Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392
16 letteratura IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mario Azzopardi llum f'nofs triq matul il-medda Is-Sanatorju tal-Mistiċi skont Rowna Baldacchino Lejla minnhom lejn nofs is-snin disgħin ħriġt niġri mill-Hotel Osborne wara l-poeta Mario Azzopardi ħalli nistaqsih ċerta mistoqsija li kienet ilha tberren f 'moħħi s-snin. Lebbitt kemm stajt ma jmurx jilħaq jgħib fid- dlamijiet ta' Triq Nofs in-Nhar tal-Belt Valletta. Dik il-ħabta l-Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer kienet qiegħda torganizza sensiela ta' laqgħat għalina l-istudenti tal- matrikola tal-Malti fil-livell avvanzat ma' diversi poeti u kittieba lokali, fosthom Oliver Friggieri, Achille Mizzi u Mario Azzopardi. L-istudenti li kienu qegħdin iħejju ruħhom għal dan l-eżami kienu diġà midħla ta' dawn it-tlieta: ta' Friggieri għax il-poeżiji tal-poeti romantiċi li konna nistudjaw kienu lkoll miġbura f 'ġabra mħejjija minnu, Mizzi għax kien il-poeta modern ewlieni tas-sillabu ta' dika l-ħabta, Azzopardi għax kien ippubblika żewġ kotba kritiċi ċkejkna rigward id-drammi ta' Francis Ebejer. Jekk niġu f 'dan tul l-aħħar sentejn tas-sekondarja diġà konna tlaqqajna ma' xogħolhom fil-ġabra Qawsalla: lil Friggieri għax kien ħa ħsieb jiġbor din l-antoloġija letterarja għall- istudenti, lil Mizzi permezz tal- poeżija Ariżona, lil Azzopardi permezz tal-poeżiji Lullaby – Lil Jevgeny u Kantaliena lil Għajnejk. Dawn iż-żewġ poeżiji kienu laqtuni bil-kbir. Mhux l-inqas l-għidut li kont smajt dwar il-persunaġġ sovversiv tal-poeta nnifsu. Ibda biex introduċewni – wara tliet snin iddominati minn Dun Karm Psaila u l-bqija – għall-poeżija hekk imsejħa moderna tal- Moviment Qawmien Letterarju. Kien nifs tabilħaqq ġdid illi – bħal sajjetta fil-bnazzi – żvelali bosta modi possibbli ġodda ta' kif tista' tinkiteb, tinqara u tinfthiem il-poeżija. Nasal ngħid illi n-namra tiegħi mal- poeżija Maltija bdiet tirranka sewwasew f 'daka l-punt. Mhux għax il-poeżija "l-antika" kienet iddejjaqni, iżda mentri l-vrus tar-romantiċi – fosthom dawk ta' Dun Karm – fil-biċċa l-kbira kont kważi ninsiehom ladarba ddoqq il-qanpiena li ttemm il- lezzjoni, is-srieħi ta' daż-żewġ poeżiji t'Azzopardi (u xejn inqas Arizona ta' Mizzi) kienu jibqgħu miegħi: minn xi daqqiet matul il-lezzjonijiet sussegwenti, kultant fix-xarabank li kien iwassalni lura d-dar, ġieli wkoll fl-għeluq u fis-skiet ta' kamarti, spiss fil-Youth Centre tal-Fgura meta kont nersaq lejn ċerta tfajla b'għajnejha liemgħa bit- tama li ndewwibha bil-poeżiji t'Azzopardi. "Għajnejk ikantaw it-trawma miġnuna tar-raġel li qabeż minn fuq is-sur u f 'nofs il- waqgħa ma riedx jibqa' nieżel", għedtilha darba. "U bħalek xi trid tgħid biha din!?", qaltli. Ma fehmet xejn, sintendi. Kienet proprju din il- mistoqsija li saritli b'ċertu stagħġib minn dix-xbejba li ridt nagħmel dakinhar lil Mario Azzopardi wara tmiem il-laqgħa li kellna fil-Hotel Osborne. Iżda l-kurżità tiegħi ma kinitx dwar dawk il-versi li jtemmu l-poeżija Kantaliena lil Għajnejk iżda, pjuttost, dwar il-fehmiet xejn tas-soltu tiegħu kwantu l-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila. Ftit tal-ġimgħat qabel l-għalliem tal-Malti kien qalilna baxxa baxx illi 'l Azzopardi jidhirlu li Psaila ma jistħoqqlux it-titlu ta' poeta nazzjonali. Ma stajtx nifhem. Għaldaqstant issa li kienet messetni x-xorti li niltaqa' m'Azzopardi wiċċ imb wiċċ ridt insir naf sewsew x'ried jgħid biha. Ilħaqtu qabel lewa mal-kantuniera lejn Strada Rjali. "Dun Karm għamel ħafna għal-lingwa Maltija 'żda mbagħad għamel ferm inqas għall-Maltin li jitħaddtuha", kien qalli b'ton ċiniku. Bqajt ma fhimtx iżda, aktarx sforz is-suġġizzjoni, tmeżmiżt milli nibqa' nsus warajh. Fhimt biss ftit tas-snin wara – għad illi b'xi riżervi – meta ġie f 'idejja bla ħsieb l-istudju tiegħu Dun Karm: Bejn il-Vatikan, id-Duce u l-Kuruna (1993). Għandi nifhem illi meta l-għalliem tal-Malti kien għarrafna bid-"dawgħa" t'Azzopardi għandu mnejn kellu f 'moħħu l-għarukaża li seta' kien qanqal dan il-ktieb. Minn dakinhar ta' dika l-laqgħa fil-Belt lil Azzopardi rajtu darbtejn biss: darba fl- udjenza fit-teatru ta' Kavallier San Ġakbu u darba oħra waqt titjira lejn Brussell meta inzerta spiċċajt bilqegħda ħdejh bla ħsieb. Id-diskors Mario Azzopardi