Illum previous editions

ILLUM 2 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jfakkar lill-poeta Mario Azzopardi, sewwasew permezz tal-ġabra tiegħu Noti mis-Sanatorju tal-Mistiċi li nġiebet fl-Ingliż minn Rowna Baldacchino. Qabelxejn Saliba jfakkar f'meta ltaqa' l-ewwel darba m'Azzopardi, l-ewwel fil-poeżija u mbagħad ukoll wiċċ imb wiċċ. Filwaqt li ma jonqosx l-aċċenn għall- kontroversja dwar Dun Karm bħala l-poeta nazzjonali, Saliba jirrakmanda t-traduzzjoni ta' Baldacchino An Asylum for Mystics lil dawk kollha li għadhom ma fehmux x'inhi t-traduttoloġija. f 'dik l-okkażjoni ma kienx fuq Dun Karm iżda fuq it- traduzzjoni letterarja. Niftakar illi għarraftu li kont qiegħed naqleb l-eżistenzjalisti Franċiżi għall-Malti u li kien weġibni xott xott illi jkun ferm iżjed ta' fejda kieku naqleb, minflok, il- kittieba Maltin f 'xi lsien barrani. Tfantast. Aktarx ħadtlu rasu nfissirlu – tul sagħtejn sħaħ u did-darba bla suġġizzjoni – id-dubji tiegħi dwar din il-preferenza. Għandu mnejn tant kont ħadtu fuq demm id-dars li maż-żmien bħal insejt il-ħsieb li naqleb xi poeżiji tiegħu għat- Taljan, fosthom uħud minn dawk li dehru fil-ġabra notevoli Tabernakli (1979) kif ukoll, m'hemmx xi ngħidu, dawk iż-żewġ poeżiji li tant kienu saħħruni fl-aħħar snin tas- sekondarja. Dan in-nuqqas għamilt xi kemxejn tajjeb għalih biss tant snin wara, sewsew f 'dawn l-aħħar ġimgħat, proprju issa nel mezzo del cammin, bħalma tgħid waħda mill-poeżiji t'Azzopardi. Iżda forsi 'qas biss kien hemm wisq għalfejn: qabli, ftit snin wara dik il-laqgħa fuq l-ajruplan, kienet diġà ħadet ħsieb tagħmel dan l-iskultriċi u traduttriċi Rowna Baldacchino billi qalbet għall-Ingliż il-ġabra tiegħu Noti mis-Sanatorju tal-Mistiċi (1995) bħala parti mill-Maġisteru fit- Traduzzjoni. Fl-2016 din il-ġabra ta' traduzzjonijiet – An Asylum For Mystics (Mario Azzopardi in Translation) – dehret flimkien ma' valutazzjoni kritika tal- legat letterarju t'Azzopardi u kummentarju akkademiku dwar l-istrateġiji traduttoloġiċi li ħaddmet f 'din il-ħidma tagħha. F'dan tal-aħħar Baldacchino tiddiskuti – bħalma huwa xieraq illi jsir f 'teżi f 'dan il-livell – ix-xogħol tagħha fid-dawl ta' bosta traduttologi ewlenin, fosthom Peter Newmak, Ritva Leppihalme u Lawrence Venuti. Minkejja l-kwalità tat- traduzzjonijiet letterarji huwa proprju dan l-eżerċizzju akkademiku li laqatni l-iktar. Mhux għax nemmen illi kull xogħol ta' traduzzjoni bħal dan ta' Baldacchino jeħtieġ bilfors ikun spjegat lill-qarrejja b'dan il- mod – xejn affattu. Madankollu jidhirli li fost ħafna tradutturi – anzi fost ħafna qarrejja – donnu ftit li xejn hemm għarfien tal-oqsma teoretiċi li jsawru 'l din id-dixxiplina filosofika emerġenti. Għaldaqstant An Asylum For Mystics, jew aħjar is- sanatorju tal-mistiċi t'Azzopardi skont Baldacchino, mhux biss jista' jkompli jintroduċi – kif tant xtaq il-poeta nnifsu wara kollox – il-poeżija Maltija lil udjenzi barranin iżda wkoll – fil-fehma tiegħi iżjed importanti minn hekk – kapaċi jippreżenta lit-traduttoloġija fost il-qarrejja Maltin bħala qasam akkademiku interdixxiplinari veru proprju. Donnu għad hawn ħafna – bħali quddiem is-sovverżjoni t'Azzopardi jew bħal dik it-tfajla t'għajnejha liemgħa fil-Youth Centre – li għadhom iċċassati għax ma fehmux, li għadhom jistaqsu lit-tradutturi "xi tridu tgħidu biha?". Naqbeż fuq ħaġ'oħra – ladarba Rowna Baldacchino wkoll ħlejqa b'għajnejn liemgħa jsaħħru – jalla jseħħli, issa nel mezzo del cammin di mia vita, inrodd lil dil-mara l-Kantaliena lil Għajnejk t'Azzopardi... fl-ilsien ta' Dante... Rowna Baldacchino

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 May 2021