Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 • illum Diversi favur l-introduzzjoni ta' ċertifikat diġitali tal-vaċċin sidien, operaturi, sportivi u artisti Għandna nikkunsidraw l-użu ta' ċertifikat tal-vaċċin biex attivitajiet jew stabbilimenti magħluqa jkunu jistgħu jergħu jiftħu l-bibien tagħhom? X'jaħsbu nies minn setturi differenti? X'qed jagħmlu pajjiżi oħra? YENDRICK CIOFFI Aktar ma joqrob is-sajf u aktar mal-każi jinżammu taħt kontroll, aktar qed tikber id-diskussjoni u jinħass ukoll il-bżonn li it it il-ħajja terġa' tibda tersaq lejn in-normalità, aktar u aktar issa li l-pajjiż qed iħares lejn l-1 ta' Ġunju bħala l-ġurnata li fiha jerġa' jagħti spinta lit-turiżmu. Propju għalhekk li qed tqum id-diskussjoni dwar jekk il-pajjiż għandux jintroduċi l-użu ta' 'green pass' jew ċertifikat tal-vaċċin biex ikun jista' jintuża mhux biss għas-safar, iżda anke lokalment, pereżempju biex persuna tidħol f 'nightclub jew inkella tattendi attivitajiet li bħalissa huma nieqsa għal kollox. F'pajjiżi oħra wkoll għaddejja din id-diskussjoni u saħansitra hemm pajjiżi li bdew jużaw dan il-prinċipju li it tal-ġimgħat ilu, fuq din l-istess gazzetta, tkellem dwaru Howard Keith Debono, il-President tal- Assoċjazzjoni Maltija għall- Industrija tal-Arti u d-Divertiment, l-industrija li qalgħet daqqa ta' ħarta tajba bil-pandemija. Iżda f 'Malta x'se jsir? X'jaħsbu persuni minn setturi varji dwar dan? Jaħsbu li dan jista' jkun parti mis-soluzzjoni? L-ILLUM tistaqsi... 'Ilna nipproponuha mis-sena li għaddiet ... hemm pajjiżi li qed japplikawha' Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra għall- Intrapriżi Żgħar u Medji, Abigail Mamo, saħqet li l-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji ilha mis-sena li għaddiet tipproponi l-użu ta' ċertifikat jew passaport tal- vaċċini għall-użu domestiku. Fakkret li pajjiżi kienu wkoll qed jitkellmu fuq dan u llum hemm pajjiżi li qed japplikawha, kemm b'mod definittiv u anke bħala prova. "Xi drabi aħna aktar insegwu dak li jkunu għamlu pajjiżi oħra," insistiet Mamo. Madanakollu kkonfermat li l-awtoritajiet, fost affarijiet oħra, issa jidher li qed jikkunsidraw din il-proposta. Insistiet li l-użu ta' dan iċ-ċertifikat jista' jintuża f 'ħafna oqsma inkluż f 'każ ta' okkażjonijiet bħalma huma t-tiġijiet li bħalissa huma wieqfa għal kollox. Fil-fatt, Mamo fakkret li l-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, fost oħrajn, tirrappreżenta wkoll żewġ setturi li bħalissa huma wieqfa għal kollox, it- tiġijiet u anke dak tal-attivitajiet, bħalma huma l-konferenzi, il-wirjiet, il-fieri etċ. Insistiet li fil-każ taż-żewġ setturi, faċli ħafna li wieħed jintroduċi kontrolli, bħalma huma ċ-ċertifikat tal-vaċċin u anke r-rapid testing. Saħqet li anke fil-każ ta' konferenzi, importanti li jkun hemm dawn il-kontrolli li jiffaċilitaw mhux biss l-attività, għax iserrħu ras min se jattendi imma anke jipprevenu tixrid tal-virus. "Indipendentament mill-immunità tal-massa, dawn il-kontrolli huma importanti," saħqet Mamo. Innutat ukoll kif skont l-aħħar aġġornamenti mediċi li jsiru kull Ġimgħa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, wieħed mill-fatturi ewlenin li qed iwasslu għaż-żieda fil-każi mhux qed ikunu l-ġemgħat iżda każi importati. Kien għalhekk li saħqet li jekk se niħu għal aktar turiżmu, importanti li jkun hemm din is-sistema ta' kontrolli li tkun qed taħdem. 'Għaliex le? Għandu jintuża mill-atleti u minn dawk li l-isport huwa ħajjithom' Iċ-Chairperson ta' SportMalta, Luciano Busuttil ukoll kien favur li jkun introdot ċertifikat tal-vaċċin domestiku li jkun jista' jibda jintuża biex atleti u nies oħra li l-isport huwa ħajjithom, jerġgħu jibdew jitħarrġu u jipprattikaw l-isport li jħobbu. Insista li diversi pajjiżi oħra wkoll bdew jużaw jew inkella qed jikkunsidraw l-użu ta' dan iċ-ċertifikat tal-vaċċin mhux biss għas-setturi tad- divertiment imma anke fl-isports u t-taħriġ. Busuttil fakkar li ħafna mill- isport bħalissa huwa wieqaf għal kollox u insista li dan iċ-ċertifikat jista' jgħin biex anke fil-każ ta' sport li huwa meqjus ta' riskju għoli għall-Covid-19, bħal futbol u l-waterpolo, ikun jista' jkompli t-taħriġ u eventwalment il-logħob. Fil-fatt, bħalissa, anke jekk taħriġ ta' sport ieħor bħat-tennis jista' jsir u ddeskriva dan bħala pass importanti 'l quddiem, fakkar li hemm sport ieħor li huwa wieqaf għal kollox. Insista li apparti l-atleti li jieħdu sehem u jirrappreżantaw lil Malta anke f 'kampjonati internazzjonali, hemm ukoll persuni li għalihom l-isport huwa ħajjithom u li, fi kliemu, mingħajr sport mardu mentalment. "Dawn huma każi li niltaqgħu magħhom," saħaq. Kien għalhekk li saħaq li huwa favur li dan iċ-ċertifikat tal-vaċċin jibda jintuża mhux biss biex partitarji jkunu jistgħu jassistu għal-logħob, imma l-ewwel u qabel kollox biex l-atleti u l-isportivi jerġgħu jibdew jitħarrġu, partikolarment fil-każ ta' sports li hu wieqaf għal kollox għax bil-miżuri preżenti, mhux possibbli li jkun ipprattikat. Ma naqbilx ... jikser id-dritt fundamentali tal-għażla tal- persuna Iċ-Chaiperson tal- Aġenzija Kulturali għall- Belt Valletta, Jason Micallef, qal ċar u tond li ma jaqbilx ma' ċertifikat tal-vaċċin domestiku. Insista li huwa kontra dan it-tip ta' kontroll, għax fi kliemu dan jikser id-dritt fundamentali tal-għażla tal-persuna li ma tkunx ħadet il-vaċċin. Saħaq ukoll li jista' jkun hemm persuni li għal raġunijiet varji jkunu ħadu l-vaċċin iżda xorta waħda jkollhom dritt li ma jagħtux il- kunsens biex ikollhom dan id-dokument biex jippreżentawh mal-bieb biex jidħlu t-teatru, mużew jew inkella fi spazji kulturali pubbliċi oħrajn. "Għandu jkun hemm miżuri oħrajn, tajbin biżżejjed li jimmitigaw is-sitwazzjoni f 'dawn l-ispazji u oħrajn fejn jattendu n-nies," insista Micallef. Jason Micallef Abigail Mamo Luciano Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021