Illum previous editions

ILLUM 2 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 Gigi għal safra kbira … Is-sajf Il-personalità li tkellmet fl-aħħar ma' din il-gazzetta m'għandha bżonn l-ebda introduzzjoni. Deskritta bħala r-reġina tal-POP f 'Malta, Ira Losco wkoll qasmet l-ideat tagħha fuq kif se tqatta' s-sajf. L-ewwel xewqa tagħha hi waħda li forsi taqsam mal-kumplament tal- artisti f 'Malta, dik li dan is-sajf terġa titla fuq il-palk biex tkanta. Filwaqt li tifhem li ċertu miżuri se jorbtuhom milli jagħmlu dan, ma tistax ma tinnotax illi għal Ira li twassal il- mużika tagħha lin-nies hi aktar minn sempliċiment passjoni. Skont Ira, l-industrija tal-mużika f 'Malta soffriet daqqa ta' ħarta liema bħalha minħabba l-COVID-19 u "se ndumu biex noħorġu minnha." Fuq l-istess nota tal-pandemija, il- kantanta flimkien ma' Matthew James ħarġet kanzunetta mimlija tama bl- isem ta' 'Tbissem'. Għalkemm ma kienx hemm bżonn diska biex niftakru fit-tbissima sinċiera ta' Ira Losco, id- diska 'Tbissem' tqawwilek qalbek li għad xi darba naraw id-dawl fl-aħħar tal-mina. Ninsew għal ftit il-mużika, Ira Losco reġgħat saret omm għat-tieni darba propju din is-sena. Hi rrakontat kif l-iktar ħaġa li fiċ-ċert tixtieq tagħmel dan is-sajf hi li tqatta' ġranet twal fejn il-baħar tara lit-tifel tagħha Harry jibni l-kastelli fir-ramel u l-iċkejkna Gigi tinżel għall-ewwel ċafċifa. Hi temmet tgħid li dan is-sajf se tieħu l-opportunità li tiekol barra, fir- ristoranti filwaqt li dejjem tosserva l-miżuri. Influencer oħra li tat kontribut kbir lid-dinja tal-midja soċjali f 'Malta hi MarieClaire Portelli. Din it-tfajla hi stilista iżda wkoll fotografu tal-moda. L-imħabba tagħha għal-kuluri newtrali tispikka sew fuq il-profil tagħha u la darba tidħol fih faċli tintilef f 'serenità liema bħala. Portelli stqarret li għandha bżonn issiefer kemm jista' jkun malajr. Spjegat li m'hemmx bżonn safra kbira imma mqar iżżur xi waterpark fl-pajjiż viċin tagħna. Matul il-pandemija, Portelli ammetiet li ma tatx kas ta' saħħitha kemm fiżikament u anke mentalment. L-istaġun tas-sajf jimmotivaha biex terġa tqum fuq saqajha. Biex tikonkludi, hi spjegat li l-pandemija, bla ma riedet sfurzata titbiegħed minn kulħadd u issa wasal iż-żmien li tirritorna għal dak li kienet qabel "bis-saħħa tal-kumpanija ta' dawk li vera tħossok tajjeb magħhom." Allura l-aħħar ħaġa li trid tagħmel hi li tqatta' l-ħin mal-familja u mal-ħbieb. 'Iktar ħin għall-karriera' - Celine Aguis, Kantanta u Glen Sacco, Kittarist Din il-gazzetta dejjem kienet minn ta' quddiem biex tinkoraġġixxi talent ġdid. Celine Aguis jista' jkun li mhux wiċċ ġdid ma' dawk li segwew X Factor fis-snin li għaddew iżda issa din il-kantanta ssieħbet mal-kittarist Glen Sacco. Bir-raġun il-pjanijiet tas-sajf għal Celine Aguis issa qed jevolvu madwar il-grupp ġdid tagħha CEL&Sacco. Ix-xewqa mhux biss ta' Aguis imma wkoll ta' Sacco hi li jieħdu dak li prattikkaw mas-sufan tas-salott għal ġo kunċert quddiem udjenza. Il-grupp li jifokka fuq il-ġeneru 'blues' u 'soul' qegħdin jaħdmu fuq album ġdid u infatti din il-gazzetta tista tiżvela li dan l-album għandu joħroġ qrib Ġunju. Aguis qalet ukoll li fis-sajf se tinvesti iktar ħin fil-karriera tagħha u fuq il-grupp. Il-ħolma ta' CEL&Sacco hi li fil-futur jikkolaboraw ma' artisti stabilliti u allura dan se jibqa jżommhom motivati biex ma jaqtgħux mix- xogħol matul is-sajf. 'Harry jibni l-kastelli fir-ramel u l-iċkejkna Gigi tinżel għall-ewwel ċafċifa' - Ira Losco, Kantanta 'L-ewwel ħaġa li nixtieq nagħmel hija li nsiefer' - MarieClaire Portelli, Influencer u fotografu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 May 2021