Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 li tagħmel kollox bil-mod biex lin-naħal ma taħsdux. Bin-naħal iddur miegħu, qala' l-għatu tar-reġina ukoll. Dan ikun bħal saff ew separatur li jifred ir-reġina minn naħal l-ieħor għal bosta raġunijiet. Zammit ċċara li jekk ir-reġina ssib iċ-ċans tibqa' tbid f 'kull ċella li ssib u din hi waħda mir-raġunijiet għaliex jissepara r-reġina mit-tilari l-oħra. L-istruttura li jużaw f 'dawn iż- żminijiet, tippermetti lil persuna li jrabbi n-naħal biex juża' dawk msejħa żidiet. Dawn huma kaxxex żejda li jitqegħdu fuq il-kaxxa tad-duqqajs u jimtlew bix-xehed tal-għasel. L-ewwel kaxxa li fetaħ Zammit ma kienx fiha x-xehed tal-għasel iżda kien fiha biss ix-xehed bil-bajd u bid-dud tan- naħal. Biex jagħti demostrazzjoni aħjar ta' kif tidher kaxxa tan-naħal kompluta, hu mexa għal kaxxa oħra. Mid-dehra tagħha kienet diġà tidher ferm itwal. Għal darba oħra reġa' qabad il-minfaħ u beda' jiftaħ it-tieni kaxxa tan-naħal. Din id-darba Zammit fetaħ l-għatu ta' fuq u permezz ta' sikkina beda' jissepara x-xehed tal-għasel. Hawn li vera taprezza x-xogħol tan- naħal, permezz tal-produzzjoni estensiva tagħhom ix-xehed tal-għasel f 'dan it-tilar kienu magħquda qishom ħaġa waħda. Zammit enfasizza l-importanza li dejjem tibqa' taħdem bil-mod. Skont hu n-naħal jaf ikun kalm jew aggressivi, fil- każ ta' din il-kaxxa n-naħal kien aggressiv. La darba lesta, Carmel Zammit għalaq kollox. F'dan ix-xagħri hu għandu iktar minn kaxxa waħda kemm biż-żidiet u anke' mingħajr. Filwaqt li x-xemx bdiet tinkih, Zammit irtira għal-kenn taħt siġra u flimkien mal-gazzetta ILLUM kompla jispjega iktar fid-detall in-naħal li hu tant iħobb. Fil-ħlewwa tal-għasel Kif stabbilixxejna diġà dan it-tip ta' naħal ma jittrabix biss għall-għasel. Zammit irrakonta lil gazzetta ILLUM, kif jumejn qabel ħabat subajgħ ma' kantun u l-uġigħ żammu milli jaħdem. Ma damx jinkwieta għax bis-saħħa tal- propolis fejjaq subajgħ mingħajr ansjetà. In-naħal jipproduċi dak li hu msejjaħ propolis mix-xama' tagħhom stess. Hu maħsub li dan il-propolis għandu ħafna proprjetajiet antibatteriċi kif ukoll antifungali u anti-infjammatorji. Sfortunatament ir-riċerka xjentifika dwar il-propolis hi pjuttost limitata imma skont Zammit dan il-prodott jagħmel ħafna ġid. Hemm ukoll ix-xama' tan-naħal magħrufa wkoll bħala x-xama isfar. Din hi sustanza mnissla mill-glandoli tan- naħal li tintuża' biex jibnu ix-xehda fost oħrajn. L-għeddewa tan-naħal Bħalma l-indjani sabu l-cowboys jheddulhom l-abitat primarju tagħhom, in-naħal ukoll isibu bosta speċi jheddu l-eżistenza tagħhom. Bilqegħda għad- dell, fuq is-swaba ta' idejh, beda' jgħodd l-għeddewwa tan-naħal malti. Nibdew bin-nemel, dawn jisirqu l-għasel kull meta jsibu ċ-ċans u jigdmu s-sieq u l-ġwienaħ ta' kull naħla li tipprova twaqqafhom. Din hi r-raġuni għaliex persuni li jrabbu n-naħal ġeneralment jaqtgħu l-kaxxi mill-art. Żunżana ddur ddur, fuq il-bejt tal- kaċċatur, iżda jekk tibqa' fuq il-bejt ma tantx jimporta. Iż-żunżan, msejjaħ ukoll bħala qerd in-naħal u ż-żanżun (german wasp) jħobbu jsibu posthom quddiem l-entratura tal-kaxxa tan-naħal li tinsab isfel. Lesti biex jattakkaw, huma jistennew lin-naħal jiġu mgħobbija bl-għabra tad- dakra. Kif issibuhom tqal, jaqbżu fuq dahrom, jaqsmuhom u jitilqu jifirħu b'ras u sider il-vittma lura lejn sħabhom. Hawn Zammit spjega li l-entratura importanti tkun żgħira biżżejjed li jidħol in-naħal biss. Hemm ħafna iktar insetti kif ukoll xi mammiferi bħal ġrieden u firien li jkomplu jheddu ħajjiet in-naħal. Biex ifakkar il-parteċipazzjoni tat-tajr f 'dan l-aspett, għasfur tal-bejt dlonk niżel ma' saqajn Zammit, seraq katavru ta' naħla u tar b'veloċità liema bħala. B'tbissima Zammit qal lil din il-gazzetta li t-terminu 'qerd in-naħal' jista' jirreferi wkoll għal tajra. Bħal ma isimha jissuġerixxi din it-tajra teqred bosta naħal flimkien ma' speċi oħra ta' tajr bħall-għasfur ta' San Martin. Iżda l-għeddewa tan-naħal imorru lill-hinn minn hekk. L-ikbar għadu għal dawn il-kreatturi jibqa' l-bniedem. Fil- verità l-għasel suppost jintuża biex in- naħal issotni ruħu, allura meta bniedem jabbuża jaf joqtolhom bil-ġuħ. Apparti minn hekk, l-użu tal-bexx ma jgħinx lanqas. Hemm modi oħra kif bniedem jagħmel ħsara u saħansitra jhedded l-eżistenza tan-naħla ta' Malta. L-aħħar waħda li semma Zammit hi dik li f 'Malta qed insemmu frekwentament dan l-aħħar, l-iżvilupp. Jekk qed issib ruħek tistaqsi kif l-iżvilupp ideffes hawn wkoll, dan ir- raġel spjega bir-reqqa kif. Apparti r-raġunijiet ovvji bħal iktar art żviluppata mela inqas art fejn jitrabba n-naħal, hemm raġunijiet oħra. Persuna li tiddeċiedi li trid trabbi n-naħal, dejjem huma mħeġġa jsibu post fejn in-naħal ma jtellifx in-nies. Issa immaġina ruħek fiż-żarbun ta' nies bħal Carmel Zammit li viċin fejn irabbi n-naħal tiegħu f 'Għar Lapsi stess ġie propost li jinqeleb bħala sit tal-caravans. Apis Mellifera In-naħal ta' Malta jagħmel parti minn madwar 20,000 speċi oħra ta' naħal li s'issa ġew skoperti fid-dinja. Hemm kunsinna ta' raġunijiet għaliex in-naħla ta' Malta hi speċjali. 'Apis mellifera' jew 'honey bee' hi l-iktar naħla komuni fid-dinja iżda ġeneralment issibha f 'postijiet Ewropej u Afrikani. Dawn in-naħal huma l-iktar famużi għall-għasel, x-xama' u l-pollinazzjoni. 'Apis mellifera ruttneri' hi speċi ta' naħal li oriġinat minn Malta. Dan l-ispeċi mhux biss jagħtina l-għasel imma x'aktarx ikkontribwixxa għall-isem tal- gżejjer tagħna. Dan għaliex il-Griegi tal- qedem laqmu l-Malta Μελίτη (Melitē) li tfisser "ħelu għasel". In-naħal ta' Malta hu iktar skur u jadatta tajjeb għal sjuf niexfa u xtiewi friski. Bħalna l-Maltin, dawn in-naħal huma fost l-uniċi naħal li ma jħobbux joqgħodu fis-solitudni u minflok jgħixu ġol- miġbgħa. Huma pjuttost razza difensiva u taf tkun aggressiva anke' skont dawk li jrabbuhom. Zammit fakkar li dan l-ispeċi qiegħed jiġi estint imma t-Taqsima tal-Apikultura tad-Direttorat għad-Diversifikazzjoni u l-Kompetittività qed taħdem biex tnissel din ir-razza u tassigura il-livell ta' purità. għall-ħoss tan-naħal ta' Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021