Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392
09 illum • IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 aħbarijiet l-adoloxxenti u studenti Maltin ... x'inhuma 'Aktar ninkwieta dwar l-alkoħol milli dwar drogi' Ir-rapport jidħol ħafna fid- dettall f 'dak li għandu x'jaqsam mal-konsum tal-alkoħol fost l-adoloxxenti u jikkwota wieħed mill-esperti li ġie intervistat jisħaq li ż-żgħażagħ saru kważi kważi dipendenti fuq l-alkoħol. "Jien ninkwieta aktar dwar l-alkoħol milli minħabba drogi oħra." F'Malta, l-alkoħol ma jistax jinbigħ lil dawk li għandhom inqas minn 17-il sena. Madanakollu, ir- rapport jikkonkludi li l-konsum tal-alkoħol jibda fl-ewwel snin tal-adoloxxenza. Iwissi dwar kemm il-konsum tal-alkoħol sar normalizzat u kważi kważi huwa l-forma ta' divertiment prinċipali fost iż-żgħażagħ. Ir-rapport jikkwota s-sondaġġ ESPAD (European School Survey Project on Alcohol and Other Drugs) tal-2019 li juri kif 34% tal- adoloxxenti wieġbu li kkonsmaw l-ewwel darba l-alkoħol ta' 13-il sena jew meta kienu iżgħar u 6% saħansitra qalu li sikru f 'dawn l-etajiet, anke jekk il-persentaġġi ġieli kienu aktar inkwetanti. Anke studju minn Borg Costanzi fl-2013 kien sab riżultati simili u saħaq li l-età medja ta' meta adoloxxenti Maltin missew mal-alkoħol kienet ta' bejn 13 u 14-il sena. Fuq nota pożittiva, ir-rapport sab kif fost dawk li għandhom bejn 15 u 16-il sena, qed jonqos dak li jissejjaħ 'heavy episodic drinking' jiġifieri meta persuna, f 'lejla waħda, tieħu aktar minn ħames drinks. L-istudju ESPAD wera tnaqqis konsistenti mill- 2007 'l quddiem. Fl-2007 ir-rata ta' xorb eċċessiv kienet ta' 57% fost l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ iżda niżlet sa 40% fl-2019. Minkejja dan, fost dawk li għandhom bejn 15 u 16-il sena, proporzjon żgħir ta' adoloxxenti jidher li qed jixorbu b'mod eċċessiv u perikoluż. Interessanti wkoll kif xorb eċċessiv u perikoluż huwa aktar komuni fost l-istudenti universitarji. Xorb eċċessiv u perikoluż huwa komuni fost l-istudenti universitarji Hawn ir-rapport jikkwota studju ta' Camilleri Pace li sar fl-2019 u li wera kif 83.4% tal-istudenti Universitarji jikkonsmaw l-alkoħol. Bugeja, fl-2013 sab kif 39% tal-istudenti li għandhom bejn 18 u 24 sena jieħdu aktar minn sitt drinks f 'lejla u 33% jieħdu bejn tlieta u ħames drinks. Interessanti wkoll kif it inqas minn 80% qalu li qatt ma jsuqu taħt l-effett tal- alkoħol. Fil-fatt, l-alkoħol jibqa' s-sustanza l-aktar komuni li hi kkonsmata fost l-istudenti universitarji u nofshom jemmnu li ma għandhom bżonn l-ebda għajnuna biex inaqqsu dan il- konsum u li inqas stress ikun biżżejjed. Fil-fatt studji wrew kif dawk l-istudenti li jirrapportaw nuqqas ta' kuntentizza jew stress x'aktarx li kienu se jixorbu aktar. Apparti minn hekk, fost l-istess grupp, l-irġiel jixorbu aktar alkoħol mit-tfajliet. Jixorbu aktar jekk ma jkunux f 'relazzjoni. Apparti minn hekk, bejn dawk li għandhom 15 u 16-il sena, il-persentaġġ tal-adoloxxenti Maltin li qalu li huwa faċli li jixtru l-alkoħol huwa ogħla mill-medja Ewropea. Fil-fatt skont l-ESPAD, 85% tal-adoloxxenti Maltin jemmnu li huwa faċli li jixtru l-alkoħol, minkejja li għalihom dan huwa illegali. We're Recruiting Join Our Team ADMINISTRATIVE OFFICER Permit no. 208/2021 Eligibility Requirements 1.1. Minimum Level 4 standard of education & two (2) years' work experience; 1.2. Deals in a professional manner with both internal and external stakeholders, particularly customers. Job Description • Policy implementation under the management's direction; • Assist and support in the administration and management of the Unit; • Handle correspondence, cases and enquiries under the management's direction; • Engage with the public in answering customer queries and communicating the decisions adopted; • Perform accounting and procurement work (including salary computations and adjustments); • Co-ordinate junior clerical staff and clerical services; • Cross-check work performed by junior staff; • Supervise the updating of databases and the daily reconciliation exercise; • Gather information and share documents across the right channels; • Provide leadership to staff working in your team; • Ensure that staff understand and communicate the Agency's vision; • Ensure that the workload is dealt with appropriately and avoid backlogs; • Any other duties delegated by the CEO or his delegates. Interested persons are kindly requested to submit a letter of application and a detailed CV to recruitment@identitymalta.com by 16th May 2021. L-użu tal-kannabis fost l-adoloxxenti huwa inqas mill-medja Ewropea Minkejja dan kollu, l-użu tal- kannabis fost l-adoloxxenti Maltin li għandhom bejn 15 u 16-il sena huwa inqas mill-medja Ewropea. Meta wieħed jikkunsidra l-informazzjoni kollha miġbura minn diversi studji, jirriżulta li r-rata tal-użu tal-kannabis fost dawk li għandhom bejn 15 u 16- il sena hija ta' 16%, erba' punti perċentwali inqas mill-medja tal- Unjoni Ewropea. Anke hawn ir-rapport jikkwota studju li sar fl-2020 fost l-istudenti universitarji u li wera kif fi żmien il-pandemija żdied ukoll l-użu tal-kannabis. Fil-fatt, qabel il- pandemija, 11.7% tal-istudenti universitarji ġuvintur u 7.5% tal- istudenti universitarji tfajliet qalu li jużaw il-kannabis. Minn dawn, 46.9% qalu li żiedu l-użu tal- kannabis fi żmien il-pandemija. Fejn tidħol l-attitudni fuq l-użu tal-kannabis, ir-rapport jikkwota studju li kien sar mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u l-Aġenzija Żgħażagħ fl-2019. Dan kien sab li l-adoloxxenti kienu kważi kważi maqsuma b'mod ugwali meta mistoqsija jekk jaqblux mal-użu tal-kannabis għal raġunijiet ta' rikreazzjoni. 47% kienu favur u 49.5% kienu kontra. L-aktar li huma favur l-użu tal-kannabis għal raġunijiet ta' rikreazzjoni huma dawk li għandhom bejn 18 u 29 sena, bl-irġiel ikunu aktar favur minn nisa. Minn fost dawk li jaqblu, 90% jemmnu li l-kannabis għandha tkun irregolata l-istess bħalma huma t-tabakk u l-alkoħol, filwaqt li 49% jemmnu li l-kannabis twassal għal użu ta' droga oħra. Apparti minn hekk l-istess studju tal-2019 juri kif 57% ta' dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ qalu li l-kannabis kellha tkun disponibbli minn ħwienet liċenzjati. 73% jemmnu li għandu jkun hemm limitu fuq kemm persuna tista' żżomm kannabis għall-użu personali. U drogi oħra? Fejn jidħlu l-adoloxxenti, jiġifieri fost dawk li għandhom inqas minn 18-il sena, l-użu ta' droga oħra li mhijiex kannabis huwa baxx ħafna. Ir-rapport jerġa' jieħu s-sondaġġi ESPAD tul is-snin. L-ogħla persentaġġ ta' użu ta' droga fost l-adoloxxenti kienet dik ta' 7% fl-2007. Minn dik is-sena, il-persentaġġ baqa' jonqos biex fl-aħħar sondaġġ tal-2019, il-persentaġġ niżel għal 4%. Fejn tidħol l-użu tal-eroina mill-adoloxxenti Maltin, il- persentaġġ baqa' 1% tul dawn l-aħħar snin. Anke fejn tidħol il-kokaina kien hemm tnaqqis. Skont l-aħħar sondaġġ tal- ESPAD, sal-2019, 2% tal- adoloxxenti Maltin qalu li ġielu ħadu l-kokaina. Ir-rapport jitkellem ukoll fuqu l-użu mhux mediċinali ta' mediċina li tingħata bir-riċetta tat-tabib, b'mod partikolari fejn jidħlu l-kalmanti. Dan kien l-aktar komuni fost it- tfajliet, bl-abbuż minn dawn il-mediċina jiżdied mal-etajiet. It-trawma u anke l-vjolenza jidher li huma l-fatturi ewlenin li jwasslu għall-abbuż mill-użu ta' dawn is-sustanzi. Ir-rapport jiġbor ukoll l-informazzjoni kollha li ġiet ippubblikata mill-2004 fir-Rapport Nazzjonali dwar is-Sitwazzjoni tad-Droga f 'Malta, fejn tidħol id- domanda għall-kura. Jikkonkludi li tul is-snin, din id-domanda baqgħet waħda konsistenti. Fil-fatt, mill-2007 'l hawn, l-ammont ta' persuni li kienu qed jirċievu l-kura baqa' dejjem bejn l-1,700 u l-1,900 persuna. Fl-2019 kien hemm 1,943 persuna li kienu qed jirċievu l-kura minħabba abbuż minn sustanzi. L-irġiel x'aktarx li se jfittxu aktar l-għajnuna minn nisa, anke jekk din id-differenza qed tiċkien. Għal ħafna snin, il-maġġoranza ta' dawk il-persuni li fittxew l-għajnuna kellhom inqas minn 35 sena iżda jidher li din it-tendenza qed tinbidel ukoll. Fl-2004, 82% ta' dawk li fittxew l-għajnuna kellhom inqas minn 35 sena. Fl-aħħar snin, dan il-persentaġġ baqa' jonqos għal 41% fl-2019. Il-maġġoranza ta' dawk li jfittxu l-għajnuna qed ikunu persuni li jieħdu l-eroina anke jekk l-ammont qed jonqos sena wara l-oħra. Fl-2003, 86% ta' dawk li fittxew l-għajnuna għamlu dan minħabba l-eroina. Dan il-persentaġġ baqa' jonqos sakemm fl-2019 kien jammonta għal 58%. Mill-banda l-oħra, qed jiżdiedu dawk il-persuni li jieħdu l-kokaina u jfittxu l-għajnuna biex jegħlbu l-vizzju. Id-domanda għall-kura