Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392
Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn studju ppubblikat din il-ġimgħa u li jagħti stampa tat-tendenzi fost l-adoloxxenti Maltin f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tas-sustanzi 08 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 • illum It-tipjip, l-alkoħol u l-kannabis fost l-adoloxxenti t-tendenzi? L-ILLUM tispjega YENDRICK CIOFFI Nisimgħu ħafna dwar iż- żgħażagħ, il-konsum tal-alkoħol, id-droga u t-tipjip imma l-abbuż minn dawn is-sustanzi kemm hu inkwetanti? Din il-ġimgħa, il- Fondazzjoni Save A Life, nediet studju komprensiv dwar l-użu ta' sustanzi miż-żgħażagħ ta' bejn it-13 u t-30 sena. Dan l-istudju sar mill- Fakultà għall-Benessri tas- Soċjetà fi ħdan l-Università ta' Malta u jiġbor fih ir-riċerka kollha riċenti li saret f 'dan il-qasam kemm minn studji internazzjonali u anke dawk li saru minn akkademiċi, studjużi u entitajiet Maltin. Id-Deputat Claudio Grech, li flimkien ma' martu kienu waqqfu din il-Fondazzjoni, saħaq li l-għan ta' dan l-istudju huwa li jagħti stampa aktar ċara biex il-pajjiż ikun jista' jiġġieled aħjar l-abbuż tad-droga b'mod speċjali fost iż-żgħażagħ. "Il-ħajja hija wisq sabiħa biex tinqered mis-sustanzi u lill- vittmi għandna ngħinuhom joħorġu mill-isqaq li jkunu daħlu fih u mhux niġġudikawhom jew nitfgħuhom il-ħabs," insista Grech, waqt li appella biex id- deċiżjonijiet f 'dan il-qasam ikunu bbażati fuq l-evidenza. L-ILLUM se tkun qed tagħti ħarsa lejn il-punti ewlenin ta' dan ir-rapport: It-tipjip fost l-adoloxxenti qed jonqos iżda ħafna jibdew ta' età żgħira ħafna L-użu tat-tabakk fost l-adoloxxenti Maltin ra tnaqqis sinifikanti matul is-snin. Mill- ewwel studju tal-ESPAD li sar fl-1995 baqa' jiġi rreġġistrat tnaqqis. Fil-fatt, l-ewwel studju kien sab li 55% tal-adoloxxenti Maltin li għandhom bejn 15 u 16-il sena kienu jpejpu. Dan niżel għal 22% fl-2019. Riżultati simili kienu osservati wkoll fost studenti universitarji. Camilleri Pace, fl-2019, sab kif 75% ta' dawn iż- żgħażagħ qalu li qatt ma pejpu. Anke jekk it-tipjip fost l-adoloxxenti jidher li qed jonqos, jirriżulta wkoll li l-konsum tat-tabakk jibda f 'etajiet żgħar. L-aħħar sondaġġ tal-HSBC (Health Behaviour in School-aged Children) li sar fl-2014 wera kif 11% tal-bniet u 13% tas-subien qalu li pejpu l-ewwel darba meta kellhom 13- il sena jew iżgħar. L-ammonti naqsu mis-sondaġġi ta' qabel imma ma jfissirx li dan ma għadux inkwetanti. L-istudju ESPAD fl-2019 sab kif 7% tal- istudenti rrapportaw li bdew ipejpu meta kellhom 13-il sena jew inqas, filwaqt li 15% qalu li bdew ipejpu ta' 14-il sena. It-tipjip: L-effett tal-Covid u l-prelevanza fost iż-żgħażagħ Anke fuq it-tipjip il-Covid-19 kellu impatt. Ir-rapport jikkwota studju interessanti dwar l-impatt tal-biża' fuq l-istudenti universitarji. Bonnici u riċerkaturi oħra sħabu sabu li 19.8% tal- istudenti universitarji rġiel u 19.4% tat-tfajliet qalu li kienu jpejpu qabel bdiet il-pandemija. 39.7% ta' dawn l-istudenti qalu li żiedu fit-tipjip biex jaljenaw lilhom infushom fi żmien il- pandemija. Anke fost iż-żgħażagħ li għandhom minn 18-il sena 'l fuq, jidher li t-tipjip qed jonqos u r-rapport jikkwota diversi studji biex juri dan. It-tipjip ta' kuljum huwa ogħla fost dawk li għandhom edukazzjoni sekondarja u inqas fost dawk li għandhom edukazzjoni terzjarja. Tipjip ta' darba kultant huwa l-ogħla fost dawk li komplew jistudjaw wara s-sekondarja. Id-disponnibilita tat-tabakk L-istudju ESPAD tal-2019 wera kif 57% ta' dawk li għandhom bejn 15 u 16-il sena qalu li huwa faċli li tixtri s-sigaretti / tabakk f 'Malta. Dan juri tnaqqis konsiderevoli mill-2003, meta kienu 84% tal- adoloxxenti tal-istess etajiet li wieġbu li kien faċli li wieħed jixtri jew jakkwista t-tabakk. Skont il-liġi, it-tabakk mhux suppost jinbigħ lil dawk li għandhom inqas minn 16-il sena.