Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392
13 intervista illum • IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 għaliha din, imma hemm rikonoxximent tal-bidla li ser iġġib, inkluż minn Reporters Without Borders." X'tip ta' leġiżlazzjoni qed iħarsu lejha iżda? Hi tgħid li l-proċess għadu jibda, imma l-MEPs li qed iħejju dan ir-rapport qed jaraw sitwazzjoni fejn dan jorbot lill-pajjiżi u fejn hemm bżonn anke joħloq sanzjonijiet għall- protezzjoni tal-ġurnalisti u l-Kmamar tal- Aħbarijiet. Hi qalet illi jista' jkun ukoll li tinħoloq kategorizzazzjoni ta' ġurnalisti - jekk persuna hix blogger, per eżempju. 'Sħubija fl-UE għat-Turkija m'għadhiex għażla' Issir ħafna diskussjoni dwar SLAPP u drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-espressjoni u fl-istess ħin l-UE għadha qed tikkunsidra li t-Turkija - fejn il-Gvern ta' Erdogan sar notorju għal ksur, mhux il-ħarsien tad- drittijiet tal-bniedem - issir membru tal-UE. X'taħseb Roberta Metsola? Hija qalet illi f 'diskussjoni ma' Charles Michel (President tal-Kunsill tal-UE) u Ursula Von Der Leyen (President tal-Kummissjoni Ewropea) ħareġ ċar li issa d-diskors ma għadux dwar sħubija tat-Turkija fl-UE. "Biss inti trid tkun taf x'inhu jiġri madwarek fil-pajjiżi ġirien - bħat-Turkija, ir-Russja u l-Libja." Hija tgħid li s-sitwazzjoni bit-Turkija hija it differenti hekk kif hemm ehim li permezz tiegħu t-Turkija qed iżomm eluf ta' immigranti, speċjalment mis-Sirja, hi u l-UE qed tagħti l-flus għal dan il-għan: Madwar sitt biljun ewro. Hija qalet illi ladarba t-Turkija ħarġet mit-Trattat ta' Istanbul (l-ironija!) - li joffri protezzjoni lin-nisa speċjalment minn vjolenza u anke fid-dawl tal-mod kif qed titratta l-parti ta' Ċipru fil-kontroll tagħha, sħubija fl-UE ma baqgħetx għażla għat- Turkija. "Imma meta jkollok ġar ġeo-politiku daqstant importanti, ma tistax tinjorah." 'Sa qabel l-2013 ma kienx hawn dibattiti dwar Malta' Induru fuq l-aktar punt li dwaru Metsola taqla' kritika. Dibattitu bħall-aħħar wieħed li sar fil-Parlament Ewropew dwar il-każ ta' Daphne Caruana Galizia - proprju fil-ġimgħa meta kien hemm żviluppi kruċjali - fosthom arresti - fil-każ u f 'każi oħrajn. X'ħa l-pajjiż? Ma saħħitx hi stess in-narrativa Laburista li hi u David Casa qed jippruvaw jagħmlu ħsara għal gwadan partiġġjan? Kieku tidħol fid-dar ta' xi ħadd u jgħidilha hekk, kif twieġeb? "L-ewwel li nagħmel huwa li nixgħel il- filmat illi juri dak li għidt jiena fil-Parlament Ewropew, meta qomt u għidt li jiena kburi b'pajjiżi u bil-poplu Malti u l-avvanzi kbar li għamel, f 'isem dawk il-Maltin li jixtiequ jaraw li r-reputazzjoni tagħna titranġa. Sa qabel l-2013, ma kienx hawn dibattiti dwar Malta," qalet Metsola. Hi sostniet ukoll li "wara snin jgħajjruna giddibin, dak kollu li konna ngħidu jirriżulta li kien minnu - kien bażi biżżejjed biex Keith Schembri jitressaq il-Qorti." Metsola sostniet li kif il-Parlament Ewropew jitkellem fuq ħafna sitwazzjonijiet f 'ħafna pajjiżi, "ma setax ma jitkellimx fuq pajjiż li sal-2013 kien igawdi tant rispett." Hija qalet illi l-kritika taċċettaha imma li ma taċċettax huwa li tfajliet li jkunu jixtiequ jidħlu fil-politika jibqgħu lura għax jibżgħu li se jiġu attakkati u mżebilħa, kif tgħid li l-PL jagħmel lilha. Tgħid ukoll illi l-PL qed ikun selettiv u ma jsemmiex kemm fil-fatt l-MEPs tal-PN jaħdmu ma' dawk Laburisti għal emendi f 'diversi oqsma, li jolqtu lil diversi ħaddiema u tfakkar li huma kienu vvutaw favur Karmenu Vella bħala Kummissarju Ewropew. "Din l-ispin ta' kollox blu u kollox aħmar trid tieqaf. Anke irċevejt ittra mingħand tifel dwar il-faqar, bdew jgħidu li mhux vera kitibha jew li kitibhieli xi ħadd - fejn hija l-qalb mal-ħaddiema u l-foqra tal-Partit Laburista?' staqsiet Metsola. Vaċċin u Intelliġenza Artifiċjali Metsola kienet ukoll qed tmexxi inizzjattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-varjanti. Roberta Metsola qalet illi din l-inizzjattiva issa għaddiet u saret ukoll proċedura iktar mgħaġġla biex kumpaniji li diġà għandhom il-liċenzja biex jipproduċu vaċċin, jassiguraw li meta jidħlu l-varjanti jkunu assigurati boosters jew inkella li l-vaċċin ikun mibdul b'mod li jkun jiflaħ jiġġieled il-varjant il-ġdid. Dwar il-vot tagħha fil-Kumitat tal- Libertajiet Ċivili li jitratta l-abbuż frott tal- Intelliġenza Artifiċjali, hija qalet illi filwaqt li qed isseħħ bidla rivoluzzjonarja huwa importanti li niakru li bħal f 'kollox anke l-Intelliġenza Artifiċjali għandha n-naħa inqas pożittiva. "Għalhekk qed niddiskutu qafas etiku - li jipproteġi, fost oħrajn, lit-tfal," qalet Roberta Metsola. Bernard Grech: 'Il-karatteristiċi kollha biex jimplimeta l-viżjoni tal-PN' U finalment il-gazzetta tistaqsi lil Metsola jekk hix qed tħares lejn karriera politika lokali - anke fid-dawl tal-fatt li kull darba li jkun hemm xi ċaqlieq fit-tmexxija tal-PN jissemma' isimha. Hi tgħid li probabbilment tissemma' għaliex hi titkellem u tieħu pożizzjonijiet anke meta jkunu dwar kwistjonijiet diffiċli. "F'Bernard Grech għandna Kap li għandu l-karatteristiċi kollha sabiex jimplimenta l-viżjoni tal-PN ladarba l-partit ikun fil-Gvern u sabiex jgħaqqad lill-partit." Dwarha iżda Metsola ma kkumentatx u qalet biss li hi mhux se titkellem fuq sitwazzjonijiet ipotetiċi. "Ilum fil-PN ninsabu magħqudin, biex nikkonfrontaw, biex niddiskutu u nagħmlu l-politika," temmet l-intervista l-MEP Roberta Metsola. konna ngħidu jirriżulta li kien minnu...' Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ- ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il- ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.