Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 • illum MARIANNA CALLEJA Immaġinaw din. Xemx taħraq tisreġ, riħa tas-sagħtar tħuf madwarek, il- baħar iċafċaf il-bogħod u f 'daqqa waħda issib ruħek bin-naħal iduru madwarek. Din hi x-xena li sabet ruħha fiha din il-gazzetta meta iltaqgħet ma' Carmel Zammit fix-xagħri ta' Għar Lapsi. Biex tifhem ix-xogħol li jmur wara t-trobbija tan-naħal, il-gazzetta ILLUM staqsiet diversi mistoqsijiet fosthom; kif jitrabba n-naħal u kif isir l-għasel. Il-miġbgħa tan-naħal f 'Għar Lapsi Hekk kif ix-xagħri tela', Carmel Zammit beda' triqtu għal-miġbgħa tan-naħal (apiary). Qabel il-Maltin kienu jużaw qolla tal-fuħħar biex irabbu n-naħal iżda fil-preżent jintużaw kaxxi tal-injam. F'sena tajba, wieħed jaf isib eluf ta' naħal ġol-kaxxi fosthom in-naħla tal- għasel u l-bagħal tan-naħal iżda reġina tan-naħal dejjem waħda jkun hemm. Ir-reġina hi mara li tkun żviluppata biżejjed biex tbid il-bajd. Il-bgħula (drones) ikunu irġiel li jeżistu biss biex jgħammru lir-reġina u jiffertilizzaw. Imbgħad hemm n-naħla tal-għasel, naħal nisa li normalment ma jbidux bajd, u minflok jieħdu ħsieb it-trobbija tal-frieħ u l-produzzjoni tal-għasel. L-iktar li jkun hemm fil-kaxxa huma propju n-naħal tal-għasel. Il-ħajja tad-duqqajs "In-naħal jibnu ix-xehda, dik tkun magħmula mix-xema'," beda jispjega Zammit. Fi ftit kliem hu qal li x-xehda magħrufa aħjar bħala 'honeycomb' tinkludi fiha mijiet ta' ċelel bħal donnhom toqob żgħar. Hemm minnhom li fihom jitqiegħed il- bajd, u oħrajn jservu bħala maħżen għall- għasel. Zammit spjega kif f 'dawn iż-żminijiet, tar-rebbiegħa u tas-sajf, r-reġina tibda ddur ċella wara l-oħra u tbid fihom il- bajd. Hemm proċess sħiħ wara l-ħajja tad-duqqajs -dudu tan-naħal- li Zammit ma daħalx fih iżda tajjeb tkun taf li tieħu bejn wieħed u ieħor 21-24 ġurnata sabiex bajda issir naħla. Il-ħajja barra u ġewwa l-kaxxa tan- naħal Fis-silenzju u l-hemda qabel ma' jibda l-ġenn tas-sajf f 'Għar Lapsi, Zammit kompla jgħid kif ix-xogħol jinqasam bejn in-naħal skont l-eta'. In-naħal jagħtuna diversi prodotti iżda jieħdu min-natura wkoll fosthom in-nektar u l-għabra tad-dakra (pollen). In-nektar hu meraq li tipproduċi l-fjura apposta biex tiġbed l-insetti lejha. In- naħal jiġbed dan il-meraq li jkun ifuħ u pjuttost ħelu u jieħdu lura ġol-kaxxa imma mhux kollu. Parti minnu jibilgħu biex sintendi jibqa b'saħħtu. L-għabra tad-dakra nisimgħu ħafna bih speċjalment minħabba l-allerġija ta' uħud iżda dan hu utli ħafna għan-naħal. In-naħal ma jixorbux l-għabra tad- dakra għax bħal ma' jissuġerixxi ismu dan hu bħal trab. Hemm żewġ modi ta' kif tinġabar din l-għabra, jew teħel ma' ġisem in-naħal jew inkella jiġbruh ġo but li n-naħal għandhom fuq is-saqajn ta' wara. Lura fil-kaxxa, kemm in-nektar u anke' l-għabra tad-dakra, jitħaltu u jingħata lid-dud u n-naħal iż-żgħar. L-għabra ż-żejda tinħażen ġoċ-ċellel u tingħalaq b'dik li Zammit sejjaħ bħala 'capping'. Bil-paċenzja kollha hu kompla jfiehem kif skont il-fjuri u s-siġar, in-naħal jipproduċu għasel differenti. Spjega wkoll li la darba jidra l-post, in-naħal jippreferi jieħu mill-istess tip ta' siġra jew fjura li togħġbu imma f 'ċirkostanzi oħra jispiċċa jlaqqat minn fejn isib. X'inhuma dawn iċ-ċirkustanzi, Zammit spjega aktar tard. Min-natura, in-naħal jieħu wkoll iż- żaftura (propolis). Din tweħħel kważi kolla u n-naħal jiġborha mis-siġar. Iż- żaftura tintuża min-naħa biex iweħħlu fejn ikun hemm bżonn forsi xi toqob fiċ- ċellel jew xquq. Aparti dan kollu, in-naħal jieħu wkoll l-ilma li jużah ukoll għall-għasel. L-istruttura tal-kaxxa tan-naħal Carmel Zammit bejn kelma u oħra, kompla għaddej b'xogħlu. Malli wasal maġenb l-ewwel kaxxa, qabad dak li hu sejjaħ bħala il-minfaħ (smoker). Dan il-minfaħ jużah biex id-duħħan tiegħu jikkalma n-naħal u b'hekk ma jattakax lil min irabbih. Zammit fetaħ l-għatu tal-kaxxa tal- injam u bil-mod tah daqqa biex in-naħal mweħħel miegħu jaqa'. Bil-kalma kollha spjega li meta tiftaħ il-kaxxa importanti Ħdejn Għar Lapsi għall-ħoss Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Carmel Zammit, li jrabbi aktar minn 150 kaxxa naħal madwar Malta. Nagħtu ħarsa lejn il-ħajja tan-naħal barra u ġewwa l-kaxxa, l-għodda li jintużaw, il- produzzjoni tal-għasel ta' Malta u ħafna aktar… Alan Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021