaqblu li annimali tal-irziezet għandhom ikunu protetti. It-tpoġġija tat-tiġieġ tal- irziezet f 'gaġeġ huwa illegali fl- Awstrija, f 'Wallonja fil-Belġju, il-Lussemburgu, iċ-Ċekja - fejn se jsiru illegali fl-2027, Franza, il-Ġermanja fejn se jsiru illegali fl-2025 u fl-Islovakkja fejn se jsiru illegali fl-2030. Finalment Il-Kummissarju Ewropew tas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Ikel Stella Kyriakides qalet illi l-Parlament Ewropew tkellem favorevolment dwar dan il-pass filwaqt li fakkret li dan kollu qed isir fid-dawl tal-addozzjoni tal- European Green Deal u l-Farm to Fork. IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 • illum aħbarijiet 1.4 miljun Ewropew jingħaqdu kontra t-trobbija ta' annimali tal-irziezet fil-gaġeġ Il-Parlament Ewropew jiddiskuti inizzjattiva permezz petizzjoni iffirmata minn eluf kbar ta' nies - inkluż kważi 1,700 persuna f'Malta - kontra ż-żamma tal- annimali fil-gaġġeġ u favur trobbija aktar etika u ħanina Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ- ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. X'inhi l-inizzjattiva Ewropea Farm to Fork? L-istrateġija Farm to Fork għandha l-għan li taċċellera it-tranżizzjoni għal sistema tal-ikel li hija aktar sostenibbli u li jkollha effett pożittiv jew tal-inqas, newtrali, fuq l-ambjent. Kif ukoll sistema li treġġa' lura it-telf tal-biodiversità u li tassigura sigurtà fl-ikel, nutrizzjoni u saħħa pubblika filwaqt li tassigura li kulħadd ikollu aċċess sigur, suffiċjenti, nutrittiv u sostenibbili fl-ikel. L-istrateġija Ewropea Farm to Fork taħdem biex tippreserva l-affordabilità tal-ikel filwaqt li tiġġenera dħul aktar ġust. 'Se nintlaqtu sew' - Għaqda Produtturi tal-Fniek F'kummenti mal-gazzetta ILLUM is-Segretarju tal-Għaqda Produtturi tal-Fniek Giangiorgio Galea saħaq illi jekk dawn il-bdliet iseħħu l-produtturi lokali tal-fniek, jintlaqtu b'mod qawwi ħafna. Għalhekk wera' t-tama li jekk iseħħu tali bidliet il-produtturi jiġu mgħejjuna finanzjarjament. Galea sostna illi filwaqt li bħalissa jeżisti ħafna tgergir dwar il-prezz tal-ġwież li jgħid illi "qed jogħla kull sekonda" isostni illi l-għaqda għaddejja b'diskussjonijiet kontinwi dwar dawn il-bidliet li mistenni jkompli jiddiskuti l-Parlament Ewropew. "Din se tolqotna sew ... speċjalment meta wieħed jara wkoll kemm naqas il-konsum tal-fenek f 'Malta, minn madwar tmien kilo per capita għal madwar tliet kilos per capita, preżentement. Huwa qal illi hemm żewġ sistemi, oltrè mill-gaġeġ, li huma trobbija ta' fniek fi kmamar jew btieħi jew inkella l-Park System fejn ikollok gaġeġ maqtugħin mill-art, fil-forma ta' open plan bil-fniek ikolhom aktar post fejn iduru. Huwa qal illi sistema simili (park system) għadha fil-bidu tagħha f 'pajjiżna għalkemm jgħid li hija negozju tajjeb għall-produtturi. Jgħid illi 49 fenka, biż-żrameġ b'kollox bis-sistema all-in, all- out - kif tippermetti l-liġi sal-lum - twassal għal bejgħ ta' madwar €22,000 fis-sena. Huwa temm jgħid illi minkejja t-tnaqqis, in- negozju tal-fniek baqa' b'saħħtu u jiġġenera madwar €10 miljuni fis- sena, b'konsum medju ta' madwar seba' miljun fenek. F'Malta huma l-fniek u tiġieġ biss li jinżammu fil-gaġeġ.