Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Issa daqshekk! M hux possibli li nibqgħu naqilgħu ġo fina. Il-mekkaniżmu diskriminatorju dwar l-aġġustament tar-rappreżentanza parlamentari dwar il-ġeneru, intro- dott fil-Kostituzzjoni bil-qbil tal-PLPN hu l-aħħar minn sensiela ta' miżuri intenzjonati biex iż-żewġ partiti fil-parlament jaħtfu kompletament f 'idejhom u b'mod assolut is-sistema elettorali. Ilhom għad- dejjin biha: qegħdin jagħmlu ħsara kbira lis-sisien demokratiċi tal-pajjiż. Xi snin ilu kienu qablu fuq mekkaniżmu kostituzzjonali dwar il-proporzjonalità fir-riżultati elettorali. Tul is-snin irfinaw dak li qablu dwaru. Dak li ehmu dwaru, iżda, japplika biss jekk fil-Parlament ikun hemm żewġ partiti politiċi. Fil-mument li jidħol t-tielet partit fil-parlament il-kostituzzjoni ma tagħtix iktar garanzija ta' proporzjonalità ħlief lil dak il-partit li jaqbeż il-ħamsin fil-mija tal-voti f 'elezzjoni ġenerali. Dan dejjem jgħodd jekk ikun hemm partit politiku li jaqbeż il-ħamsin fil-mija tal-voti. L-oħrajn huma kollha esklużi. Jibqgħu jsaffru l-Aida għax għalihom ma hemm l-ebda proporzjonalità. L-Att XXII tal-2021 li ġie iffirmat mill-President tar-Repubblika nhar l- 20 t'April 2021, introduċa mekkaniżmu ieħor li jaġġusta r-riżultat tal-elezzjoni ġenerali. Mekkaniżmu biex jibda jirrestawra l-bilanċ bejn il-ġeneri. Imma anke hawn dan kollu japplika biss sakemm il-Parlament ikun magħmul minn żewġ partiti biss. Hu propost li jiżdiedu 12-il membru parlamentari li jkunu mis-sess li mhux rappreżentat biżżejjed. Dawn jinqasmu bejn iż-żewġ partiti fil-Parlament, sitta kull wieħed. Il-liġi ma tipprovdi xejn jekk fil-parlament ikun hemm iżjed minn żewġ partiti politiċi. F'Marzu 2019 il-Gvern ħatar Kumitat Tekniku dwar it-Tisħiħ tad-Demokrazija li kien inkarigat biex ifassal il-proposti dwar kif fil-parlament jista' jintlaħaq il-bilanċ bejn il-ġeneri. Fir-rapport tiegħu dan il-kumitat tekniku jikkonferma li rċieva dokument bi proposti ta' Alternattiva Demokratika liema dokument kien jemfasizza li r-riforma tas-sistema elettorali kellha issir f 'sens ferm iktar wiesa' minn dak propost. Sfortunatament il-kumitat tekniku injora din l-unika proposta li kellu quddiemu li kienet tikkuntrasta ma dak li kien sejjer jipproponi. Qatt ma pprova jiddiskuti u jara jekk u kif l-alternattiva proposta setgħetx tkun soluzzjoni bla ma toħloq problemi ġodda. Il-proposta tal-kumitat tekniku, li eventwalment ġiet approvata mill-parlament, iżżid id-doża tad-diskriminazzjoni fil-liġijiet elettorali tal- pajjiż. Sal-lum il-proporzjonalità hi garantita kostituzzjonalment għall-partiti politiċi meta fil- parlament ma jkunx hemm iżjed minn żewġ partiti. Jiena u sħabi naqblu bla riżerva li l-pajjiż jeħtieġlu parlament (u istituzzjonijiet) fejn il-bilanċ bejn il-ġeneri hu rispettat. Biex dan iseħħ, imma, ma jistax ikun li noħolqu iktar diskriminazzjoni fil- leġiżlazzjoni elettorali. Din kienet opportunità unika għall-kumitat tekniku għat-tisħiħ tad-demokrazija biex jelimina d-diskriminazzjoni elettorali eżistenti. Minflok ma elimina id-diskriminazzjoni eżistenti ħareġ bi proposta biex iżidha! Riżultat ta' dan, il-kumitat tekniku spiċċa jsaħħaħ id-duopoli parlamentari. M'huwiex aċċettabbli li l-liġijiet elettorali jittrattawna differenti milli jittrattaw lill-partiti l-kbar. L-ugwaljanza quddiem il-liġi hi prinċipju bażiku li fuqu hi mibnija d-demokrazija tagħna. Is-sistema elettorali ilha tittrattana ħażin għal ħafna żmien. Il-proposta dwar il-ġeneru tkompli iżżid id-doża. Issa daqshekk. Wasal iż-żmien li din l-inġustizzja tkun indirizzata bl-iskop li tissolva, possibilment darba għal dejjem. B'dan il-ħsieb qed nippjanaw li nippreżentaw sfida kostituzzjonali kontra dawn iż-żewġ mekkaniżmi kostituzzjonali li t-tnejn li huma tfasslu biex jaħdmu b'mod diskriminatorju. Huwa possibli li jkollna parlament fejn il- proporzjonalità tirrenja, skont ix-xewqat tal- elettorat. Hu ukoll possibli li jirrenja l-bilanċ bejn il-ġeneri. Dan kollu jista' jseħħ mingħajr ma tintuża d-diskriminazzjoni fil-konfront ta' ħadd. Sfortunatament id-duopoli PLPN ma kienx kapaċi jipprovdi sistema elettorali ġusta. Il-Qrati huma l-unika tama li baqagħlna biex id-diskriminazzjoni fil-liġi elettorali tkun indirizzata u mwarrba darba għal dejjem. Ejja ninsew ftit! Saviour Balzan Saviour Balzan huwa d-Direttur Eżekuttiv ta' MediaToday u preżentatur ta' Xtra fuq TVM J ien ma kontx naf li bħala Standards Com- missioner George Hy- zler kien għażel lill-eks Avukat Ġenerali Anthony Borg Barthet. U biex ngħidu kollox dan ilu konsulent minn April 2019 meta fil-tmun tal-Gvern kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat! Muscat ma nafx jekk kienx jaf, imma ma niskantax. Għax il-politika tiegħu kienet li l-aħjar ħaġa hija li żżomm lil dawk li kienu kontrik, viċin tiegħek. Tattika li mhux taħdem u ħafna drabi tisplodi f 'idejk. Meta ġie biex jappunta lil George Hyzler, kien qed ifittex persuna li tkun aċċettabli għal kulħadd u għall-PN. Għamel hekk, għal ħafna ħatriet Muscat. Imma issa, ejja nkunu ċari. Ma kienx idoneu li dik il-pożizzjoni timtela' minn eks politiku. Għax xi darba jew oħra kien ser jinqala' intopp u kien ser ikollna aktar mistoqsijiet milli risposti. U l-bramel tal-ħara mhux mistennija, minn dawk li jkunu taħt il-lenti. Biex tgħaxxaqha Hyzler, meta ġie biex jappunta, qabbad nies bħal Anthony Borg Barthet u Rachel Attard, l-eks editur tal- Malta Independent. Issa Rachel Attard għandha storja twila ta' kitbiet li ma tantx ispiraw fiduċja fix-xogħol indipendenti tagħha f 'din il-Kummissjoni – imma m' hemmx tagħmel! Imma l-każ ta' Borg Barthet huwa differenti. Dan kien l-Avukat Ġenerali illi meta l-eks Kummissarju tal-Pulizija George Grech kien akkużat bi stupru u abbuż ta' poter - taħt Gvern Nazzjonalista - qabad u applika n-nolle prosequi. Li kien ifisser li l-azzjoni li tinfetaħ il-kawża titwaqqaf u kollox jieqaf ħesrem u kollox jintesa'. Jien naħseb li dan Borg Barthet għamel hekk għax xi ħadd mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien sefsislu xi ħaġa f 'widnejh. Insomma George Grech li kien Kummissarju u kif ukoll Kap tas-Servizzi Sigrieti rriżenja. Borg Barthet, għax- xogħol utli tiegħu, inkluż li ta sitt nolle prosequi oħrajn, intbagħat bħala Imħallef fil- Qorti Ewropea għal numru ta' snin. Meta ġie lura sab ruħu konsulent ta' Hyzler! Ikolli nammetti li issa għajjejt naqra u nisma' dawn l-affarijiet. Ejja nitolbu ħalli nkunu nistgħu nsiefru malajr, ħa ninsew it! Anthony Borg Barthet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021