Illum previous editions

ILLUM 2 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 tal-ħaddiema maqsum: l-isfidi tal-ħaddiema f'Malta fl-2021 Mingħajrhom ix-xogħol ma jsirx, il-produzzjoni ma titlax u s-servizz ma jingħatax bl-aktar mod effiċjenti. Xi kultant l-idea ta' Jum il-Ħaddiem tfakkarna wisq f 'mass meetings politiċi tal-passat, l-aktar tal-Malta Labour Party, bil- karrijiet satiriċi - għal dawk li jiftakru - u ninsew ir-realtajiet tal-ħaddiem maġenbna. Dawk fl-istess post tax-xogħol imma li huma tal-kuntrattur, dak li s-Sibt li għadda ġabilna l-pizez fuq il-mutur, jew dak li jiġi jiknes it-triq, jew ix-xufier fuq tal-linja jew inkella dawk il-ħaddiema li jġibulna l-ikel mal-mejda u xi grokk mal-bar, l-infermieri, l-għalliema u tant eluf oħrajn! Għalhekk din il-gazzetta kellmet lil nies diversi li huma midħla tal-ħaddiema, tal- postijiet tax-xogħol u tar- realtajiet li jiltaqgħu magħhom, nies li studjaw u janalizzaw il-qasam tax-xogħol u oħrajn li ħafna drabi ssibhom fuq quddiem jipproptestaw u jitkellmu f 'isem il-ħaddiem. Nistaqsuhom: X'inhuma l-akbar sfidi li qed jiffaċċjaw il- ħaddiema f 'Malta bħalissa? "L-akbar sfida tal-ħaddiem hija l-pagi baxxi. Illum il-ġurnata l-ħaddiem f 'Malta m'għandux is-serħan il-moħħ bil-Paga Minima Nazzjonali, li hija baxxa kemm f 'termini ta' Unjoni Ewropea u anki f 'Malta." Hekk sostna mal-gazzetta ILLUM Matthew Borg, li jmexxi l-Alleanza Kontra l-Faqar (AKF). Borg staqsa: "Tista' tgħix fl-2021 f 'Malta jekk ikollok paga ta' ftit inqas minn €800? Le, imma hija perfettament legali li min iħaddmek jagħtik daqshekk. Mela llum il-ġurnata l-Paga Minima mhijiex hemm biex tipproteġi lill- ħaddiem biex ma jitħallasx inqas minn dak l-ammont, iżda qiegħda hemm biex tagħti l-opportunità ħalli dal-ħaddiem jiġi sfruttat," sostna Borg. Huwa qal ma' din il-gazzetta li hawnhekk qed nitkellmu dwar arma legali "li tfarrak il-ħajjiet tan-nies" u li qed isservi ta' riga biex magħha jitkejlu pagi oħra. "It-tieni l-akbar sfida nħoss li hija l-kuntratti illegali u li jisfruttaw lill- ħaddiem," kompla jgħid filwaqt li spjega kif bħala AKF jitkellmu magħhom ħaddiema dwar termini u kundizzjonijiet fil-kuntratt tax-xogħol tagħhom li jkunu sfaċċatament illegali. "Il-ħaddiem bosta drabi jkun diġà f 'pożizzjoni fraġli - min hu b'saħħtu b'paga ta' €800? - allura ma jitkellimx ħalli jżomm il-ftit li tawh. B'mod speċjali l-ħaddiema barranin. Hemm bżonn jiġi indirizzat issa l-każ ta' dawn il-kumpaniji intermedjarji li qed iġibu ħaddiema minn barra biex jaħdmu Malta u joħdulhom nofs il-paga," sostna Matthew Borg. "Dawn sabu xaqq fejn jidħlu fin-nofs u qed jagħmlu l-miljuni minn fuq dahar ħaddiema vulnerabbli. M'għandniex bżonnhom għax il-ħaddiem jista' jkun impjegat direttament mal-kumpanija, u mhux ikollu jwieġeb għal xi ħadd ieħor fin-nofs." U l-aħħar sfida li jsemmi Borg hija l-idea tat-Trickle Down Economics li jispjega kif taħdem, jiġifieri "jekk irridu li l-ħaddiem titjieblu l-paga mela nagħmlu minn kollox biex l-employer iżid il-profitti bit-tama li xi ħaġa tqattar 'l isfel. Minkejja li r-rapport tal-Eurofund uriena li l-ġid żdied f 'Malta… dan baqa 'hemm fuq, għand il-ftit. Trickle-down economics ma taħdimx," asserixxa Borg. Huwa temm jgħid li din mhi viżjoni xejn progressiva, "għax is-suq ma jeżistix kieku ma jkunx hemm il-Gvern." "Il-moviment tal-ħaddiema jinsab maqsum f 'biċċiet żgħar. Dan huwa riżultat ta' ħafna fatturi differenti – mill- kultura individwalista li jippromwovi l-kapitaliżmu, għall-waqgħa tax-xellug bħala forza politika u bħala ideoloġija, u l-influwenza konsumerista tal- midja. Meta l-massa tal-ħaddiema tkun mifruda huwa iżjed faċli għal min għandu l-poter biex imexxi mingħajr xkiel." Hekk sostna mal-gazzetta ILLUM Wayne Flask attivist mal-Moviment Graffitti u opinjonist. Huwa qal illi dan in-nuqqas ta' saħħa kollettiva, għalhekk, iwassal sabiex min iħaddem ikun jista' jġelled lill-ħaddiema f 'tellieqa għall-qiegħ, "għax joħloq kompetizzjoni għal impjiegi mħallsin ħażin u b'kundizzjonijiet atroċi. Ħarsu lejn il-mod kif jitħaddmu ħafna mill- couriers tal-ikel, pereżempju," stieden lill-qarrejja Flask. It-tieni problema li jara illi qed jiffaċċja l-ħaddiem illum hija dik relatata mal- kwalità tal-ħajja. "Bħala Moviment Graffitti spiss nisħqu fuq dan il-kunċett. Nemmnu li għandek kemm għandek flus fil-but, il- kwalità tal-ħajja tiġi determinata minn fatturi oħrajn – pereżempju, l-ambjent ta' madwarna, is-serħan il-moħħ, l-istorbju, il-konġestjoni, is-servizzi tas- saħħa u l-edukazzjoni." Flask sostna li ħafna drabi, dan kollu jintesa għaliex is-sistema ekonomika tbigħ kunċett differenti ta' kwalità, billi toħloq aspirazzjonijiet iżjed materjalistiċi "bħal pereżempju, il-kċina kbira - fejn jiġi jitkellem miegħek il- Prim Ministru fl-aħħar tas-sena," sostna f 'referenza għar-riklam tal-Gvern li fih l-eks PM Joseph Muscat kien għamel il-messaġġ tal-Ewwel tas-Sena min ġo kċina ta' First Time Buyer. "Għal eluf ta' nies, madankollu, hija iżjed utli paga minima deċenti - fid- dawl tal-fatt li l-pagi tagħna huma relattivament baxxi meta mqabbla mal-bqija tal-Ewropa," qal Flask. "Il- ħaddiema f 'Malta, allura, xi kwalità tal-ħajja qed igawdu? X'arja jgawdu? Għandhom aċċess għal proprjetà li jaffordjaw? Jistgħu jgawdu btala? Huma kostretti jagħmlu iżjed minn xogħol wieħed?" staqsa Wayne Flask. U finalment huwa jgħid li t-tielet problema hija r-regħba tal-kbarat "Kultant nisma' bi stejjer ta' qsim il-qalb: nies jitilfu arthom mingħajr kumpens u spjegazzjoni, nies imsakkra fi djarhom jibżgħu li se jaqa' kollox fuqhom, oħrajn li jirċievu theddid minn spekulaturi biex iċedu l-ftit li fadlilhom. Fl-istess nifs, hemm klikek għaddejjin romblu minn fuq ħaddieħor u jistagħnew ma' kull siegħa li tgħaddi; jagħmlu l-arja ma' nies li jridu biss jgħixu ħajja kwieta mingħajr għawġ." Huwa temm jgħid lil din il-gazzetta li sfortunatament, "min hu potenti l-arja ma jagħmilhiex ma' min hu bħalu, iżda dejjem mal-ħaddiema u ma' dawk li għandhom l-inqas difiża mill-politika." 'L-akbar sfida tal-ħaddiema hija l-pagi baxxi' 'Il-moviment tal-ħaddiema maqsum f'biċċiet'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 May 2021