Illum previous editions

ILLUM 2 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 • illum Minn ċafċifa fil-baħar ma' Gigi ta' Ira, Aiden u oħrajn Il-gazzetta ILLUM tiltaqa ma' iktar personalitajiet Maltin biex issir taf x'se jkunu qegħdin jagħmlu dan is- sajf, l-istaġun tant mistenni minn kulħadd pero' din is-sena taħt xi ftit ta' sħaba minħabba l-pandemija MARIANNA CALLEJA Bosta Maltin irriutaw l-idea li se jqattgħu sajf ġewwa. Malta diġà sofriet it-telfa tal-festi Maltin filwaqt li sa ċertu punt ġew sfurzati li jibqgħu f 'darhom jistennew l-pandemija tgħaddi. Vera li bosta stazzjonijiet tat- televiżjoni bdew jirrepetu drammi maħbuba mal-Maltin biex 'ikun hemm x'tara', imma kemm se ddum ġewwa tara Becky u Simpatiċi? Bir-rilaxx tal-biċċa l-kbira tal- miżuri nhar il-Ħadd li għadda issa l-Maltin jistgħu jippjanaw iktar kif se jqattgħu l-ġranet sajfin li ġejjin. L-ILLUM lil xi personalitajiet x'se jagħmlu. 'Li tieħu ħsieb lilek innifsek mhux egoiżmu' - Caroline Paris, Influencer u sid ta' negozju Sa it snin ilu Malta ma kienetx taf x'inhu l-kunċett ta' 'Influencer'. Li nistgħu ngħidu żgur hu li d-dinja tal-Influencers u Instagram f 'Malta ma setax isir dak li hu bħalissa mingħajr il-kontribuzzjoni ta' nies bħal Caroline Paris. Għal min forsi mhux mitħla ta' Instagram jew ma jafx min hi din il-bniedma unika, Caroline Paris hija stilista, blogger u influencer tal-moda f 'Malta. Dawn it-titli kollha qatt ma waqfu lil Caroline milli żżomm saqajha mal-art, lanqas meta fetħet in-negozju tagħha, 'mon éclat'. Dan intwera biċ-ċar ukoll fir- risposti li tat lil din il-gazzetta. Paris irrakontat kif dan is-sajf se jkun qed jilimitaha ħafna fejn jidħol safar u ħruġ. Minħabba f 'hekk, Caroline Paris iddeċidiet li se tieħu l-opportunita' li titgħallem iktar fuqha innifisha. Hi beħsiebha titgħallem terġa' tħobb lilha innifisha filwaqt li tintilef fid- dinja tal-kotba u forsi tagħmel xi eżerċizzju. L-aħħar ħaġa fuq l-aġenda ta' Paris għal dan is-sajf hi li tmur tara il-mewġ iħabbat mal- blat f 'inżul ix-xemx. 'Ingawdi iżjed ħin mal-familja' - Aiden Cassar, Kantant 'Ingawdi iżjed ħin mal-familja' - Aiden Cassar, Kantant "Ħa tkun taf kemm sirt naħseb fik," jekk dik l-istrofa int kantajt mela kapaċi taqta' min hu dan il-kantant. Aiden Cassar riċentament sploda fil- popolaritá bid-diska tiegħu 'Naħseb fik.' Dan iż-żagħżugħ dħuli ma tantx trid ħafna biex issir tħobbu u għalhekk l-gazzetta ma setgħatx ma tistaqsix lilu wkoll x'se jkun qed jagħmel dan is-sajf. L-ewwel kummenti tal-kantant kienu bħal tal-maġġoranza, "ingawdi iżjed ħin mal- familja" u bħal mużiċisti l-oħra se jkompli jaħdem fuq diski ġodda. Iżda dan mhux kollox! Cassar qal lil din il- gazzetta, li qed jippjana li jsiefer safra kbira u twila madwar l-Ewropa fil-kumpanija ta' xi ħadd għażiż. Ħeqq fejn taf? Forsi jispira ruħu mill-muntanji tal-Alpi jew mill-belt romantika ta' Pariġi taħt it-torri Eiffel u joħroġ album sħiħ b'melodiji sbieħ la darba jirritorna lura. 'Nieħu lil Marley l-baħar' - Wayne Pace, Wrestler Professjonali Il-gazzetta ILLUM tkelmet ukoll mall-atleta dedikat Wayne Pace. F'intervista li kienet saret ma' Pace, wieħed seta' jiem ix-xogħol uniku li jagħmel hu, dak tar-wrestling professjonali. L-iġgant ġentili beda' billi jgħid li ma jiflaħx jistenna iktar biex jerġa jirritorna fit-triqtu għal-Ġappun u pajjiżi oħra biex jiġġielled. Wieħed irid jiem li ħajja ta' wrestler professjonali barra minn Malta iqattagħa jivvjaġa minn post għall-ieħor, sintendi l-burdelli u l-praspar ma' jonqsux. Ir-wrestler professjonali fetaħ qalbu ma' din il-gazzetta u qal li qed iħoss in-nuqqas ta' sħabu u l-avventuri tagħhom fit-triq. Fl-aħħar, Pace umli bħal dejjem, qal li għalissa qed jaħseb biss fir-ritorn tal-istudenti tiegħu fl-akkademja għal wara 10 ta' Mejju. Intant hu ċċara li xorta se jgawdi s-sajf billi jqatta il-ġranet sħan fejn il-baħar taħt ix-xemx tisreġ f 'Wied iż- Żurrieq, akkumpanjat ma' sieħbu, il-kelb tar-razza Husky, Marley.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 May 2021